Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #37432 Sitting 515 2012-10-30 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

San Lawrenz — Triq Franġisk Portelli - xogħlijiet kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 37212 dwar Triq Franġisk Portelli, San Lawrenz, tista’ l-Ministru tgħid jekk dawn ix-xogħlijiet humiex kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea? Tista’ tgħid x’inhuma x-xogħlijiet li saru/qed isiru fl-Għarb li minħabba fihom li xekklu x-xogħol fuq Triq Franġisk Portelli, San Lawrenz?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li x-xogħlijiet fi Triq Franġisk Portelli ma humiex kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea u li x-xogħlijiet li saru fl-Għarb li huma relatati ma' din it-triq huma l-upgradingfi Triq il-Knisja u l-Pjazza tal-Għarb. Dawn tal-aħħar se jservu bħala toroq alternattivi waqt li x-xogħol fuq Triq Franġisk Portelli jkun qed isir.
Leg 11 PQ #37433 Sitting 515 2012-10-30 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

informazzjoni dwar grant agreement

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37211 u cioè: B’referenza għat-tweġba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 32207 dwar il-proġett ta’ trattament u trasferiment ta’ skart solidu fejn l-Prim Ministru qal li għad m’hemmx Grant Agreement iffirmat minħabba li xi kundizzjonijiet marbuta ma’ dettalji li jridu joħorġu minn studji li kienu għadhom għaddejjin fuq il- proġett CF119 – Setting up a Mechanical and Biological Treatment Plant in the North of Malta, u li bħala konsistenza strateġika fuq l-immaniġjar tal-iskart fil-Gżejjer Maltin iridu jidħlu wkoll fil-Grant Agreement ta’ dan il-proġett u li t-tender marbut ma’ dan il-proġett qed qed jiġi evalwat , jista' l-Prim Ministru jgħid: a) jekk l-istudji fuq il-proġett CF119 tlestewx u jekk fl-affermattiv, meta? Fejn wasal dan il-proġett u x’jonqos isir fuqu? b) jekk l-evalwazzjoni tat- tender tal-proġett ta’ Għawdex tlestiex u jekk fl-affermattiv, meta? Fejn wasal u x’jonqos isir fuqu? ċ) jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal- grant agreements dwar dawn il-proġetti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

a) Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-istudji/dokumentazzjoni relatati mal-proġett CF 119 għadhom fl-istadju ta’ evalwazzjoni mill-entitatjiet ikkonċernati. Il-proġett CF 119 qiegħed fil-proċess li jiffinalizza t-tenders relatati max-xogħolijiet sabiex joħorġu fis-suq. Ġaladarba dawn it-tenders jiġu aġġudikati jibdew ix-xogħolijiet fuq il-post. b) Fir-rigward tal-proġett CF 123, it-tender relatat ma’ xogħolijiet ġewwa tal-Kus qiegħed fl-aħħar stadji ta’ evalwazzjoni. Ladarba dan it-tender jiġi aġġudikat, jibdew ix-xogħolijiet fuq il-post. c) Fir-rigward ta’ CF 123, il-Grant Agreement għadu mhux iffirmat minħabba li l-evalwazzjoni tad-dokumenti relavanti għadha għaddejja. Il-Grant Agreement tal-proġett CF 119 ikun jista’ jiġi ikkompilat ladarba jingħalaq il-proċess formali ta’ Applikazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea.
Leg 11 PQ #37434 Sitting 515 2012-10-30 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Xlendi — ħsarat bix-xita - xogħlijiet

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 37213, tista’ l-Ministru tgħid kemm kienet l-ispiża biex jissewwew il-ħsarat li saru bix-xita fit-triq tax-Xlendi? Tista’ tgħid x’inhuma x-xogħlijiet ta’ tiswija li saru? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti kollha relattivi għal dawn il-ħsarat?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

M'għandi xejn xi nżid mar-risposti li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari numru 32198 u 37213.

Ħaddiema tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — ingaġġ mal-ARMS Ltd

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li erba' ħaddiema Għawdxin li jaħdmu f'Għawdex mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qegħdin litteralment jiġu mġiegħla jmorru jaħdmu mal-kumpanija ARMS Ltd.? X'inhi r-raġuni li dawn l-istess ħaddiema qegħdin jiġu infourmati li jekk ma jaċċettawx li jmorru jaħdmu mal-ARMS Ltd, huma se jiġu trasferiti biex jaħdmu Malta mal-istess korporazzjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li ix-xogħol li kienu jagħmlu l-ħaddiema kkonċernati f’Għawdex mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma huwa relatat max-xogħol li issa sar parti mill-funzjonijiet tal-Arms. Bħal ma sar f’Malta l-ħaddiema ġew kollha trasferiti mal-Arms. Dan sar bi qbil mal-Union li tirrapreżenta il-ħaddiema.

