Legislature:
Category:
Reset
Active:

nefqa attwali kapitali f’Għawdex mill-Fond Konsolidat

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 22022, 19884, 20553 u 21485 u jgħid kemm kienet in-nefqa attwali kapitali f’Għawdex mill-Fond Konsolidat u jgħid ukoll din in-nefqa kemm kienet bħala persentaġġ tan-nefqa kapitali kollha nazzjonali kull sena mill-istess Fond mill-2007 sal-2010? Jista' jagħti din l-informazzjoni skont il-programm baġitarju tal-Unjoni Ewropea?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi tali informazzjoni li qed tintalab ma tirriflettix l-investiment li jgawdi il-poplu Għawdxi u dak Malti b’daqshekk distinzjoni, billi ċertu proġetti kapitali li jsiru Malta huma wkoll ta’ benefiċċju għall-Għawdxin. Madankollu t-tabella mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Din ir-risposta qed tingħata wkoll għall-mistoqsijiet parlamentari numru 19884, 21485, 20553 u 22022.

Ħaddiema fis-settur privat — produzzjoni diretta u servizzi fis-suq

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22569 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kien in-numru totali ta’ ħaddiema fis-settur privat, fi produzzjoni diretta u f’servizzi tas-suq separatament, rġiel għalihom u nisa għalihom, f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar ta’ kull sena mill-2003 sal-2009 u fl-aħħar ta’ Lulju 2010? Jista’ jagħti din l-informazzjoni kategorizzata skont in-NACE Code?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni se tingħata f'seduta oħra.

Labour supply

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22568 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kienet il-labour supply, rġiel għalihom u nisa għalihom, f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar ta’ kull sena mill-2003 sal-2009 u fl-aħħar ta’ Lulju 2010? Jista’ jgħid kemm minnhom, f’kull każ, kienu jaħdmu bi qligħ?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #22747 Sitting 302 2011-01-18 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proġett tax-Xlendi — grant agreement u disbursement schedule

Question

Peress li skont il-grant agreement u d-disbursement schedule il-proġett tat-triq tax-Xlendi kellu jkun tlesta, magħluq u l-ispejjeż kollha mħallsa sal-aħħar kwart tal-2010 u peress li dan il-proġett sal-lum għadu ma tlestiex, jista’ l-onor Prim Ministru jikkonferma li mhux se jintilfu flus ewropej minħabba li dan il-proġett ma tlestiex fiż-żmien miftiehem? Jista’ jgħid jekk iż-żmien għat-tlestija ta’ dan il-proġett ġiex estiż? Jekk fl-affermattiv, min approva din l-estensjoni u għal liema raġunijiet? Sa meta ġie estiż?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmatli dan il-proġett ġie estiż sa l-aħħar ta’ Frar 2011. Din l-estensjoni ngħatat mill-Awtorità ta’ Ġestjoni wara li l-Ministeru għal Għawdex informha li l-maġġoranza tax-xogħlijiet kienu tlestew u li kien għad baqa’ xi xogħlijiet pendenti li għandhom jitlestew sad-data tal-estensjoni. L-ebda flus Ewropej ma huma mistennija li ser jintilfu fuq dan il-proġett.

Persuni li bidlu l-ID Card minn Malta għal Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jagħti n-numru ta’ persuni li ttrasferew ir-residenza u l-karta tal-identita’ tagħhom minn Malta għal Għawdex minn Ottubru 2008 sal-lum?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 20745.

Ħaddiema fis-settur pubbliku

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien in-numru totali ta’ ħaddiema fis-settur pubbliku, rġiel għalihom u nisa għalihom, f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar ta’ kull sena mill-2003 sal-2009 u fl-aħħar ta’ Lulju 2010? Tista’ tagħti din l-informazzjoni kategorizzata skont in-NACE Code?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi l-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat, f’dan il-każ il-Ministru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment.

Ħaddiema self-employed

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema self-employed, rġiel għalihom u nisa għalihom, f’Malta u f’Għawdex separatament, fl-aħħar ta’ kull sena mill-2003 sal-2009 u fl-aħħar ta’ Lulju 2010?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi l-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat, f’dan il-każ il-Ministru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment.

Ħaddiema fis-settur ta' produzzjoni diretta u fis-settur tas-servizzi tas-suq

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien in-numru totali ta’ nies jaħdmu fis-settur ta’ produzzjoni diretta u fis-settur fis-servizzi tas-suq f’Malta u f’Għawdex separatament, fl-aħħar ta’ kull sena mill-2003 sal-2009 u fl-aħħar ta’ Lulju 2010?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi l-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat, f’dan il-każ il-Ministru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment.

