Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema mal-Malta Industrial Park Ltd? Jista' jgħid kemm hemm ħaddiema Għawdxin jaħdmu mal-Malta Industrial Park f'Malta u Għawdex separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Malta Industrial Parks timpjega 39 impjegat u għandha biss uffiċċju wieħed f’Malta. Ma jaħdmux Għawdxin f’dan l-uffiċċju. Ta’ min jinnota li l-uffiċċju tal-Malta Enterprise f’Għawdex, li jimpjega 2 Għawdxin, iservi ukoll bħala kuntatt għall-MIP.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema mal-Gozo Ferries Co. Ltd? Jista' jgħid kemm hemm ħaddiema Għawdxin jaħdmu mal-Gozo Ferries Co. Ltd f'Malta u Għawdex separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi mal-kumpanija “Gozo Ferries” m’hemmx impjegati Maltin u lanqas Għawdxin.
Malta External Trade Corporation Ltd — informazzjoni dwar ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema mal-Malta External Trade Corporation Ltd? Jista’ jgħid kemm hemm ħaddiema Għawdxin jaħdmu mal-Malta External Trade Corporation Ltd f’Malta u Għawdex separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Malta External Trade Corporation waqfet topera fl-2004 meta il-funzjonijiet tagħha flimkien ma' dawk tal-MDC u l-IPSE saru r-responsabbiltà tal-Malta Enterprise.
Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta — informazzjoni dwar ħaddiema
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema mal-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta? Jista' jgħid kemm Għawdxin jaħdmu ma’ din l-awtorità f’Malta u Għawdex separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li mal-MTA hemm 144 Ħaddiema, li minnhom 10 qed jaħdmu ma entitajiet oħra tal-Gvern. B’kollox hemm 8 ħaddiema Għawdxin, fejn persuna waħda biss taħdem Malta, filwaqt li 7 oħra jaħdmu Għawdex.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema mal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Jista' jgħid kemm Għawdxin jaħdmu ma’ din l-awtorità f’Malta u Għawdex separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-Awtorita' għandha 469 impjegat. In-numru ta' Għawdxin li jaħdmu Għawdex hu ta' 13 filwaqt dawk li jaħdmu Malta hu ta' 4. Hemm ukoll 4 Għawdxin li jaħdmu kemm minn Malta kif ukoll minn Għawdex.
Tista' l-Ministru tispjega r-raġuni għaliex għalkemm fis-sena 2007 kienet ħarġet it-tender biex Sannat Road li hija triq prinċipali tingħata t-tarmac u sal-ġurnata tal-lum għadha ma ngħatax tarmac? Tista' tispjega jekk hemmx il-ħsieb li l-istess triq tingħata t-tarmac fil-futur qarib?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li t-tarmac f'din it-triq ma sarx minħabba li hemm bżonn li jsir water culvert biex inaqqas il-kwantità ta' ilma li jgħaddi mill-wiċċ tat-triq. Dan ix-xogħol isir aktar 'il quddiem.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema mal-Gozo Channel Co? Jista' jgħid kemm hemm ħaddiema Għawdxin jaħdmu mal-Gozo Channel Co. Ltd f'Malta u f'Għawdex separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi t-total ta’ ħaddiema mpjegati mall-Gozo Channel huwa 240 fejn minnhom 189 ħaddiema huma Għawdxin u huma kollha stazzjonati fl-uffiċċini, fil-port tal-Mġarr, fil-port taċ-Ċirkewwa jew fuq il-vapuri
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu mal-Public Broadcasting Services Ltd? Jista' jgħid kemm hemm ħaddiema Għawdxin jaħdmu mal-Public Broadcasting Services Ltd f'Malta u f'Għawdex separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru responsabbli mill-PBS Ltd.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema mal-Air Malta? Jista' jgħid kemm hemm ħaddiema Għawdxin jaħdmu mal-Air Malta f'Malta u f'Għawdex separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ impjegati li jaħdmu mal-Air Malta sa’ 31 ta’ Jannar 2011 kien ta’ 1,343 li minnhom hemm 51 barrani mpjegati mal-Air Malta barra minn Malta.
In-numru ta’ ħaddiema Għawdxin li fil-preżent jaħdmu mal-Airmalta ġewwa Malta huma erbatax (14).
In-numru ta’ ħaddiema Għawdxin li fil-preżent jaħdmu mal-Airmalta ġewwa Għawdex huwa ta’ wieħed (1).
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema mal-Industrial Projects and Services Ltd? Jista' jgħid kemm hemm ħaddiema Għawdxin jaħdmu mal-Industrial Projects and Services Ltd f'Malta u Għawdex separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru responsabbli mill-Industrial Projects and Services Ltd.
