Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħaddiema self employed

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema self-employed, rġiel għalihom u nisa għalihom, f'Malta u f'Għawdex separatament, fl-aħħar ta' kull sena mill-2003 sal-2009 u fl-aħħar ta' Lulju 2010?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja responsabbli mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ.

ajruport tal-Gudja — relabelling tar-runway

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx relabelling tar-runway tal-ajruport tal-Gudja minħabba fiċ-ċaqliq tal-Earth's Magnetic North Pole?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat illi r-runway designations fl-ajruport inbidlu minħabba l-fenomenu naturali ta’ tibdil fil-magnetic variation. Runway 32 saret runway 31 Runway 14 saret runway 13 Runway 24 saret runway 23 Runway 06 saret runway 05 Dan it-tibdil sar fl-2008.

Reġistrazzjoni ta' vapuri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħħlet flus Malta mir-reġistrazzjoni ta' vapuri mill-2000 sal-lum? Kemm minn dawn intilfu u/jew tħassru minn fuq ir-reġistru fl-istess żmien?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li bejn is-snin 2000 u 2010, id-Direttorat tal-Bastimenti Merkantili fi ħdan l-Awtorità Marittima ta’ Malta u l-Awtorità għat-Trasport f’Malta daħħal Euro 94,902,753 mill-attivitajiet li tagħhom hu responsabbli kważi kollha relatati mar-reġistrazzjoni tal-bastimenti taħt il-bandiera Maltija. Fl-istess perjodu 4,252 il-bastiment għall-tunnellaġġ gross ta’ 52,663,567 temmew ir-reġistrazzjoni tagħhom taħt l-Att Dwar il-Bastimenti Merkantili.

Gozo Channel — tagħrif dwar is-servizz

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jsiru tabelli li jagħtu tagħrif dwar is-servizz tal-Gozo Channel matul ir-rotta mill-Belt saċ-Ċirkewwa bħalma kien hemm xi żmien ilu? Jistgħu jsiru avviżi fuq il-mezzi tax-xandir meta s-servizz jiġi sospiż, minn fejn u x'ħin ikun se jaħdem il-vapur?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat

Bozoz energy saving — informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex ammont kbir ta' bozoz energy saving li tqassmu b'xejn diġà nħarqu, meta suppost iservu għal eluf ta' sigħat? Kemm swiet lill-gvern din l-iskema tal-bozoz energy saving? Jista' jgħid kemm iffrankat flus Malta b'riżultat dirett tal-iskema tal-għoti tal-bozoz energy saving?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Dwar l-ewwel parti nitlob lill-Onor. Interpellant biex jekk jaf b’xi każijiet speċifiċi jgħid lill-benefiċċjarji sabiex jirreferu l-każ lill-Malta Standards Authority. Nirreferih ukoll għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 16482. Jekk wieħed juża il-cost ta’ fjuwil tal-Korporazzjoni Enemalta biex tiġġenera 1 kWhr hu 11c, u tassumi savings ta’ 47kWh minn kull bozza kull sena, il-pajjiż għandu jiffranka bejn wieħed u ieħor €4.5miljun kull sena għal madwar 10 snin.

Persuni li bidlu l-ID Card minn Malta għal Għawdex

Question

B'referenza għat-tweġiba li ngħatajt għall-mistoqsija parlamentari 22748 fejn tlabtu jagħti n-numru ta’ persuni li ttrasferew ir-residenza u l-karta tal-identità tagħhom minn Malta għal Għawdex minn Ottubru 2008 sal-lum u peress li fit-tweġiba tiegħu l-Ministru rreferieni għat-tweġiba li ta għall-mistoqsija parlamentari 20745 fejn kien intalab jgħid fiex wasal eżattament il-proċess tal-karti tal-identità l-ġodda u meta hu maħsub li jibdew jinħarġu. Peress li dik il-mistoqsija m’għandha x’taqsam xejn mal-mistoqsija tiegħi, jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22748 u jagħti n-numru ta’ persuni li ttrasferew ir-residenza u l-karta tal-identita’ tagħhom minn Malta għal Għawdex minn Ottubru 2008 sal-lum?

Response (GATT, AUSTIN)

L-Uffiċċju Elettorali - li jiġbor l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant ma jaqax taħt ir-responsabbiltà Ministerjali tiegħi.

