Żewwieqa Waterfront — grant agreement implementation u disbursement schedules
Question
B’referneza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 21958, jista’ l-Prim Ministru jgħid issa tlestiex il-grant agreement li jinkludi l-implementation u d-disbursement schedules dwar il-proġett taż-Żewwieqa Waterfront iffirmat mill-Managing Authority skont ir-Regolamenti tal-Unjoni Ewropea għall-Implimentazzjoni ta’ proġetti ko-finanzjati mill-istess Unjoni Ewropea? Jekk tlesta, jista’ jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma tlestiex, jista’ jekk jogħġbu jgħid meta mistenni li jkun finalizzat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokument relatat.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 21954, tista’ l-Ministru tgħid meta mistenni li jitlesta x-xogħol fuq il-masterplans għall-bajjiet ta' Marsalforn u x-Xlendi?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata illi x-xogħol fuq il-masterplans għall-bajjiet ta' Marsalforn u x-Xlendi mistenni jkun lest fix-xhur li ġejjin.
Proġetti u skemi ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhuma l-proġetti, l-iskemi, eċċ. għal Għawdex li huma ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea għas-snin 2007-2013? Jista’ jgħid liema minnhom diġà qed jitwettqu? Meta hu mistenni li jitlestew dawk li diġà qed jitwettqu? Liema minnhom għad iridu jibdew jitwettqu? Meta mistennija jibdew u meta mistennija jkunu lesti?
Ċentru tal-Istudji Turistiċi — ħlas lill-kuntrattur fuq il-proġett
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm tħallas kull kuntrattur fuq il-proġett tal-bini taċ-Ċentru tal-Istudji Turistiċi f’Għawdex? Kemm ingħataw kuntratti, lil min u għalxiex? Kemm kien il-valur ta’ kull kuntratt?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ċentru tal-Arti u l-Artiġjanat f'Għawdex — ħlas lill-kuntrattur fuq il-proġett
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm tħallas kull kuntrattur fuq il-proġett tal-estensjoni taċ-Ċentru tal-Arti u Artiġjanat u l-bini ta’ Ċentru għall-Iżviluipp tal-Artiġjanat f’Għawdex? Kemm ingħataw kuntratti, lil min u għalxiex? Kemm kien il-valur ta’ kull kuntratt?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm tħallas kull kuntrattur fuq il-proġett Niche Tourism for the Island of Gozo li sar taħt il-Budget Ewropew 2004-2006? Kemm ingħataw kuntratti, lil min u għalxiex? Kemm kien il-valur ta’ kull kuntratt?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Rabat — San Lawrenz - proġett tal-bini fuq triq San Lawrenz
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm tħallas kull kuntrattur fuq il-proġett tal-bini mill-ġdid tat-triq San Lawrenz, Rabat Għawdex? Kemm ingħataw kuntratti, lil min u għalxiex? Kemm kien il-valur ta’ kull kuntratt?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ma jidhirlux il-Ministru li l-kummenti riċenti tiegħu dwar l-għoti tal-benefiċċju tal-ħelsien mill-arrest fir-realtà ma kenux ġustifikati u jpoġġu lill-membri tal-ġudikatura f'dawl ikrah mal-pubbliku, speċjalment meta l-Maġistrat konċernat dejjem qdiet dmirha bl-aħjar abilità mistenni mill-uffiċċju tagħha?
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-istokk ta’ vetturi bil-mutur liċenzjati f’Malta u Għawdex separatament fl-aħħar ta’ kull sena mill-2008 sal-lum? Jista' jikklassifikahom taħt vetturi privati, motor-cycles, vetturi kummerċjali, karozzi self-drive, coaches u xarabanks, taxis, eċċ?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21806, tista’ l-Ministru tgħid fejn huwa s-sit magħżul għall-uffiċċji relatati ma' back office? Meta beda u jekk bediex ix-xogħol fuq dawn l-uffiċċji? Jekk ma bediex meta mistenni li jinbeda? Meta mistenni li jitlesta? Liema xogħol ta’ back office ġie magħżul li jiġi trasferit għal Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li s-sit magħżul għal xi uffiċċji relatati ma' back office jinsab f'parti mill-iskola Roża Magro fix-Xewkija. Ix-xogħlijiet fuq dan is-sit bdew f'Lulju 2010 u għandhom jitlestew f'Marzu ta' din is-sena. Id-diskussjonijiet rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija għadhom m'humiex konklużi.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 21704, tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ kull talba li saret u ta’ kull approvazzjoni li ngħatat għar-rosters ġodda li ngħataw fil-Ministeru tagħha matul l-2010? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rilaxx ta’ kull impjegat mill-post fejn kien jaħdem qabel ma ngħata r-roster?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Inħoss li r-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 21704 hija suffiċjenti u għaldaqstant m'għandix x'inżid aktar magħha.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 21484, jista’ l-Ministru jgħid fl-2009 kemm kienu jħaddmu ħaddiema b’kollox is-67 intrapriża li jħaddmu minn 250 persuna ‘l fuq f’Malta u kemm kienet tħaddem l-unika intrapriża tal-istess daqs f'Għawdex?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ nies jaħdmu fl-intrapriżi meqjusa bħala kbar (250+) f’Malta u Għawdex fl-2009 kien ta’ 54,739.
