B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 23654, peress li l-informazzjoni mitluba kienet ippubblikata mill-NSO fis-17 ta’Jannar 2011, jista' l-Ministru b’rispett lejn din il-Kamra u lejn il-poplu Malti jagħti hu l-informazzjoni kif mitluba u jgħid kemm inġarru passiġġieri u vetturi lejn Għawdex permezz tal-Gozo Channel fl-2009 u 2010 separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23656 fejn il-Ministru qal li d-Dipartiment tal-Kuntratti se jibgħat ittra lill-istess kuntrattur fejn dan se jintalab biex jagħti l-awtorizzazzjoni meħtieġa, u li jekk ma jirrispondix, din titqies bħala kunsens biex jiġi ppubblikat il-kuntratt imsemmi, jista’ l-Ministru issa jpoġġi l-kopja tal-kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi minn l-aħħar risposta għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23656 il-kuntrattur irrisponda permezz tal-avukat tiegħu. Dan il-kuntrattur qiegħed joġġezjona bil-qawwa li kopja tal-kuntratt jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra. Għaldaqstant, it-talba tal-Onorevoli Interpellant ma tistax tintlaqa’ mingħajr ma jkunx hemm riperkussjoni legali fuq l-amministrazjoni pubblika.
Peress li issa wasal iż-żmien tan-negozjati l-ġodda dwar il-perspettivi finanzjarji tal-EU għall-2014-2021, tista’ l-Ministru tgħid x’għamel il-Ministeru tagħha s’issa biex, kif hemm imniżżel fid-Dikjarazzjoni annessa mat-Trattat ta’ Sħubija, minn qabel il-programm il-ġdid ta’ fondi mill-2014 ‘il quddiem, isir studju dwar il-ħteġijiet speċjali t’Għawdex sabiex Għawdex jegħleb l-insularità doppja u jibqa’ jgawdi minn sehem xieraq ta’ fondi mill-Ewropa?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Infakkar l-Onor. Interpellant li l-għan primarju tad-dikjarazzjoni huwa li jiġi żgurat li l-iżvilupp soċjo-ekonomiku ta' Għawdex u l-kundizzjonijiet li joħorġu mill-insularità doppja tiegħu tibqa' prijorità fi ħdan id-dimensjoni ta' numru ta' 'policies' Komunitarji, primarjament (għalkemm mhux esklussivament) il-politika reġjonali u 'policies' tal-Komunità assoċjati magħha, bħall-politika tal-kompetizzjoni. Fid-dawl tal-fatt li l-pajjiż kollu, Malta u Għawdex, kien jaqa' taħt il-għan tal-konverġenża (li qabel kien magħruf bħala l-Objective 1 Status) għall-perjodu 2007-2013, l-istudju ma kienx meħtieġ.
Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor. Interpellant li l-prijoritajiet territorjali ta' Għawdex inagħtaw importanza fit-tfassil tal-Qafas ta' Referenza Strateġika Nazzjonali u Programmi Operattivi għall-perjodu 2007-2013. F'dan ir-rigward l-ammont allokat tal-Fondi Strutturali u Fond ta' Koeżjoni (jiġifieri €840 miljun) tipprevedi klawżola speċifika li tgħid li mill-inqas 10% tal-allokazzjoni totali huwa allokat għal Għawdex (li nfakkar tinkludi biss 7% tal-popolazzjoni ta' dawn il-gżejjer).
L-Onor. Interpellant għandu jinnota li l-proposti dwar il-perspettivi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea post-2013 għadhom iridu jiġu ppreżentati u huma mistennija għas-sajf 2011. Ladarba l-proposti jkunu ppublikati, jekk jidher li Malta u Għawdex, mhux ħa jibqgħu fi ħdan il-għan tal-konverġenza għall-perjodu post-2013 il-Gvern ser jagħmel talba biex isir studju dwar il-bżonnijiet speċifiċi ta' Għawdex, qabel in-negozjati rigward il-perspettivi finanzjarji tal-Unjoni.