Ħaddiema fis-settur privat — produzzjoni diretta u servizzi fis-suq

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22745 u jgħid kemm kien in-numru totali ta’ ħaddiema fis-settur privat, fi produzzjoni diretta u f’servizzi tas-suq separatament, rġiel għalihom u nisa għalihom, f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar ta’ kull sena mill-2003 sal-2009 u fl-aħħar ta’ Lulju 2010? Jista’ jagħti din l-informazzjoni kategorizzata skont in-NACE Code?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fuq il-Mejda tal-Kamra qed jitpoġġew tabelli li juru kemm kien hemm rġiel u nisa separatament jaħdmu bi qligħ fil-qasam tal-produzzjoni diretta u f’servizzi tas-suq fis-settur privat f’Malta u f’Għawdex b’mod separat kull sena mill-2003 sal-2009 u fl-aħħar tal-Lulju 2010 fuq bażi ́full time’.
Leg 11 PQ #22017 Sitting 305 2011-01-25 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

promozzjoni t'Għawdex bħala destinazzjoni rurali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’miżuri mistennija li jittieħdu matul l-2011 mill-gvern u l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta biex jippromwovu lil Għawdex fis-suq turistiku bħala destinazzjoni rurali unika? Kemm hu mistenni li tkun in-nefqa fuq il-miżuri li se jittieħdu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt fil-mistoqsija parlamentari numru 22452.

Taxxi tad-dħul u taxxi fuq il-valur

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inġabret (i) taxxa tad-dħul u (ii) taxxa fuq il-valur miżjud minn Għawdex fl-2009 u fl-2010?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi t-taxxa tad-dħul li nġabret minn Għawdex fl-2009 tammonta għal €19.2 miljun; u għall-2010 tammonta għal €14 -il miljun. Rigward l-2010, wiehed irid jghid li dan l-ammont ma jinkludix l-FSS imħallsa mill-impjegati tal-Gvern minhabba li l-process li jigbor l-informazzjoni kollha mill-formoli tal-FSS għadu mhux finalizzat. L-ammont ta’ taxxa fuq il-Valur Miżjud miġbur minn Għawdex fl-2009 u fl-2010 kien ta’ €10.9 miljun u €12 -il miljun, rispettivament.
Leg 11 PQ #22876 Sitting 305 2011-01-25 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ġgantija — Ċentru għall-Viżitaturi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’sar s’issa kull sena mill-2008 sal-lum fuq il-ħolqien ta’ Ċentru għall-Viżitaturi u fuq titjib ġenerali taż-żona tal-Ġgantija? Kemm kienet in-nefqa fuq kull item ta’ xogħol, eċċ. li sar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Grant Agreement għall-proġett ko-finanzjat mill-Fondi Reġjonali ta’ l-Unjoni Ewropeja (ERDF032 – Archaeological Heritage Conservation Project), li jinvolvi xogħol fuq it-Tempji tal-Ġgantija, it-Tempji ta’ Ħal Tarxien u l-Katakombi ta’ San Pawl, b’valur ta’ €9.2miljuni, kien iffirmat fil-5 ta’ Mejju 2009. Tul l-2008 saru t-tħejjijiet għal diversi tenders għax-xogħlijiet u studji imsemmija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Għal dak li jirrigwardja lill-Ġgantija, matul l-2009 ix-xogħol iffoka fuq ix-xiri ta’ proprjeta` privata fiż-żona tal-Park Arkeoloġiku tal-Ġgantija, sabiex is-sit magħżul għall-bini taċ-Ċentru tal-Viżitaturi jkun jista’ jingħaqad mat-Tempju nnifsu. Barra minn hekk, is-sit li fuqu ser jinbena iċ-Ċentru tal-Viżitaturi ġie mdawwar b’ fence sabiex ikun jista’ jibda skav arkeoloġiku fis-sit sabiex jiġi stabbilit jekk hemmx fdalijiet arkeoloġiċi. Irriżulta li s-sit jista’ jiġi żviluppat. Fl-2009 ġie organizzat ukoll konkors ta’ disinn, li għalih kien hemm tlettax-il sottomissjoni. Permezz ta’ dan il-konkors intagħżel id-disinn (u l-Perit) ghaċ-Ċentru tal-Viżitaturi, kif ukoll it-tisbiħ u t-titjib tal-park arkeoloġiku. Għaldaqstant saret applikazzjoni l-MEPA fuq dan l-iżvilupp u l-permess inħareġ fl-4 ta’ Novembru 2010. Bħalissa qed isiru l-aħħar preparamenti sabiex joħroġ tender tax-xogħolijiet għal valur ta’ madwar €2 miljuni. Ix-xogħolijiet mistennija jibdew fit-tieni nofs tal-2011. Fl-2009 ukoll inħareġ tender u ingħata kuntratt sabiex issir analiżi dettaljata tal-istruttura tat-tempji infushom. Dan l-studju għadu għaddej. Għaldaqstant, kif muri fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, s’issa ingħataw kuntratti li komplessivament jiswew madwar €350,000, minnhom diga’ tħallsu madwar €225,000. Barra minn hekk, fl-istess ħin fit-Tempji tal-Ġgantija għaddej xogħol ieħor iffinanzjat mill- Vodafone Foundation u li jammonta għal €202,000. Dan ix-xogħol jinkludi: l-installazzjoni ta’ stazzjon għall-moniteraġġ ambjentali, kameras tas-sigurta, l-installazzjoni ta’ screens b’interpretazzjoni diġitali, u passaġġi fit-tempji li se jiffaċilitaw l-aċċess għall-viżitaturi. L-ewwel tliet komponenti tlestew fl-2011, filwaqt li x-xogħol fuq il-passaġġi se jitlesta fl-2011.
Leg 11 PQ #22877 Sitting 305 2011-01-25 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proġett — Closer to Europe