Ħaddiema part-time

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien in-numru totali ta’ nies, irġiel għalihom u nisa għalihom, li kellhom xogħol part-time bħala x-xogħol primarju tagħhom f’Malta u f’Għawdex separatament, fl-aħħar ta’ kull sena mill-2003 sal-2009 u fl-aħħar ta’ Lulju 2010?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi l-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat, f’dan il-każ il-Ministru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment.
Leg 11 PQ #22699 Sitting 301 2011-01-17 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proġetti u skemi ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22449 u jgħid x’inhuma l-proġetti, l-iskemi, eċċ. għal Għawdex li huma ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea għas-snin 2007-2013? Jista’ jgħid liema minnhom diġà qed jitwettqu? Meta hu mistenni li jitlestew dawk li diġà qed jitwettqu? Liema minnhom għad iridu jibdew jitwettqu? Meta mistennija jibdew u meta mistennija jkunu lesti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #22700 Sitting 301 2011-01-17 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Vot kapitali III item 7211

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 22206 dwar Vot Kapitali III item 7211 EU Structural Funds 2007-2013 (i) Ministry, tista’ l-Ministru tgħid dwar kull proġett imsemmi x’inhuma u kemm huma l-ispejjeż l-oħra li mhumiex eliġibbli taħt dan il-Vot? Tista’ tgħid kemm tħallas VAT taħt kull proġett?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-ispejjeż l-oħra, li mhumiex eliġibbli taħt dan il-Vot, tal-proġetti msemmija fit-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 22206/10 huma relatati mal-utility services, liema spejjeż għadhom ma tħallsux. S'issa l-ammont ta' VAT li tħallas fuq il-proġetti msemmija huwa ta': €186,333.59 (Villa Rundle) € 3,355.93 (Żewwieqa) € 25,124.04 (Operating Theatre & Radiology Unit) € 724.45 (Higher Education Courses).
Leg 11 PQ #22450 Sitting 300 2011-01-12 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Mużew ta' arti moderna u kontemporanja ta' livell nazzjonali

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22020 dwar it-twaqqif ta’ mużew ta' arti moderna u kontemporanja ta' livell nazzjonali, jista' l-Prim Ministru jgħid x’inhija l-istrateġija aktar wiesgħa li tinkorpora dan il-proġett?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-ħidma u strateġija tal-gvern fil-qasam tal-kultura se tkun direzzjonata minn tlett inizjattivi. L-ewwel inizjattiva hija l-politika kulturali li se tiġi pubblikata fil-ġranet li ġejjin. It-tieni inizjattiva hija l-appuntament importanti li għandu pajjiżna ċioe li fl-2018 ser inkunu qed nospitaw il-Belt Kapitali Ewropea. It-tielet inizjattiva hija l-ħidma li qed jagħmel il-gvern sabiex jinċentiva dejjem aktar il-Creative Economy. Dawn it-tliet inizjattivi jridu jiggwidaw il-gvern fid-deċiżjonijiet li jridu jsiru għall-investiment fil-qasam kulturali inkluż għall-proġett li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant. Dan sabiex nassiguraw li l-għanijiet fil-politika kulturali jintlaħqu, li pajjiżna joħroġ bl-unuri kollha u kulturalment jikber permezz tal-appuntament li għandha fl-2018 u sabiex il-kontribut ta’ qasam kreattiv lejn l-ekonomija jkompli jikber. L-istrateġija tal-gvern biex nilħqu dawn l-oġġettivi trid u ser tagħti każ partikulari lil Għawdex. Għadu prematur f’dan l-istadju biex il-gvern jagħti informazzjoni aktar dettaljata
Leg 11 PQ #22451 Sitting 300 2011-01-12 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta — reklamar dwar Għawdex

