Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #24029 Sitting 320 2011-03-01 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Uffiċċju tal-Avukat Ġeneral — ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu mal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali? Jista' jgħid kemm hemm ħaddiema Għawdxin jaħdmu mal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali f'Malta u Għawdex separatament?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali hemm wieħed u ħamsin uffiċjal li huma stazzjonati fl-uffiċċju Malta. Waħda mill-avukati hija residenti f'Għawdex.

Malta Stock Exchange Holdings Ltd — ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu mal-Malta Stock Exchange Holdings Ltd? Jista' jgħid kemm hemm ħaddiema Għawdxin jaħdmu mal-Malta Stock Exchange Holdings Ltd f'Malta u Għawdex separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Malta Stock Exchange Holdings plc ma għandiex impjegati jaħdmu magħha.

Mediterranean Offshore Bunkering Ltd — ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu mal-Mediterranean Offshore Bunkering Ltd? Jista' jgħid kemm hemm ħaddiema Għawdxin jaħdmu mal-Mediterranean Offshore Bunkering Ltd f'Malta u Għawdex separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ ħaddiema li jaħdmu mal-Mediterranean Offshore Bunkering Ltd. huwa 17. Ħaddiema Għawdxin m’hemm xejn.

Awtorità dwar il-Komunikazzjoni ta' Malta — internet u mobile phones

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 22444 fejn il-Ministru informa lill-Kamra li l-Awtorità tal-Komunikazzjoni ta' Malta m'għandhiex informazzjoni dwar in-numru ta' abbonamenti ta' internet u mobile phones li tiddistingwi bejn numri f'Malta u numri f'Għawdex, u għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23657 fejn qal li l-Awtorità tal-Komunikazzjoni ta' Malta tista' titlob biss mill-operaturi informazzjoni fil-limiti tal-poteri li tagħtiha l-liġi, peress li din l-informazzjoni hija indikatur qawwi tal-livell tal-kwalità ta' ħajja u tal-livell tal-iżvilupp soċjo-ekonomiku, jista' l-Ministru jara li jsiru t-tibdiliet meħtieġa fil-liġi sabiex l-Awtorità tal-Komunikazzjoni ta' Malta tkun tista' tiġbor din l-informazzjoni għal Malta u għal Għawdex separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-tibdil fil-liġi mitlub mill-Onorevoli Membru Parlamentari ma' hemmx bżonnu peress li l-funzjoni sabiex jiġu mkejla statistici ta’ natura soċjo-ekonomika diġa' hija pprovduta fl-Att dwar l-Awtorità ta’ l-Istatistika ta’ Malta u li l-funzjonijiet tiegħu huma fdata lill-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika.

Valur tal-esportazzoni ta' affarijiet ta' merċa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-valur tal-esportazzjoni minn Għawdex u minn Malta separatament ta’ affarijiet ta’ merċa (goods) xahar b'xahar mill-ewwel ta’ Settembru 2010 sal-aħħar ta’ Diċembru 2010 maqsumin skont l-areas ġeografiċi ewlenin u skont il-prodotti esportati?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #24021 Sitting 319 2011-02-28 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Industrial Projects and Services Ltd — ħaddiema

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23767 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hemm ħaddiema mal-Industrial Projects and Services Ltd? Jista' jgħid kemm hemm ħaddiema Għawdxin jaħdmu mal-Industrial Projects and Services Ltd f'Malta u Għawdex separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li l-IPSL ma għandhiex ħaddiema diretti minn Għawdex jaħdmu magħha għalkemm għandha grupp ta’ 17 il-ħaddiem Għawdxi li huma ex WSC li qegħdin mal-Gvern imma amministrati mill-IPSL u jaħdmu ġewwa għawdex. Ħaddiema mal-IPSL hemm 513 assenjati diretti mal-kumpanija filwaqt li 82 huma mal-gvern (ex WSC) amministrati mill-IPSL.