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’sar matul l-2010 f’Malta u f’Għawdex separatament taħt il-Proġett ESF 4.94 – Closer to Europe? Kemm kienet in-nefqa f’Malta u f’Għawdex separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nefqa li saret s’ issa fuq il-Proġett ESF 2.94 Closer to Europe kienet l-aktar ta’ natura pubbliċitarja, speċjalment rigward sejħiet għall-offerti bl-appalt u għalhekk m’ hemmx nefqa separata għal Malta u għal Għawdex.
Leg 11 PQ #22878 Sitting 305 2011-01-25 Oral · Interim From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Skemi għal proġetti minn Entrapriżi Privati għal Turiżmu Sostenibbli

Question

Jista’ l-Prim Ministru jekk jogħġbu jgħid kemm entrapriżi privati Maltin u Għawdxin separatament gawdew mill-Iskema għal Proġetti minn Entrapriżi Privati għal Turiżmu Sostenibbli 2007-2013 ko-finanzjata mill-Unjoni Ewropea taħt kull waħda mit-tliet sejħiet li ħarġu s’issa? X’inhuma l-proġetti li twettqu/għandhom jitwettqu f’Malta u f’Għawdex separatament taħt kull sejħa? X’inhu l-valur totali taħt kull sejħa ta’ dawn il-proġetti li twettqu f’Malta u f’Għawdex separatament? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-grant agreement li jinkludi l-implementation u d-disbursement schedule dwar din l-iskema?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta ohra

Waste Treatment and Trasfer Facilty — implementation u disbursement schedule

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’sar s’issa fuq il-proġett tal-Waste Treatment and Transfer Facility ta’ Għawdex? X’jonqos isir? Meta mistenni li jitlesta? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-grant agreement li jinkludi l-implementation u d-disbursement schedule dwar dan il-proġett?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat illi t-tender għall-Project Management tal-iżvilupp tal-proġett tal-Waste Treatment and Transfer Facility ta’ Għawdex ġie awarded u t-tender għall-kostruzzjoni tal-istess proġett qiegħed għand id-Dipartiment tal-Kuntratti lest biex jiġi ppublikat. Wara li jkun awarded il-kuntratt tax-xogħlijiet, mistenni li l-proġett jieħu 18-il xahar biex jinbena. Il-grant agreement għal dan il-proġett għadu mhux magħluq. Ta’ min jinnota li l-proċess tal-applikazzjoni tal-MEPA ittawwal aktar milli kien maħsub minħabba oppożizzjoni inizjali mill-Kunsill Lokali tax-Xewkija.
Leg 11 PQ #22880 Sitting 305 2011-01-25 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Programmi u xogħlijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’inhuma l-programmi, l-inizjattivi, l-iskemi, il-proġetti u x-xogħlijiet li l-Ministeru tagħha se jwettaq f’Għawdex sena, b'sena minn din is-sena sal-2013? Kemm hu/kemm hu stmat il-valur ta’ kull proġett, programm, eċċ.? Liema minn dawn il-programmi, inizjattivi, eċċ. huma/se jkunu ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea? Meta bdew jitwettqu/meta mistenni li jibdew jitwettqu u meta huwa mistenni li jitlestew/jispiċċaw?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija skont il-programm elettorali tal-gvern u l-fondi li jkunu provduti lill-Ministeru għal Għawdex sas-sena 2013.

