Skemi għal proġetti minn Entrapriżi Privati għal Turiżmu Sostenibbli
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22878 u jgħid kemm entrapriżi privati Maltin u Għawdxin separatament gawdew mill-Iskema għal Proġetti minn Entrapriżi Privati għal Turiżmu Sostenibbli 2007-2013 ko-finanzjata mill-Unjoni Ewropea taħt kull waħda mit-tliet sejħiet li ħarġu s’issa? X’inhuma l-proġetti li twettqu/għandhom jitwettqu f’Malta u f’Għawdex separatament taħt kull sejħa? X’inhu l-valur totali taħt kull sejħa ta’ dawn il-proġetti li twettqu f’Malta u f’Għawdex separatament? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-grant agreement li jinkludi l-implementation u d-disbursement schedule dwar din l-iskema?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-iskema hija maqsuma fi tlett sejħiet li minnhom gawdew Inrapriżi taħt l-ewwel żewġ sejħiet. L-evalwazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet li daħlu wara t-tielet sejħa, li għalqet f’ 14 ta’ Jannar 2011, se tibda fi Frar.
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor.Interpellant jiġifieri dettalji dwar il-proġetti li ntgħażlu għall-ko- finanzjament.
Template tal-grant agreement qed titpoġġa wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra.
L-implementation u d-disbbursement schedule ivarja skond kull applikant. Taħt l-ewwel sejħa proġetti għandhom jitlestew sal-2011 u taħt it-tieni sejħa proġetti għandhom jitlestew sal 2012
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 22877, jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhija l-pubbliċità li saret u x’sejħiet għall-offerti bl-appalt ħarġu taħt il-Proġett ESF 4.94 – Closer to Europe? Liema offerti ngħataw x’issa u lil min? X’inhu l-valur ta’ kull offerta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li , is-suġġett trattat fil-Mistoqsija Parlamentari li qiegħed jirreferi għalija l-Onor.Interpellant mhix konessa mal-Proġett Closer to Europe.
Il-publiċita’li saret għall- offerti li ħarġu taħt il-Proġett ESP 4.94 Closer to Europe kienet fuq
Il-Gazzetta tal-Gvern u Gazzetti Lokali ta’ nhar ta’Ħadd; The Sunday Times, The Malta Indipendent, Malta Today, Illum, Il-Kulħadd, il-Mument u it-Torċa.
Fil-kas tal-Kampanja ta’ għarfien u kommunikazzjoni pubbliċita’ saret ukoll fuq il-Ġurnali Ewropew.
Qed inpoġġi nfuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni dwar l-offerti mogħtija u l-valur tagħhom.
Ħaddiema fis-settur privat — produzzjoni diretta u servizzi fis-suq
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22569 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kien in-numru totali ta’ ħaddiema fis-settur privat, fi produzzjoni diretta u f’servizzi tas-suq separatament, rġiel għalihom u nisa għalihom, f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar ta’ kull sena mill-2003 sal-2009 u fl-aħħar ta’ Lulju 2010? Jista’ jagħti din l-informazzjoni kategorizzata skont in-NACE Code?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 23023.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22761 dwar ħlasijiet ta’ pensjonijiet, allowances u gratuities li tħallsu lil persuni residenti f’Malta u f’Għawdex separatament kull sena mill-2003 'l hawn taħt (i) l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet (Kap 93), (ii) taħt l-Att dwar il-Pulizija (Kap 164) u (iii) taħt l-Att dwar il-Forzi Armati ta’ Malta (Kap 220)? Jista’ jagħti n-numru ta’ benefiċjarji f’kull każ għall-aħħar sena? Peress li l-Mistoqsija msemmija saret bl-iskop xieraq li jinkiseb tagħrif dwar ħaġa ta' fatt fit-tagħrif speċjali tal-Membru li lilu tkun saret kif jitlob regolament nru 27 tal-Ordinijiet Permanenti tal-Kamra u peress li dawn il-pensjonijiet, eċċ jitħallsu mill-Voti tal-Ministeru tiegħu, jista’ l-Ministru jgħid għaliex talabni nagħmel il-mistoqsija lill-Ministri konċernati u ma tax hu l-informazzjoni mitluba? Jista’ jekk jogħġbu jagħtini l-informazzjoni mitluba? Jekk le, jista’ jgħidli min huma l-Ministri konċernati?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jekk jogħġbu jgħid x’inhuma (i) il-funzjonijiet li jitwettqu u (ii) is-servizzi li jingħataw mill-Uffiċċju tal-Malta Enterprise f’Għawdex?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-uffiċċju tal-Malta Enterprise f’Għawdex jaqdi il-funzjonijiet relatati ma' customer care, u għalhekk l-uffiċċju jservi bħala punt ta’ kuntatt għall-intrapriżi li joperaw minn Għawdex. Is-servizzi mogħtija jinkludu meetings ma klijenti dwar l-iskemi u l-programmi tal-Malta Enterprise u l-ipproċessar inizzjali ta’ applikazzjonijiet għall-għotjiet għat-trasport li tkun ħallset kumpanija bbażata f’Għawdex biex tittrasporta makkinarju, impjant, u merkanzija bejn Malta u Għawdex.