Estensjoni tal-powerstation — data ta' meta tkun lesta

Question

Jista' l-Ministru jgħid il-kuntratt tal-BWSC f'liema data suppost tkun lesta in full working order l-estensjoni tal-powerstation? F'liema data suppost isir il-pagament finali lill-BWSC tax-xogħol tagħha fuq dan il-proġett?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Leg 11 PQ #37324 Sitting 514 2012-10-29 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Nazzjonalità tal-ajruplani li qed iduru fuq Malta

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid ta' liema nazzjon huma l-ajruplani tal-gwerra li kienu jduru fuq Malta f'dawn l-aħħar jiem u għalfejn kienu qed jagħmlu dan?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Għawdex — Imġarr - Triq Martinu Garces - bini ta' kamra għall-eletrical switch gears

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fil-proġett li qiegħed isir fi Triq Martinu Garces, (quddiem l-slip way) fl-Imġarr Għawdex qed tinbena kamra li hi akbar minn normal fejn fiha se jitpoġġa sempliċement eletrical switch gears u pompa tad-drenaġġ, liema kamra apparti li fejn se tinbena se tkun eyesorese tkun ta' inkonvenjent kbir għan-numru ta' residenti li għandhom il-boathouses hemm? Ma jidhirlux li din se tkun ħafna aktar minn dak meħtieġ għal sempliċi switch gears u pompa tad-drenaġġ u li setgħet faċilment tinbena f'post aktar adatt minn dak fejn ippjanat jew li tinbena anki taħt l-art? Jista' jikkonferma li din il-kamra kif se tinbena qatt ma kienet murija, fl-ebda leaflet, dwar dan il-proġett li intbgħatu fid-djar tan-nies?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat ill dan il-proġett huwa parti miż-“Żewwieqa Rehabilitation Project” li qed isir mal-Ministeru ta’ Għawdex. Il-fossa qed issir taħt it-triq filwaqt li il-kamra fuq l-art hija għal-kontrol ta’ din il-“pumping station”. Il-kamra hija żgħir u hija parti mill-pjanijiet annessi mad-disinn, bil-permessi meħtieġa tal-Mepa u Transport Malta.

Valur tal-esportazzjoni minn Għawdex u Malta

Question

JJista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37233 u jgħid kemm kien il-valur tal-esportazzjoni minn Għawdex u minn Malta separatament ta' affarijiet ta' merċa (goods) xahar b'xahar minn April ta’ din is-sena sal-lum maqsumin skont l-areas ġeografiċi ewlenin u skont il-prodotti esportati?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Valur miżjud gross għall-prezzijiet bażiċi

Question

Nirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 37232, fejn tlabtu jgħid kemm kien il-valur miżjud gross ras għal ras fi prezzijiet bażiċi kull sena mill-2010 sal-2011 f’Malta u f’Għawdex b’mod separat tal-attivitajiet (i) ta’ intermedjazzjoni finanzjarja, (ii) ta’ proprjetà immobbli, (iii) ta kiri, (iv) ta’ negozju, (v) ta’ kummerċ bl-ingrossa, (vi) ta’ kummerċ bl-imnut (vii) ta’ biedja, (viii) ta’ sajd, (ix) ta’ manufattura, (x) ta’ akkomodazzjoni u servizzi tal-ikel; (xi) professjonali, xjentifiċi u tekniċi; (xii) ta’ servizzi ta’ amministrazzjoni u sapport; (xiii) amministrazzjoni pubblika; (xiii) ta’ ħidma soċjali; (xiv) ta’ arti, divertiment u rekrejazzjoni; (xv) ta’ tiswija vetturi, muturi, oġġetti personali u tad-dar; u (xvi) ta’ kostruzzjoni u peress li jiena tlabtu biex jagħti t-tagħrif ras għal ras u huwa rreferieni għal News Release 244/2011 maħruġa mill-NSO fit-22 ta’ Diċembru 2012 fejn it-tagħrif huwa għal Għawdex kollu u mhux ras għal ras, jista’ jekk jogħġbu jagħti t-tagħrif kif mitlub, jiġifieri ras għal ras u għas-16-il settur identifikat fil-mistoqsija?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni ras għal ras f’termini ta’ popolazzjoni tista’ tinħadem biss fuq it-total tal-valur miżjud gross fi prezzijiet bażiċi hekk kif muri f’Tabella 1 li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Informazzjoni ras għal ras f’termini ta’ min jaħdem bi qligħ (impjegati u min jaħdem għal rasu ) hija preżentata f’Tabella 2 li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