Pensjonijiet, allowances u gratuities

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal kemm kienu jammontaw il-pensjonijiet, allowances u gratuities li tħallsu lil persuni residenti f’Malta u f’Għawdex separatament kull sena mill-2003 ‘l hawn taħt (i) l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet (Kap 93), (ii) taħt l-Att dwar i-Pulizija (Kap 164) u (iii) taħt l-Att dwar il-Forzi Armati ta’ Malta (Kap 220)? Jista’ jagħti n-numru ta’ benefiċjarji f’kull każ għall-aħħar sena?

Response (FENECH, TONIO)

L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministri kkonċernati.

Bonus tal-għoli tal-ħajja

Question

Tista’ l-Ministru tgħid għal kemm kienu jammontaw (i) il-pensjonijiet u allowances u (ii) il-bonus tal-għoli tal-ħajja li tħallsu lil persuni residenti f’Malta u f’Għawdex separatament kull sena mill-2003 ‘l hawn taħt l-Att dwar il-Pensjonijiet lil Nisa Romol u Tfal Iltiema (Kap 58)?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat, f’dan il-każ il-Ministru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment.
Leg 11 PQ #22763 Sitting 303 2011-01-19 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Approvazzjoni għar-rosters ġodda

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsijiet parlamentari 21704 u 22208, tista’ l-Ministru f’ġieħ il-kontabilità, trasperenza u serjetà fl-infiq ta’ flus il-poplu tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ kull talba li saret u ta’ kull approvazzjoni li ngħatat għar-rosters ġodda li ngħataw fil-Ministeru tagħha matul l-2010? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rilaxx ta’ kull impjegat mill-post fejn kien jaħdem qabel ma ngħata r-roster?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

M'għandix x'inżid mar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 22208.
Leg 11 PQ #22764 Sitting 303 2011-01-19 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MTA — aċċess bl-ajru

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’miżuri mistennija li jittieħdu matul l-2011 mill-gvern u l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta biex jiffaċilitaw l-aċċess bl-ajru bejn Malta u Għawdex? Kemm hu mistenni li tkun in-nefqa fuq il-miżuri li se jittieħdu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu hija responsabbli li tippromwovi lill-Għawdex bħala destinazzjoni turistika. Bħala parti mix-xogħol tagħha, taħdem, inkluż b’laqgħat ma’ diversi entitajiet, biex ikun hemm aċċess dejjem aħjar bejn il-gżejjer. Il-Gvern m’għandu l-ebda talba minn operatur biex jopera servizz bl-ajru bejn Malta u Għawdex. Jekk issir talba simili l-Gvern lest li jikkunsidra. Sadattant il-Gvern ser ikompli jinvesti sabiex titjieb l-infrastruttura anke permezz tal-bini tat-terminal ġewwa l-Marfa.
Leg 11 PQ #22765 Sitting 303 2011-01-19 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Masterplans għall-Marsalforn u Xlendi

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 21954 u 22448, tista’ l-Ministru tgħid min qed iħejji l-masterplans (i) għall-bajja ta' Marsalforn u (ii) għall-bajja tax-Xlendi? Tista’ tgħid jekk dawn ix-xogħlijiet ingħatawx b’tender? Sar xi kuntratt għal dawn ix-xogħlijiet? X’inhi l-ispiża kuntrattwali għal kull wieħed mix-xogħlijiet? Meta hija d-data kuntrattwali għat-tlestija ta’ kull wieħed minn dawn ix-xogħlijiet?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Il-Masterplans għall-bajjiet ta' Marsalforn u x-Xlendi qed isiru minn Perit impjegat tal-Ministeru għal Għawdex.