Master plans tal-bajjiet ta' Marsalforn u x-Xlendi
Question
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 22765, tista’ l-Ministru tgħid jekk il-perit li qed iħejji l-master plans għall-bajjiet ta’ Marsalforn u x-Xlendi għandux kwalifiki fl-inġinerija marittima? Jekk għandu x’inhuma? Tista’ l-Minstru tgħid jekk dan il-perit ngħatax timeframes għat-tlestija ta’ dawn il-master plans? Jekk fl-affermattiv, x’inhuma? Jekk fin-negattiv, għaliex ma nagħtawx timeframes?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-perit li qed taħdem fuq il-master plans għall-bajjiet ta' Marsalforn u x-Xlendi, hija perit gradwata mill-Universita ta' Malta u mpjegata fil-Ministeru għal Għawdex. Ix-xogħlijiet involuti ma' dan il-master plan ma jirrekjedix is-servizzi esklussivi ta' perit ikkwalifikat fl-inġinerija marittima. Jekk u meta jinħass il-bżonn li l-perit involuta jkollha bżonn il-parir tekniku ta' perit ikkwalifikat fl-inġinerija marittima jew ikkwalifikat f'xi qasam partikulari ieħor, il-perit involuta tara li tagħmel il-konsultazzjonijiet neċessarji.
Iva, il-perit li qed taħdem fuq il-bajja ta' Marsalforn u Xlendi ngħatat timeframes; fil-ġimgħat li ġejjin il-Ministeru se jkun qed jikkonsulta mal-partijiet interessati/ikkonċernati dwar dawn il-master plans.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nies jaħdmu fil-qasam tal-bunkering f'Malta u f'Għawdex separatament fl-aħħar tal-2008, tal-2009 u tal-2010?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja responsabbli mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 22880, tista’ l-Ministru tgħid liema huma l-miżuri mill-programm elettorali tal-Gvern li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha? Tista’ tgħid liema minnhom twettqu s’issa? Kemm kienet in-nefqa fuq kull miżura?Tista’ tgħid kemm hu stmat il-valur ta’ kull proġett, programm, eċċ.li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha u għadhom iridu jitwettqu? Liema minn dawn il-programmi, inizjattivi, eċċ. huma/se jkunu ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nirreferi lill-Onorevoli Nterpellant għar-rapporti li l-Ministeru għal Għawdex ħareġ matul din il-leġislatura dwar il-ħidma tiegħu għall-perjodu 2008-2013.
Tista' l-Ministru tgħid fejn se tinżamm il-Wirja Agrarja ta' Santa Marija f'Awwissu li ġej?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li huwa maħsub li x-xogħol kollu fuq il-Villa Rundle jkun lest sa Awwissu u li f'dak il-każ jekk ikun possibli, l-Wirja Agrarja ta' Santa Marija ssir f'dan il-post. Jekk ma jkunx possibli, jsiru arranġamenti alternattivi biex il-wirja ssir f'sit alternattiv bħalma sar fl-2010.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru totali ta’ ħaddiema fis-settur pubbliku, rġiel għalihom u nisa għalihom, f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar ta’ kull sena mill-2003 sal-2009 u fl-aħħar ta’ Lulju 2010? Jista’ tagħti din l-informazzjoni kategorizzata skont in-NACE Code?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja responsabbli mill- Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru totali ta’ ħaddiema fis-settur privat, fi produzzjoni diretta u f’servizzi tas-suq separatament, rġiel għalihom u nisa għalihom, f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar ta’ kull sena mill-2003 sal-2009 u fl-aħħar ta’ Lulju 2010? Tista’ tagħti din l-informazzjoni kategorizzata skont in-NACE Code?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja responsabbli mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-valur tal-esportazzjoni minn Għawdex u minn Malta separatament ta’ affarijiet ta’ merċa (goods) xahar b'xahar mill-ewwel ta’ Settembru 2010 sal-aħħar ta’ Diċembru 2010 maqsumin skont l-areas ġeografiċi ewlenin u skont il-prodotti esportati?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 22764 fejn qal li jekk issir talba minn operatur biex jopera servizz bl-ajru bejn Malta u Għawdex il-Gvern lest li jikkunsidraha, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern huwiex lest li jagħti sussidju għat-tħaddim ta’ dan is-servizz?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fil-limiti permessi mil-liġi, l-gvern jikkunsidra talbiet għall-parteċipazzjoni publika f’servizz ta’ trasport bl-ajru bejn Malta u Għawdex każ b’ każ u skont ir-riżorsi u l-prioritajiet tal-ġurnata.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 22764 fejn qal li l-Gvern se jkompli jinvesti sabiex titjieb l-infrastruttura anke permezz tal-bini tat-terminal ġewwa l-Marfa, jista’ l-Prim Ministru jgħid meta l-Gvern iddeċieda li jibni terminal ġewwa l-Marfa? Sar xi Environment Impact Assessment għal dan it-terminal? X’inhuwa l-iskop u l-bżonn li jinbena dan it-terminal?