nefqa tat-turisti barranin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa tat-turisti barranin f’Malta u f’Għawdex separatament kull sena milll-2007 sal-lum?

Response (MARCO, MARIO DE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li filwaqt li l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika jippubblika, xahar b’xahar, statistika dwar in-nefqa tat-turisti matul il-mawra tagħhom fil-Gżejjer Maltin, dawn iċ-ċifri jirreferu għan-nefqa totali u ma jiddistingwux bejn in-nefqa f’Malta u dik f’Għawdew b’mod separat. Qieghed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istatistika totali għall-perjodu rikjest.
Leg 11 PQ #37213 Sitting 512 2012-10-23 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Xlendi — ħsarat li saru bix-xita

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienet l-ispiża biex jissewwew il-ħsarat li saru bix-xita fit-triq tax-Xlendi? Min ħallas dawn l-ispejjes? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti kollha relattivi għal dawn l-ispejjes?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-ħsarat imsemmija fil-mistoqsija ġew irranġati mill-kuntrattur stess għas-spejjeż tiegħu.
Leg 11 PQ #37214 Sitting 512 2012-10-23 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Bini tal-Micro Business Park f'Għawdex

Question

Tista’ l-Ministru tagħti kronoloġija ta’ dak kollu li x’sar s’issa biex jinbena Micro Business Park f’Għawdex? Tista’ tgħid x’jonqos isir? Tista’ tagħti skeda programmata ta’ dak li jonqos isir? Tista’ tgħid dan il-park kif se jitħaddem?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli għall-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment.

Bini tal-Micro Business Park f'Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jagħti kronoloġija ta’ dak kollu li x’sar s’issa biex jinbena Micro Business Park f’Għawdex? Jista’ jgħid x’jonqos isir? Jista’ jagħti skeda programmata ta’ dak li jonqos isir? Jista’ jgħid dan il-park kif se jitħaddem?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi fir-rigward tal-Micro Business Park ġewwa Għawdex, li ser ikun fiż-żona magħrufa bħala tal-Barmil, il-Malta Industrial Parks: · Lestiet l- Outline designs tal-proġett; · Iddiskutiet mal-MEPA ir-rekwiżiti biex tiġi sottomessa applikazzjoni kompluta għall-permess ta’ żvilupp; · Qed tfassal disinni dettaljati li se iwasslu biex tiġi sottomessa l-applikazzjoni għall-iżvilupp lill-MEPA; u · Qed tipprepara biex tapplika għall-fondi Ewropej taħt il-programme ERDF 2014-2020

Depożiti u self fil-banek Maltin u Għawdxin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu d-depożiti fil-banek u kemm kien is-self mill-banek f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar ta’ Diċembru 2010, fl-aħħar ta’ ta’ Settembru 2011, fl-aħħar ta’ Diċembru 2011, fl-aħħar ta’ Marzu, ta’ Ġunju u ta’ Settembru 2012? Kemm kien hemm kontijiet ta’ depożitu u ta’ self rispettivament fl-istess dati? Jista’ jagħti tagħrif dwar is-self maqsum f’home loans, overdrafts u self ieħor?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Valur miżjud gross għall-prezzijiet bażiċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-valur miżjud gross ras għal ras fi prezzijiet bażiċi kull sena mill-2010 sal-2011 f’Malta u f’Għawdex b’mod separat tal-attivitajiet (i) ta’ intermedjazzjoni finanzjarj, (ii) ta’ proprjetà immobbli, (iii) ta kiri, (iv) ta’ negozju, (v) ta’ kummerċ bl-ingrossa, (vi) ta’ kummerċ bl-imnut (vii) ta’ biedja, (viii) ta’ sajd, (ix) ta’ manufattura, (x) ta’ akkomodazzjoni u servizzi tal-ikel; (xi) professjonali, xjentifiċi u tekniċi; (xii) ta’ servizzi ta’ amministrazzjoni u sapport; (xiii) amministrazzjoni pubblika; (xiii) ta’ ħidma soċjali; (xiv) ta’ arti, divertiment u rekrejazzjoni; (xv) ta’ tiswija vetturi, muturi, oġġetti personali u tad-dar; u (xvi) ta’ kostruzzjoni ?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-aktar informazzjoni riċenti li jista’ jipprovdi l-Uffiċċju tal-Istatistika tinsab f’Tabella 1 li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Din l-istatistika hija ppublikata fin-News Release 244/2011 maħruġa fit-22 ta’ Diċembru tas-sena l-oħra.

