Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #22026 Sitting 296 2011-01-10 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

aċċess bejn Malta u Għawdex

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’miżuri mistennija li jittieħdu matul l-2011 mill-gvern u l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta biex jiffaċilitaw l-aċċess bejn Malta u Għawdex bil-baħar u bl-ajru? Kemm hu mistenni li tkun in-nefqa fuq il-miżuri li se jittieħdu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li dettalji rigward il-miżuri li qegħdin jittieħdu biex jiffażilitaw l-aċċess bejn Malta u Għawdex bil-baħar u bl-ajru, ġew ipprovduti fir-risposta għall-mistoqsija Parlamentari numru 17269. Matul l-2010 inħarġu diversi tenders fosthom dawk kollha li jikkonċernaw xogħolijiet temporanji kif wkoll diversi tenders relatati max-xogħol permanenti tat-terminal il-ġdid. Peress li kien hemm appell fuq wieħed mit-tenders prinċipali tax-xogħolijiet temporanji, dawn ta’ l-aħħar ma setgħux jitlestew din-is-sena. Dawn ser isiru is-sena dieħla fejn fil-bidu tas-sena 2011 għandhu wkoll jibda x-xogħol ta’ kostruzzjoni tat-terminal il-ġdid. Il-proġett kollu mistenni jiswa €12m u jitlesta għall-aħħar tas-sena 2012.
Leg 11 PQ #22206 Sitting 296 2011-01-10 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Vot kapitali III item 7211

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’inhu programmat li jsir fl-2011 taħt il-Vot Kapitali III item 7211 EU Structural Funds 2007-2013 (i) Ministry? Tista’ tagħti l-ispiża stmata għal kull proġett? Tista’ tagħti d-data tal-bidu u tat-tmiem ta’ kull proġett?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-programm li ser isir taħt il-Vot Kapitali III Item 7211 EU Structural Funds 2007-2013 jinkludi l-proġett tal-Villa Rundle, il-proġett taż-Zewwieqa, parti mill-proġett tal-Operating Theatre u tar-Radiology Unit, il-proġett tal-Higher Education Courses to address Skills Mismatches in Gozo u dak ta' Training Courses to Enhance the Employability and Adaptability of the Workforce. L-ispiża ta' xogħlijiet li fadal li jsiru fuq il-proġett tal-Villa Rundle hija stmata €883,934.35. Ix-xogħolijiet bdew fit-tieni kwart ta' 2010 u mistennija jispiċċaw fit-tielet kwart tal-2011. L-ispiża ta' xogħlijiet li fadal li jsiru fuq il-proġett taż-Żewwieqa hija stmata €6,165,173.25. It-tmiem ta' dan il-proġett jiddependi minn meta jispiċċa l-proċess ta' tendering tax-xogħolijiet. L-ispiża ta' xogħlijiet li fadal li jsiru fuq il-proġett tal-Operating Theatre hija stmata €1,065,360.20. It-tmiem ta' dan il-proġett jiddependi minn meta jispiċċa l-proċess ta' tendering tar-refurbishment tal-operating theatre. L-ispiża ta' xogħlijiet li fadal li jsiru fuq il-proġett tal-Higher Education Courses to address Skills Mismatches in Gozo hija stmata €46,450. Il-proġett beda fl-aħħar kwart tal-2009 u mistenni jispiċċa fit-tielet kwart tal-2013. L-ispiża fuq il-proġett tat-Training Courses to Enhance the Employability and Adaptability of the Workforce hija stmata €99,770. Il-proġett beda fl-aħħar kwart tas-sena 2010 u mistenni jispiċċa fl-ewwel kwart tal-2011. Dawn l-istejjem jinkludu l-VAT u spejjeż oħra li mhumiex eliġibli taħt dan il-Vot.
Leg 11 PQ #22016 Sitting 295 2010-12-14 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Triq tax-Xlendi