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 21708 u 22018 u jgħid x’miżuri ttieħdu mill-1999 sal-lum mill-Gvern u mill-Awtorità għat-Turiżmu ta’ Malta biex jirreklamaw lil Għawdex bħala destinazzjoni distinta? X’kienet in-nefqa fuq dawn il-miżuri? X’miżuri huma mistennija li jittieħdu matul l-2011? Kemm hi mistennija li tkun in-nefqa fuq il-miżuri li se jittieħdu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Awtorità ta’ Malta għat-Turiżmu tqis lill-Għawdex bħala destinazzjoni unika b’attrazzjoni qawwija għal tipi ta’ turiżmu. Sabiex tattira dawn it-tipi ta’ turiżmu l-Awtorità tat-Turiżmu tieħu diversi inizjattivi fosthom billi tilħaq ftehim ta’ joint marketing ma’ tour operators li jirreklamaw lil Għawdex, riklamar ffukati fuq Għawdex u attivitajiet promozzjonali oħra. Fost dawn l-attivitajiet, ta’ min isemmi li l-awtorità torganizza fam trips u tara li l- Media barranija tippubblika artikli fuq Għawdex. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi l-inizjattivi li ttieħdu f’dan ir-rigward għas-sena 2010. Qiegħed inpoġġi wkoll kopja tal-artikli u reklami għal Għawdex li l-Awtorità tat-Turiżmu ħadmet fuqhom fis-sena 2010. Matul l-2011 il-mizuri li se tkun qiegħda tieħu l-MTA jinkludi: 1. Tkompli ssib tour operators ġodda f’niċeċ differenti 2. Tkompli taħdem ma’ dawk it- tour operators li diġà jbiegħu l-Għawdex u tgħinghom sabiex ikabbru l-programm tagħhom. 3. Tippromovi vaganzi taż-żewġ gżejjer li s’issa jofru Malta biss. 4. Torganizza iżjed zjarat informativi fuq Għawdex għall-ġurnalisti 5. Tkompli tistieden crews tat-televizjoni u torganizza aktar żjajjar ta’ familjarizazjoni għall-aġenziji tal-ivjaggar sabiex jsiru jafu aktar fuq il-prodott Għawdxi 6. Tkompli tirriklama lil Għawdex fuq l- internet sabiex jiġu milħuqa l-vjaġġaturi indipendenti 7. Tippromovi specifikament lil Għawdex waqt fieri bħal WTM fl-Ingliterra u ITB fil-Ġermanja. 8. Tkompli tattira iżjed kumpaniji tal- cruise liners sabiex jagħmlu l-waqfiet tagħhom ġewwa Għawdex. Huwa kkalkulat li l-awtorità tonfoq madwar Euro 1.3 miljun fis-sena fuq dawn l-attivitajiet sabiex tippromwovi lil Għawdex waħedha. In-nefqa tal-MTA fi promozzjoni li tinkludi kemm lil Malta u lil Għawdex hija akbar. Minbarra din in-nefqa ta’ min ifakkar li fl-estimi tal- budget imhabbar ghas-sena 2011 mill-Ministeru tal-Finanzi inghatat allokazjoni ta’ Euro 500,000 lill-Ministeru ghal-Ghawdex specifikatament biex jiġu użati għal promozjoni tal-gżira bħala destinazjoni distinta.
Leg 11 PQ #22452 Sitting 300 2011-01-12 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