Peress li wieħed mill-għanijiet strateġiċi tan-National Strategic Reference Framework u l-mira tal-Politika ta’ Koeżjoni għal Għawdex huma li l-Prodott Domestiku Gross (PDG) ras għal ras t’Għawdex f’termini ta’ Purchasing Power Standards sal-2013 jitla’ għal 78% tal-PDG ta’ Malta; peress li biex jilħaq dan l-għan u din il-mira għal Għawdex, il-Gvern ikkommetta ruħu li jonfoq minimu ta’ 10% tar-riżorsi tal-Politika Ewropea ta’ Koeżjoni fuq miżuri li jikkontribwixxu għall-iżvilupp soċjo-ekonomiku t’Għawdex; u peress li fl-ewwel sitt snin 2003-2009 il-PDG għal Għawdex minflok tela’ baqa’ fejn kien bħala persentaġġ tal-PDG ta’ Malta, jista’ l-Prim Ministru jikkonsidra li jgħolli l-livell ta’ investiment f’Għawdex mir-riżorsi tal-Politika ta’ Koeżjoni minn 10% għal livell li jħaffef il-pass tal-iżvilupp soċjo-ekonomiku t’Għawdex biex fit-tliet snin li baqa’ jilħaq it-78% tal-livell ta’ Malta, kif fl-aħħar mill-aħħar huwa l-għan u l-mira tal-Gvern?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu mal-Malta International Airport Plc separatament? Jista’ jgħid kemm hemm ħaddiema Għawdxin jaħdmu mal-istess Malta International Airport Plc f’Malta u f’Għawdex separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Malta International Airport plc hija kumpanija privata u l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu mal-Malta Dairy Products Ltd? Jista' jgħid kemm hemm ħaddiema Għawdxin jaħdmu mal-Malta Dairy Products Ltd f'Malta u f'Għawdex separatament?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu mal-Arms Ltd fil-customer care u l-billings separatament? Jista’ jgħid kemm hemm ħaddiema Għawdxin jaħdmu fl-istess funzjonijiet tal-Arms Ltd f’Malta u Għawdex separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ARMS Ltd. għandha tmien min-nies jaħdmu magħha, li minnhom ma hemm l-ebda persuna ta’ nazzjonalità Għawdxija.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu mal-Maltapost Plc? Jista’ jgħid kemm hemm ħaddiema Għawdxin jaħdmu mal-Maltapost f’Malta u f’Għawdex separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Malta Enterprise — Business Service Centre - post ta' manager
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikanti għall-post ta’ manager fil-Business Service Centre (Għawdex) mal-Malta Enterprise , liema applikazzjoni għalqet fl-20 ta’ Awissu 2010? Jista’ jgħid x’inhuma l-kwalifikazzjonijiet akkademiċi terzjarji ta’ kull applikant/a? Jista’ jgħid ukoll kull applikant/a kemm għandu/għandha snin ta’ esperjenza f’service management provision?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikanti għall-post ta’ manager fil-Business Service Centre ġewwa Għawdex kienu 12. L-informazzjoni dwar kwalifiki akkademiċi kif ukoll esperjenza fil-qasam huma murija fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Peress li issa wasal iż-żmien tan-negozjati l-ġodda dwar il-perspettivi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea għall-2014-2021, jista’ l-Prim Ministru jgħid x’għamel il-Gvern s’issa biex, kif hemm mniżżel fid-dikjarazzjoni annessa mat-Trattat ta’ Sħubija, minn qabel il-programm il-ġdid ta’ fondi mill-2014 ‘il quddiem, isir studju dwar il-ħtiġijiet speċjali ta’ Għawdex sabiex Għawdex jegħleb l-insularità doppja u jibqa’ jgawdi minn sehem xieraq ta’ fondi mill-Ewropa?