Valur tal-esportazzjoni minn Għawdex u Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-valur tal-esportazzjoni minn Għawdex u minn Malta separatament ta' affarijiet ta' merċa (goods) xahar b'xahar minn April ta’ din is-sena sal-lum maqsumin skont l-areas ġeografiċi ewlenin u skont il-prodotti esportati?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Xewkija — Triq l-Imġarr - parti mit-triq li nqagħlet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36974 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'inhi r-raġuni li Triq l-Imġarr, Xewkija li għadha kemm ngħatat it-tarmac, parti minnha reġgħet inqalgħet? Ma jidhirlix li dan hu ħela ta' riżorsi tal-poplu Għawdxi minħabba pjannar ħażin u mgħaġġel għax ġejja l-elezzjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat illi Triq l-Imġarr reġgħet ingħalqet parzjalment għat-traffiku fit-8 ta' Ottubru u hu ppjanat li tibqa’ magħluqa sal-aħħar ta' Ottubru minħabba tiswijiet fuq parti mill-main tad-drenaġġ, minħabba aġġustamenti f' xi livelli ta’ parti mill-main tad-drenaġġ li tpoġġa. Dawn il-problemi nstabu matul madwar 130 metru wara li saru testijiet u verifiki fuq il-main mill-Korporazzjoni tas-Servizzi tal-Ilma (WSC) u l-kuntrattur li ħadem fuq it-triq, qabel ma ngħataw l-aħħar saffi ta' asfalt f’din iż-żona. Dan ix-xogħol ġie ppjanat għal dan il-perjodu tas-sena sabiex jitnaqqas l-inkonvenjent fuq Għawdex matul ix-xhur tas-sajf u qed isir mill-kuntrattur bħala parti mill-obbligi tiegħu li jassigura li l-infrastruttura impoġġija hija kollha skont it-termini u l-kundizzjonijiet tal-kuntratt.
Leg 11 PQ #37128 Sitting 511 2012-10-22 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

talba għal review ta' studenta

Question

Tosta' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li l-istatementing board għadu sal-lum m'għamilx review tal-każ tal-istudenta li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, meta s-sena skolastika diġà bdiet?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Dan il-każ deher l-aħħar quddiem il-Bord tal-Appell meta t-tifla kienet ingħatat Shared Same Class Support. Jekk il-ġenituri jew l-iskola jixtiequ li jsir Review tal-każ, huma jistgħu jiktbu liċ-Chairperson ta’ l-Istatementing Appeals Board, sabiex tiġi kkunsidrata t-talba tagħhom.
Leg 11 PQ #37209 Sitting 511 2012-10-22 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — xogħol u titjib tal-ħiliet tar-riżorsi uman

Question

B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 28493, 29391, 29802, 34768, 35207 u 35747 dwar ir-rapport li ġie kkumissjonat biex janalizza s-sitwazzjoni preżenti u jagħti pariri dwar strateġija marbuta mal-ħolqien tax-xogħol u t-titjib tal-ħiliet tar-riżorsi umani f'Għawdex, tista' l-Ministru tgħid ma’ min saru l-konsultazzjonijiet s’issa? Kemm damu sejrin il-konsultazzjonijiet f’kull każ? Ma’ min ġew konklużi l-konsultazzjonijiet s’issa? Meta mistenni li jiġu konklużi dawk il-konsultazzjonijiet li bdew u għadhom ma nagħlqux? Ma’ min jonqos isiru l-konsultazzjonijiet? Meta mistenni li jibdew u jitlestew?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f'dan l-istadju m'għandi xejn x'inżid mat-tweġibiet għall-mistoqsijiet imsemmija.