Jista’ l-Ministru jgħid għal kemm kienu jammontaw (i) il-pensjonijiet u allowances u (ii) il-bonus tal-għoli tal-ħajja li tħallsu lil persuni residenti f’Malta u f’Għawdex separatament kull sena mill-2003 ‘l hawn taħt l-Att dwar il-Pensjonijiet lil Nisa Romol u Tfal Iltiema (Kap 58)?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Proġetti u skemi ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 22449 u 22699 u jgħid x’inhuma l-proġetti, l-iskemi, eċċ. għal Għawdex li huma ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea għas-snin 2007-2013? Jista’ jgħid liema minnhom diġà qed jitwettqu? Meta hu mistenni li jitlestew dawk li diġà qed jitwettqu? Liema minnhom għad iridu jibdew jitwettqu? Meta mistennija jibdew u meta mistennija jkunu lesti?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru totali ta’ nies, irġiel għalihom u nisa għalihom, li kellhom xogħol part-time bħala x-xogħol primarju tagħhom f’Malta u f’Għawdex separatament, fl-aħħar ta’ kull sena mill-2003 sal-2009 u fl-aħħar ta’ Lulju 2010?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru responsabli mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru totali ta’ nies jaħdmu fis-settur ta’ produzzjoni diretta u fis-settur tas-servizzi tas-suq f’Malta u f’Għawdex separatament, fl-aħħar ta’ kull sena mill-2003 sal-2009 u fl-aħħar ta’ Lulju 2010?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal-mistoqsija parlamentari numru 23023.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-proġetti infrastrutturali tal-Gvern li l-Ministeru tiegħu qed jikkordina bħalissa f’Malta u f’Għawdex separatament? X’proġetti hemm maħsuba li jitwettqu fiż-żewġ gżejjer separatament minn din is-sena sal-2013 li l-Ministeru se jkun qed jikkordina?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-proġetti huma dawn:
· Rinnovament tal-breakwater prinċipali ta’ Marsaxlokk
· Rinnovament tal-breakwater prinċipali ta’ Port il-Kbir, cioe’ dak ta’ Sant Iermu u dak ta’ Rikasoli
· Kostruzzjoni tal-pont fuq il breakwater ta’ Sant Iermu
· Kostruzzjoni tal-Ferry Terminal il-ġdid fiċ-Ċirkewwa
· Rinnovament u upgrading tal-moll ta’ Deep Water Quay fil-Port il-Kbir
· Kostruzzjoni ta’ mollijiet ġodda għal-vapuri tal-passiġġieri fil-Port il-Kbir. Dawn ser ikuni fl-inħawi ta’ Lascaris, Barriera u Boiler wharfs.
· Environmental impact assessment ta’ yacht marina ġdida f’Sa Maison, Marsamxett
· Environmental impact assessment ta’ moll ġdid għal-merkanzija bejn Laboratory Wharf u Fuel Wharf fil-Port il-Kbir
· Numru ta’ proġetti ta’ manutenzjoni f’diversi inħawi
· City Gate Project
· Barrakka Lift
· Dock 1 ERDF 104
· British & Knights Buildings Dockyard Creek
· Valletta Bus Terminus
· Palazzo Zondadari Valletta
· Sant’Iermu
· Ex-Pixxkerija Barriera Valletta
· Data Centre għall-MITA