Question

Tista’ l-Ministru tikkonferma li t-triq tax-Xlendi se tkun lesta minn kollox sal-aħħar ta’ Diċembru 2010? Jekk fin-negattiv, xi jkun jonqos isir u meta mistennija li tkun lesta?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onorevoli Nterpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 20560.
Leg 11 PQ #22017 Sitting 295 2010-12-14 Oral · Interim From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

promozzjoni t'Għawdex bħala destinazzjoni rurali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’miżuri mistennija li jittieħdu matul l-2011 mill-gvern u l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta biex jippromwovu lil Għawdex fis-suq turistiku bħala destinazzjoni rurali unika? Kemm hu mistenni li tkun in-nefqa fuq il-miżuri li se jittieħdu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #22018 Sitting 295 2010-12-14 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta — reklamar dwar Għawdex

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21708 u jgħid x’miżuri ttieħdu mill-1999 sal-lum mill-gvern u mill-Awtorità għat-Turiżmu ta’ Malta biex jirreklamaw lil Għawdex bħala destinazzjoni distinta? X’kienet in-nefqa fuq dawn il-miżuri? X’miżuri hu mistenni li jittieħdu matul l-2011? Kemm hi mistennija li tkun in-nefqa fuq il-miżuri li se jittieħdu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #22019 Sitting 295 2010-12-14 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — strateġija ta' Eko-Għawdex

Question

B’referenza għat-tweġiba li tat għall-mistoqsija parlamentari 21706, tista' l-Ministru tgħid liema huma l-proġetti mibdija matul l-2010 u li se jitkomplew fl-2011 taħt Eko Għawdex? Tista’ tgħid kemm se jiswa kull wieħed minn dawn il-proġetti u kemm mistenni li jitħallsu flus taħt kull proġett fl-2011?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-proġetti mibdija din is-sena u li se jitkomplew is-sena d-dieħla jinkludu ġnien ġdid f'Marsalforn, l-Iżvilupp ta' Strateġija għar-Riżorsi Umani f'Għawdex, proġetti ta' afforestazzjoni, skema għar-restawr ta' Rdieden tar-Riħ, kampanja ta' marketing internazzjonali għal Għawdex bħala destinazzjoni għall-għadds, l-iżvilupp tal-Farm Sperimentali f'Ċentru ta' Riċerka, it-tindif tal-Widien, programm ta' monitoraġġ tal-ibħra madwar Għawdex, l-estensjoni ta' xogħolijiet ta' landscaping, Energy Audits fil-proprjetajiet tal-gvern, il-kampanja edukattiva fl-iskejjel, kampanji għat-tfal dwar ħajja attiva u healthy eating, il-Proġett ICER dwar destinazzjonijiet rurali, kampanja ta' edukazzjoni u awareness dwar il-pestiċidi, riċerka dwar il-potenzjal t'Għawdex fil-kamp tal-enerġija alternattiva, l-bini jew restawr ta' ġibjuni għall-ilma u skemi għal proġetti marbuta mal-viżjoni eko-Għawdex mill-Kunsilli Lokali u l-għaqdiet volontarji Għawdxin. Peress li numru ta' proċessi ta' tendering jew għażla għadhom mhux konklużi, l-ispiża finali ta' dawn il-proġetti għadha mhix magħrufa.
Leg 11 PQ #22020 Sitting 295 2010-12-14 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — mużew ta' arti moderna

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 20544 u 21487 u jgħid jekk bediex il-proċess biex f'Għawdex jitwaqqaf mużew ta' arti moderna u kontemporanja ta' livell nazzjonali? Jekk fin-negattiv, meta hu mistenni li jinbeda? Fejn hu s-sit li fuqu mistenni li jitwaqqaf dan il-mużew?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-proposta ta’ twaqqif ta’ dan il-mużew qed tiġi studjata fid-dawl ta’ l-istrateġija aktar wiesgħa. Bħalissa qed jiġu studjati possibiltajiet oħra u qegħdin jiġu kkunsidrati postijiet fejn jista’ jsir dan il-proġett.
Leg 11 PQ #22021 Sitting 295 2010-12-14 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — monitoring