promozzjoni t'Għawdex bħala destinazzjoni rurali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22017 u jgħid x’miżuri mistennija li jittieħdu matul l-2011 mill-Gvern u l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta biex jippromwovu lil Għawdex fis-suq turistiku bħala destinazzjoni rurali unika? Kemm hu mistenni li tkun in-nefqa fuq il-miżuri li se jittieħdu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat illi l-miżuri li ser tkun qegħda tieħu l-MTA jinkludu: 1. Tkompli ssib tour operators ġodda f’niċeċ differenti; 2. Tkompli taħdem ma’ dawk it- tour operators li diġa jbiegħu ’l Għawdex u tgħinhom sabiex ikabbru l-programm tagħhom; 3. Tippromwovi vaganzi taż-żewġ gżejjer li s’issa joffru Malta biss; 4. Torganizza iżjed żjarat informattivi fuq Għawdex għall-ġurnalisti; 5. Tkompli tistieden crews tat-Televiżjoni u torganizza aktar żjajjar ta’ familjarizazzjoni għal-aġenziji ta’ l-ivjaggar sabiex jsiru jafu aktar fuq il-prodott Għawdxi; 6. Tkompli tirriklama l-Għawdex fuq l- internet sabiex jiġu milħuqa l-vjaġġaturi indipendenti; 7. Tippromwovi speċifikament lil Għawdex waqt fieri bħal WTM fl-Ingliterra u ITB fil-Ġermanja; 8. Tkompli tattira iżjed kumpaniji tal- Cruise liners sabiex jagħmlu l-waqfiet tagħhom ġewwa Għawdex. Huwa kkalkulat li l-Awtorita’ tonfoq madwar Euro 1.3 miljun fis-sena fuq dawn l-attivitajiet sabiex tippromwovi lil Għawdex waħedha. In-nefqa tal-MTA fi promozzjoni li tinkludi kemm 'l Malta u lil Għawdex hija akbar. Minbarra din in-nefqa ta’ min ifakkar li fl-estimi tal-budget imħabbar għas-sena 2011 mill-Ministeru tal-Finanzi ingħatat allokazjoni ta’ Euro 500,000 lill-Ministeru ghal-Għawdex speċifikatament biex jiġu użati għal promozjoni tal-Gżira bħala destinazjoni distinta.
Leg 11 PQ #22453 Sitting 300 2011-01-12 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Xogħlijiet fuq Triq ix-Xlendi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk ix-xogħlijiet fuq it-triq tax-Xlendi tlestewx kollha? Jekk fl-affermattiv, kemm saru pagamenti s’issa u x’jonqos jitħallas? Jekk ix-xogħlijiet għadhom ma tlestewx, x’jonqos isir? Meta mistennija li jkunu tlestew kollha?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li x-xogħlijiet li fadal x'isiru huma xogħlijiet żgħar u l-aħħar parti tal-istorm water culvert mill-parking area sal-bajja, liema xogħlijiet huma mistennija li jkunu lesti fl-ewwel kwart ta' din is-sena.

Labour supply

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienet il-labour supply, rġiel għalihom u nisa għalihom, f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar ta’ kull sena mill-2003 sal-2009 u fl-aħħar ta’ Lulju 2010? Tista’ tgħid kemm minnhom, f’kull każ, kienu jaħdmu bi qligħ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi l-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat, f’dan il-każ il-Ministru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment.

Ħaddiema fis-settur privat — produzzjoni diretta u servizzi fis-suq

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien in-numru totali ta’ ħaddiema fis-settur privat, fi produzzjoni diretta u f’servizzi tas-suq separatament, rġiel għalihom u nisa għalihom, f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar ta’ kull sena mill-2003 sal-2009 u fl-aħħar ta’ Lulju 2010? Tista’ tagħti din l-informazzjoni kategorizzata skont in-NACE Code?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi l-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat, f’dan il-każ il-Ministru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment.

abbonamenti ta' internet u mobile phones

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm abbonamenti (subscriptions) f’Għawdex ta’ internet u mobile phones rispettivament kull sena mis-sena 2000 sas-sena 2010? Jista’ jgħid dawn l-abbonamenti kemm kienu kull sena għal kull 1000 ruħ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Malta Communications Authority m’għandhiex informazzjoni dwar in-numru ta’ abbonamenti ta’ internet u mobile phones li tiddistingwi bejn numri f’Malta u numri f’Għawdex. L-informazzjoni li tinġabar mill-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni tinġabar għall-fini ta’ monitoraġġ tas-suq tal-komunikazzjoni elettronika f’Malta kollha u għalhekk għal dan l-iskop s’issa ma kienx hemm il-ħtiega li din l-informazzjoni tiddistingwi bejn numri Malta u numri Għawdex.

Linji fissi tat-telephone

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm linji fissi tat-telephone f’Għawdex kull sena mis-sena 2000 sas-sena 2010? Jista’ jgħid dawn l-linji kemm kienu kull sena għal kull 1000 ruħ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Malta Communications Authority m’għandhiex informazzjoni dwar in-numru ta’ linji fissi tat-telefon li tiddistingwi bejn numri f’Malta u numri f’Għawdex. L-informazzjoni li tinġabar mill-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni tinġabar għall-fini ta’ monitoraġġ tas-suq tat-telefonija f’Malta kollha u għalhekk għal dan l-iskop s’issa ma kienx hemm il-ħtieġa li din l-informazzjoni tiddistingwi bejn numri f'Malta u numri f'Għawdex.

Vot Kapital Nru VIII

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21949 u jgħid kemm intnefqu flus fuq l-industrija f’Għawdex din is-sena s’issa taħt il-Vot Kapitali Nru VIII Items 7211(i) (ii),(iii),(iv), 7280, 7101, 7096 u 7274 rispettivament? Jista’ jgħid għal liema skop intnefqu f’kull każ?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 21949.