Malta Government Technology Investment Ltd — ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu mal-Malta Government Techonoloy Investment Ltd? Jista' jgħid kemm hemm ħaddiema Għawdxin jaħdmu mal-MGTI f'Malta u Għawdex separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Malta Government Technology Investment Limited timpiega 2 ħaddiema li ħadd minnhom m'hu minn Għawdex.

Malta Shipyards Ltd — ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu mal-Malta Shipyards Ltd? Jista' jgħid kemm hemm ħaddiema Għawdxin jaħdmu mal-Malta Shipyards Ltd f'Malta u Għawdex separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi mal-Malta Shipyards Ltd ħaddiema hemm 45. Ħaddiema Għawdxin m’hemm xejn.

ETC — ħaddiema

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ? Tista' tgħid kemm hemm ħaddiema Għawdxin jaħdmu mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ f'Malta u Għawdex separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

In-numru ta’ ħaddiema li jaħdmu mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ huwa 228. In-numru ta’ ħaddiema Għawdxin li jaħdmu mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ f'Malta u Għawdex separatament huwa hekk: Maltin: 220 Għawdxin: 8

Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada — ħaddiema

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu mal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada? Tista' tgħid kemm hemm ħaddiema Għawdxin jaħdmu mal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada f'Malta u Għawdex separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Mal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada jaħdmu 21 ħaddiem li minnhom hemm ħaddiem li huwa Għawdxi u jaħdem Malta.

MCAST — ħaddiema

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu mal-MCAST? Tista' tgħid kemm hemm ħaddiema Għawdxin jaħdmu mal-MCAST f'Malta u Għawdex separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-MCAST għandu 564 ħaddiema full-time . Minn dawn, 29 huma Għawdxin: 27 minnhom jaħdmu Għawdex u t-2 l-oħra jaħdmu Malta.
Leg 11 PQ #15826 Sitting 318 2011-02-23 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Aċċess bejn Malta u Għawdex bil-baħar u bl-ajru

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14224 u 15363 u jgħid x’miżuri ttieħdu mill-2007 sal-2009 mill-Gvern u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu biex jiffaċilitaw l-aċċess bejn Malta u Għawdex bil-baħar u bl-ajru? X’kienet in-nefqa fuq dawn il-miżuri? X’miżuri mistennija jittieħdu din is-sena u fl-2010? Kemm hija mistennija li tkun in-nefqa kull sena fuq il-miżuri li mistennija jittieħdu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt f’mistoqsija parlamentari numru 17269.
Leg 11 PQ #22878 Sitting 318 2011-02-23 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Skemi għal proġetti minn Entrapriżi Privati għal Turiżmu Sostenibbli

Question

Jista’ l-Prim Ministru jekk jogħġbu jgħid kemm entrapriżi privati Maltin u Għawdxin separatament gawdew mill-Iskema għal Proġetti minn Entrapriżi Privati għal Turiżmu Sostenibbli 2007-2013 ko-finanzjata mill-Unjoni Ewropea taħt kull waħda mit-tliet sejħiet li ħarġu s’issa? X’inhuma l-proġetti li twettqu/għandhom jitwettqu f’Malta u f’Għawdex separatament taħt kull sejħa? X’inhu l-valur totali taħt kull sejħa ta’ dawn il-proġetti li twettqu f’Malta u f’Għawdex separatament? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-grant agreement li jinkludi l-implementation u d-disbursement schedule dwar din l-iskema?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-iskema hija maqsuma fi tlett sejħiet li minnhom gawdew intrapriżi taħt l-ewwel żewġ sejħiet. L-evalwazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet li daħlu wara t-tielet sejħa, li għalqet fl’14 ta’ Jannar 2011, se tibda fi Frar. Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant jiġifieri dettalji dwar il-proġetti li ntgħażlu għall-ko-finanzjament. Template tal- grant agreement qed titpoġġa wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra. L- Implementation u d- disbursement schedule ivarja skont kull applikant. Taħt l-ewwel sejħa proġetti għandhom jitlestew sal-2011 u taħt it-tieni sejħa proġetti għandhom jitlestew sal-2012.
Leg 11 PQ #23774 Sitting 318 2011-02-23 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Istandards — informazzjoni dwar il-ħaddiema