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20546 u 21486 u jgħid x’sar f’Għawdex fl-2009 u fl-2010 fuq il-proġett intenzjonat li jagħmel monitoring tal-arja, l-ilma, l-ħsejjes, ir-radjazzjoni u l-ħamrija u li jwassal għal strateġija ta’ moniteraġġ kif ukoll informazzjoni baseline f’dak li huwa batimetrija u topografija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li f’ Jannar 2010 ġew approvati fondi għall-iżvilupp ta’ strateġija nazzjonali għall-moniteraġġ ambjentali u programme ta’ moniteraġġ nazzjonali fl-oqsma ta’ l-arja, l-ilma, l-ħamrija, l-ħsejjes, u r-radjazzjon. Dan il-proġett ser ikopri t-territorju kollu tal-Gzejjer Maltin, kif ukoll dak il-baħar madwar il-Gżejjer fuq raġġ ta’ 1 mn nawtiku mil-kosta. Fi tmiem Ottubru 2010 it-tenders għall-istudji primarji, l-istrateġija għal moniteraġġ u x-xiri tat-tagħmir kienu qegħdin fil-fażi kuntratwali.

Fondi Ewropej imħallsa taħt programm finanzjarju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu fondi Ewropej f’Għawdex s’issa kull sena sal-lum taħt il-programm finanzjarju 2007-2013? Jista’ jgħid fuq liema proġetti/miżuri eċċ. tħallsu u kemm tħallsu fuq kull proġett, skema, eċċ.?

Response (FENECH, TONIO)

L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat mill-Planning Priority Co-ordination Department.
Leg 11 PQ #21954 Sitting 294 2010-12-07 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

titjib f'Marsalforn u Xlendi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’titjib hu maħsub li jsir fil-lokalitajiet ta' Marsalforn u x-Xlendi? Tista’ tgħid meta mistennija jibdew ix-xogħlijiet fuq dawn il-proġetti?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata illi fil-preżent qed jitlesta x-xogħol fuq masterplans għall-bajjiet ta' Marsalforn u x-Xlendi.
Leg 11 PQ #21955 Sitting 294 2010-12-07 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Proġetti skemi eċċ. f'Għawdex konfinanzjati mill-Unjoni Ewropea

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’inhuma l-proġetti, l-iskemi, eċċ. għal Għawdex li huma ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea għas-snin 2007-2013? Tista’ tgħid liema minnhom diġà qed jitwettqu? Meta mistenni li jitlestew dawk li diġà qed jitwettqu? Liema minnhom għad iridu jibdew jitwettqu? Meta mistennija jibdew u meta mistennija jkunu lesti?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-Mistoqsija lill-Onorevoli Prim Ministru.
Leg 11 PQ #21956 Sitting 294 2010-12-07 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Passaġġi fil-Kampanja

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il passaġġ fil-kampanja ġie miksi bil-konkrit jew b’materjal ieħor fl-2009 u din is-sena s’issa? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta ta’ kull passaġġ?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-lista u pjanti ta' passaġġi fil-kampanja miksija bil-konkrit jew b'materjal ieħor din is-sena s'issa huma kif jidhru fid-dokumenti li qiegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar partijiet oħra tal-mistoqsija nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari Numru 13549/09.
Leg 11 PQ #21957 Sitting 294 2010-12-07 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Vot Kapital III

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’inhu programmat li jsir fl-2010 taħt il-Vot Kapitali III item 7239 Eco-Gozo? Tista’ tagħti l-ispiża stmata għal kull proġett? Tista’ tagħti d-data tal-bidu u tat-tmiem ta’ kull proġett?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta ta' Mistoqsija Parlamentari Numru 21706.
Leg 11 PQ #21958 Sitting 294 2010-12-07 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Żewwieqa Waterfront — grant agreement

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-grant agreement li jinkludi l-implementation u d-disbursement schedules dwar il-proġett taż-Żewwieqa Waterfront iffirmat mill-Managing Authority skont ir-Regolamenti tal-Unjoni Ewropea għall-Implimentazzjoni ta’ proġetti ko-finanzjati mill-istess Unjoni Ewropea?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li dan il-Grant Agreement qed jiġi ffinalizzat.