Tista' l-Ministru tgħid jekk xi wieħed mill-gradi ta’ B.A.Hons. European Studies, BA Internationa Relations jew M.A. Diplomatic Studies hux ekwivalenti għal xi waħda mill-kwalifikazjonijiet terzjarji fil- Business Administration, Management jew Commerce?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il–B.A Hons. European Studies, il-B.A. International Relations kif ukoll l-M.A Diplomatic Studies ma jistgħux jitqiesu ekwivalenti għal xi waħda mill-kwalifikazzjonijiet terzjarji fil-Business Administration, Management jew Commerce għal fatt li l-kwalifiki msemmija huma differenti u distinti minn xulxin tant li jaqgħu taħt fakultajiet differenti.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23332, tista’ l-Ministru jekk jogħġobha tgħid kemm mill-ħaddiema ngaġġati taħt il-Employment Aid Programme kienu għadhom fl-iskema fl-aħħar ta’ Jannar 2007?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Iskema tal-Employment Aid Programme bdiet fi Frar 2009.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm nies jaħdmu fil-qasam tal-bunkering f'Malta u f'Għawdex separatament fl-aħħar tal-2008, tal-2009 u tal-2010?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta’ nies jaħdmu fil-qasam tal-
bunkering
(Storage and Warehousing) f’Malta u f’Għawdex separatament, full u part time fl-aħħar tal-2008, tal-2009 u Settembru 2010 kien kif ġej:-
Sena
Malta
Għawdex
Diċembru 2008
157
3
Diċembru 2009
165
3
Settembru 2010
134
2
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23160 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22761 dwar ħlasijiet ta’ pensjonijiet, allowances u gratuities li tħallsu lil persuni residenti f’Malta u f’Għawdex separatament kull sena mill-2003 'l hawn taħt (i) l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet (Kap 93), (ii) taħt l-Att dwar il-Pulizija (Kap 164) u (iii) taħt l-Att dwar il-Forzi Armati ta’ Malta (Kap 220)? Jista’ jagħti n-numru ta’ benefiċjarji f’kull każ għall-aħħar sena? Peress li l-Mistoqsija msemmija saret bl-iskop xieraq li jinkiseb tagħrif dwar ħaġa ta' fatt fit-tagħrif speċjali tal-Membru li lilu tkun saret kif jitlob regolament nru 27 tal-Ordinijiet Permanenti tal-Kamra u peress li dawn il-pensjonijiet, eċċ jitħallsu mill-Voti tal-Ministeru tiegħu, jista’ l-Ministru jgħid għaliex talabni nagħmel il-mistoqsija lill-Ministri konċernati u ma tax hu l-informazzjoni mitluba? Jista’ jekk jogħġbu jagħtini l-informazzjoni mitluba? Jekk le, jista’ jgħidli min huma l-Ministri konċernati?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23160.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 23028, jista’ l-Ministru jgħid x’inhija l-istima tan-nefqa għal kull proġett infrastrutturali msemmi fit-tweġiba?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22761 dwar ħlasijiet ta’ pensjonijiet, allowances u gratuities li tħallsu lil persuni residenti f’Malta u f’Għawdex separatament kull sena mill-2003 'l hawn taħt (i) l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet (Kap 93), (ii) taħt l-Att dwar il-Pulizija (Kap 164) u (iii) taħt l-Att dwar il-Forzi Armati ta’ Malta (Kap 220)? Jista’ jagħti n-numru ta’ benefiċjarji f’kull każ għall-aħħar sena? Peress li l-Mistoqsija msemmija saret bl-iskop xieraq li jinkiseb tagħrif dwar ħaġa ta' fatt fit-tagħrif speċjali tal-Membru li lilu tkun saret kif jitlob regolament nru 27 tal-Ordinijiet Permanenti tal-Kamra u peress li dawn il-pensjonijiet, eċċ jitħallsu mill-Voti tal-Ministeru tiegħu, jista’ l-Ministru jgħid għaliex talabni nagħmel il-mistoqsija lill-Ministri konċernati u ma tax hu l-informazzjoni mitluba? Jista’ jekk jogħġbu jagħtini l-informazzjoni mitluba? Jekk le, jista’ jgħidli min huma l-Ministri konċernati?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-ħlasijiet ta’ pensjonijiet, allowances u gratuities li tħallsu lill-persuni residenti f’Malta u Għawdex kull sena mill-2003 ‘l hawn taħt (i) l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet (Kap 93), (ii) taħt l-Att dwar il-Pulizija (Kap 164) u (iii) taħt l-Att dwar il-Forzi Armati ta’ Malta (Kap 220) huwa kif indikat fit-tabelli li qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. Dawn l-ammonti huma kollha denominati fl-Euro.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien in-numru totali ta’ ħaddiema fis-settur pubbliku, rġiel għalihom u nisa għalihom, f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar ta’ kull sena mill-2003 sal-2009 u fl-aħħar ta’ Lulju 2010? Tista’ tagħti din l-informazzjoni kategorizzata skont in-NACE Code?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inġarru passiġġieri u vetturi lejn Għawdex permezz tal-Gozo Channel fl-2009 u 2010 separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi peress li l-informazzjoni rikjesta hija ta’ natura strettament kummerċjali u fil-mument il-“Gozo Channel” qed tipprepara sabiex tagħmel it-tender għall-“Public Service Contract” pubblikata it-Tlieta 8 ta’ Frar, il-kumpanija “Gozo Channel” tħoss li fil-mument m’għandhiex tippubblika din l-istess informazzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn pazjenti li dawn l-aħħar jiem daħlu l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u li irriżulta li jkollhom bżonn CT Scan urġenti, intbagħtu l-Isptar Mater Dei bl-ambulanza biex isirilhom CT Scan hemmhekk, u dan meta fit-28 ta' Jannar 2011 il-Ministru ħabbret li ġie introdott is-servizz ta’ CT Scanning għall-ewwel darba fl-Isptar Ġenearli ta’ Għawdex, u mhux biss, iżda li l-apparat li jagħmel CT Scanning huwa mill-aktar sofistikat u uniku għall-isptarijiet tal-gvern f’pajjiżna?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.