B’referneza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 21808, tista’ l-Ministru tikkonferma dak li qalet lil din il-Kamra waqt id-dibattitu dwar il-Vot tal-Ministeru tagħha fil-Budget għall-2011 u ċioe’ li “f’dak li huwa turiżmu intern s-sena l-oħra qabeż il-miljun vettura u kważi 4 miljun passiġġier”? Tista’ l-Ministru tikkonferma li n-numri li tat huma żbaljati u li t-turiżmu intern f’Għawdex kien ferm anqas milli qalet hi? Jekk fl-affermattiv, tista’ titlob skuża lill-Kamra u lill-poplu tat-tagħrif żbaljat li tat?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Kif diġa għidt fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 21808 id-diskors tiegħi msemmi kien ibbażat fuq ċifri maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika. Kif jaf tajjeb l-Onorevoli Interpellant dawn huma ċifri uffiċċjali u huma bbażati fuq in-numru ta' biljetti li jkunu nxtraw biex vetturi u passiġġieri jaqsmu l-fliegu.
Għawdex — Skola tas-subien fir-Rabat - ħlas lill-kuntrattur fuq il-bini tal-iskola
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm tħallas s’issa kull kuntrattur fuq il-bini tal-iskola sekondarja tas-subien fir-Rabat Għawdex? Kemm hemm flus konnessi ma' xogħol/servizz/apparat eċċ li għadhom ma tħallsux? Fiex jikkonsistu? Kemm ingħataw kuntratti s’issa, lil min u għalxiex? Kemm hu l-valur ta’ kull kuntratt?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus fuq l-industrija f’Għawdex din is-sena s’issa taħt il-Vot Kapitali Nru VIII Items 7211(i) (ii),(iii),(iv), 7280, 7101, 7096 u 7274 rispettivament? Jista’ jgħid għal liema skop intnefqu f’kull każ?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul l-2010 ġew użati fondi kif muri fid-dokument li qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
nefqa attwali kapitali f’Għawdex mill-Fond Konsolidat
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 19884, 20553 u 21485 u jgħid kemm kienet in-nefqa attwali kapitali f’Għawdex mill-Fond Konsolidat u jgħid ukoll din in-nefqa kemm kienet bħala persentaġġ tan-nefqa kapitali kollha nazzjonali kull sena mill-istess Fond mill-2007 sal-2010? Jista' jagħti din l-informazzjoni skont il-programm baġitarju tal-Unjoni Ewropea?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
B’referenza għat-tweġiba li ta għall-mistoqsija parlamentari 21480 fejn qal illi in vista tat-talba tiegħi d-Dipartiment tal-Kuntratti se jitlob għall-kunsens tal-kuntrattur sabiex kopja tal-kuntratt tat-Triq tax-Xlendi titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, jista’ l-Ministru jpoġġi l-kopja tal-kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-Dipartiment tal-Kuntratti staqsa lil kuntrattur jekk għandux xi oġġezzjonijiet li dan il-kuntratt jitqiegħed fuq il-mejda tal-kamra. Sa issa d-Dipartiment għadu qiegħed jistenna r-risposta tal-kuntrattur.
Upgrading and expansion Mcast Institute of Mechanical Engineering at Malta/Gozo ERDF No.056 — grant agreement
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 21479, jista’ l-Prim Ministru jgħid min approva li l-perjodu tal-implementation u d-disbursement schedule dwar il-proġett “Upgrading and expansion, MCAST Institute of Mechanical Engineering at Mata/Gozo ERDF Nru 056 jiġi estiż sal-aħħar ta’ Frar 2011? Għal liema raġunijiet ġie estiż?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor.Interpellant li l-estensjoni tal-proġett sal-aħħar ta’ Frar 2011 ġiet approvata mil-Awtorita’ ta’ Ġestjoni wara li l-MCAST ippreżentat ġustifikazzjoni valida wara dewmien li nqala’ waqt il-proċess ta’ tendering.Kif l-Onorevoli japprezza, is-suq mhux dejjem jirreaġġixxi kif ikun mistenni u għaldaqstant dan ifisser li aktar żmien ikun meħtieġ biex jiġu ġġudikati t-tenders skond proċeduri u r-regolamenti.