Għawdex — Mcast - full-time u part-time lecturers

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm full-time u part-time lecturers fl-MCAST f'Għawdex fl-aħħar tas-sena skolastika mill-2009/2010 u kemm hemm illum?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-aħħar tas-sena skolastika 2009/2010, fl-MCAST Għawdex kien hemm 19-il lecturer full-time u 24 part-time , filwaqt li fl-aħħar ta’ Novembru 2010 kien hemm 22 lecturer full-time u 15 part-time .
Leg 11 PQ #21948 Sitting 293 2010-12-06 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — siġar u arbuxelli mħawlin

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm siġar u arbuxelli tħawlu din is-sena sal-lum u kemm se jitħawlu fl-2011 fit-toroq u wesgħat f'Għawdex? Tista’ tagħti din l-informazzjoni siġar għalihom u arbuxelli għalihom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li matul is-sena 2010 sal-lum tħawlu 928 siġra u 19,935 arbuxelli fit-toroq u wesgħat f'Għawdex. Jien infurmata wkoll li għas-sena 2011 qiegħed jitħejja l-programm ta' tħawwil.

Vot Kapital Nru VIII

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus fuq l-industrija f’Għawdex din is-sena s’issa taħt il-Vot Kapitali Nru VIII Items 7211(i) (ii),(iii),(iv), 7280, 7101, 7096 u 7274 rispettivament? Jista’ jgħid għal liema skop intnefqu f’kull każ?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.

Vot Kaptiali Nru VII

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm flus maħsuba għall-industrija f’Għawdex għall-2011 taħt il-Vot Kapitali Nru VII Items 7211(i) u (ii) 7210, 7101 u 7096 rispettivament? Jista’ jgħid għal liema skop huma maħsuba f’kull każ?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Vot Kapitali Nru VII ser jiġi wżat kif muri fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Riforma tat-trasport pubbliku f'Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intnefqu u tħallsu flus s’issa din is-sena għar-riforma tat-trasport pubbliku f’Għawdex? Fuqiex intnefqu? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm flus maħsuba għall-istess riforma għall-2011? Taħt liema Item of Expenditure huma mdaħħla?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li din is-sena ntefqet is-somma totali ta’ €95,163.84 fi spejjeż relatati mar-riforma tat-Trasport Pubbliku f’Għawdex. Dawn l-ispejjeż intefqu fl-ammont ta’ €60,395.99 fil-proġett tat-terminus ġewwa Victoria, li jinkludu spejjeż ta’ garanziji u permessi relatati mal-MEPA, u l-ammont ta’ €34,767.85 fil-proġett tal-garaxx ġewwa x-Xewkija, li jinkludu spejjeż ta’ garanziji, permessi relatati mal-MEPA u rapporti relatati ma’ sigurtà. Infurmat ukoll li għas-sena 2011, hu stmat li se jintefqu €324,349 fi spejjeż relatati mar-riforma tat-Trasport Pubbliku f’Għawdex. Dawn l-ispejjeż se jintefqu f’xogħlijiet ġewwa t-Terminus tal-Victoria, biex isiru modifiki ta’ bankini li hu stmat li se jammontaw għal €137,886, xogħlijiet ta’ asfaltar li hu stmat li se jammontaw għal €130,820 u xogħlijiet f’akkomodazzjoni għax-xufiera li hu stmat li se jammontaw għal €55,643. Jien infurmat li dawn l-ispejjeż qed ikunu imniżżla taħt il-Vot Prinċipali allokat lill-Awtorità mill-Ministeru tal-Finanzi.
Leg 11 PQ #21952 Sitting 293 2010-12-06 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — Air strip

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudju ta' fattibilità dwar bini ta' airstrip f'Għawdex kummissjonat mill-Kumitat Reġjonali għal Għawdex u li ġie mgħoddi lill-MCESD? Jista’ jgħid jekk dan l-istudju ġiex diskuss fl-MCESD? Jekk fl-affermattiv, meta ttieħdet deċiżjoni dwaru, meta ttieħdet u x’inhi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li l-GRC ma kkumissjonax studju ta’ fattibilita dwar bini ta’ airstrip f’Għawdex.