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema mal-Awtorità ta' Malta dwar l-Istandards? Jista jgħid kemm Għawdxin jaħdmu ma’ din l-awtorità f'Malta u Għawdex separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat illi preżentament hemm 37 persuna jaħdmu mal-Awtorità Maltija għall-Istandards. Minnhom hemm 7 li għandhom indirizz Għawdxi però lkoll jaħdmu Malta.
Leg 11 PQ #23775 Sitting 318 2011-02-23 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Heritage Malta — informazzjoni dwar il-ħaddiema

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema mal-aġenzija nazzjonali Heritage Malta? Jista' jgħid kemm Għawdxin jaħdmu ma’ din l-aġenzija f’Malta u Għawdex separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat illi mal-aġenzija nazzjonali Heritage Malta hemm 293 impjegat bħalissa. Dawn jinkludu ħaddiema mill-IPSL u mill-PBS li qegħdin jaħdmu mal-Heritage Malta; ħadiema tal-Heritage Malta li huma on loan f’postijiet oħra; ħaddiema li ġew detailed mal-Heritage Malta minn dipartimenti jew postijiet oħra kif wkoll apprentisti li huma studenti fuq kors ta’ Heritage Malta. Fir-rigward tal-ħaddiema Għawdxin, infurmat illi 39 ħaddiema Għawdxin li jaħdmu mal-Heritage Malta ġewwa Għawdex kif wkoll hemm żewġ Għawdxin li qed jaħdmu Malta.

Awtorità Maltija tal-Komunikazzjoni — informazzjoni dwar ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema mal-Awtorità Maltija tal-Komunikazzjoni? Jista' jgħid kemm hemm Għawdxin jaħdmu ma’ din l-awtorità f’Malta u Għawdex separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Awtorità ta’ Malta għal-Komunikazzjoni għandha 73 ħaddiem li minnhom 2 huma Għawdxin Ii jaħdmu Malta.

Transport Malta — informazzjoni dwar il-ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema ma’ Transport Malta? Jista' jgħid kemm hemm Għawdxin jaħdmu ma’ din l-awtorità f’Malta u Għawdex separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ ħaddiema ma' Transport Malta huwa ta’ 557. Disgħa (9) minn dawn huma Għawdxin u jaħdmu Malta filwaqt li persuna oħra qiegħda fuq unpaid leave fit-tul. Ħmistax (15)-il persuna Għawdxija oħra jaħdmu ġewwa Għawdex stess.
Leg 11 PQ #23778 Sitting 318 2011-02-23 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali t'Għawdex — CT Scan

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 23639, tista’ l-Ministru tgħid meta mistennija tibda taħdem is-sistema tal-PACS/RIS fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex u b’hekk is-CT scans kollha jibdew isiru Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li huwa ppjanat li s-sistema tal-PACS/RIS fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex tibda taħdem sal-aħħar ta' Marzu.

Malta Enterprise — informazzjoni dwar il-ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema mal-Malta Enterprise? Jista’ jgħid kemm hemm ħaddiema Għawdxin jaħdmu mal-Malta Enterprise f’Malta u Għawdex separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Malta Enterprise timpjega 110 impjegat. Fl-uffiċċju ta’ Għawdex jaħdmu 2 ħaddiema Għawdxin filwaqt li f’Malta hemm ħaddiem wieħed Għawdxi.

Malta Freeport Corporation Ltd — ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema mal-Malta Freeport Corporation Ltd? Jista' jgħid kemm hemm ħaddiema Għawdxin jaħdmu mal-Malta Freeport Corporation Ltd f'Malta u Għawdex separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru responsabbli mill-Freeport Corporation Ltd.