Informazzjoni dwar intervista ma' xi entità governattiva
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk applikant għal post vakanti ma’ xi entità Governattiva tas-Settur Pubbliku għandux id-dritt, taħt id-Data Protection Act jew taħt xi liġi oħra jew direttivi speċifiċi, li jkun jaf x’marki ngħata taħt kull kiriterju tal-intervista li tkun saret lill-applikanti għall-post konċernat? Jekk fl-affermattiv, taħt liema liġi, regolament, eċċ? Jekk fin-negattiv, x’hemm li jżomm milli tingħata din l-informazzjoni?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fejn il-proċedura titlob illi wara li jsiru l-intervisti għal xi post vakanti ma’ xi entita` Governattiva tas-Settur Pubbliku, ir-riżultati relatati mat-talba ta’ reklutaġġ jiġu ppubblikati (simili għall-proċedura adottata mis-Servizz Pubbliku fejn tiġi ppubblikata l-lista tal-kandidati kollha, inkluż dettalji personali u l-marka globali li tkun ngħatat mill-bord tal-intervista), l-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data (Kap.440), ma jipprekludix illi, fejn diġa` jigu ppubblikati l-marki totali, jigu ppubblikati wkoll il-marki rispettivi li jkunu ngħataw għal kull kriterju tal-intervista.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23156 u jgħid kemm kien il-valur tal-esportazzjoni minn Għawdex u minn Malta separatament ta’ affarijiet ta’ merċa (goods) xahar b'xahar mill-ewwel ta’ Settembru 2010 sal-aħħar ta’ Diċembru 2010 maqsumin skont l-areas ġeografiċi ewlenin u skont il-prodotti esportati?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23156.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23768 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu mal-Malta Freeport Corporation Ltd? Jista' jgħid kemm hemm ħaddiema Għawdxin jaħdmu mal-Malta Freeport Corporation Ltd f'Malta u Għawdex separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fil-Malta Freeport Corporation Ltd hemm 95 ħaddiem. Ħadd minnhom m'hu Għawdxi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu mal-Malta Information Technology Agency? Jista' jgħid kemm hemm ħaddiema Għawdxin jaħdmu mal-Malta Information Technology Agency f'Malta u Għawdex separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-MITA timpjega 350 ħaddiem li minnhom hemm 7 Għawdxin li jaħdmu Malta u żewġ Għawdxin oħra li jaħdmu f'Għawdex.
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 23765 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u li issa ġiet riferuta lilha u tgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu mal-Public Broadcasting Services Ltd? Tista' tgħid kemm hemm ħaddiema Għawdxin jaħdmu mal-Public Broadcasting Services Ltd f'Malta u f'Għawdex separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta’ impjegati li jaħdmu mal-Public Broadcasting Services Ltd huwa ta’ 72. Ma hemmx impjegati Għawdxin jaħdmu mal-PBS Ltd. la f’Malta u lanqas f’Għawdex.
Trasferiment tal-Karti tal-Identità minn Malta għal Għawdex
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti n-numru ta' persuni li ttrasferew ir-residenza u l-karta tal-identità tagħhom minn Malta għal Għawdex minn Ottubru 2008 sal-lum? Jista' jagħti din l-informazzjoni tliet xhur, tliet xhur (Ottubru-Diċembru, Jannar - Marzu, April-Ġunju u Lulju - Settembru)?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li n-numru ta’ persuni li ttrasferew ir-residenza u l-karta tal-identita’ minn Malta għal Ghawdex minn Ottubru 2008 sa Settembru 2010 kien ta’ 555.
L-informazzjoni ma tistax tingħata tliet xhur, tliet xhur għax tinġabar kull sitt xhur skont ir-reġistru elettorali. L-ammont ta’ 555 huwa maqsum hekk:
Ottubru 2008 sa Marzu 2009 - 122
April 2009 sa Settembru 2009 - 158
Ottubru 2009 sa Marzu 2010 - 101
April 2010 sa Settembru 2010 - 174
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 23156 u 23641 u jgħid kemm kien il-valur tal-esportazzjoni minn Għawdex u minn Malta separatament ta' affarijiet ta' merċa (goods) xahar b'xahar mill-ewwel ta' Settemrbu 2010 sal-aħħar ta' Diċembru 2010 maqusim skont l-areas ġeografiċi ewlenin u skont il-prodotti esportati?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23156.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm studenti jsegwu korsijiet fl-Università ta' Malta? Tista' tgħid kemm hemm Għawdxin isegwu korsijiet fl-Università f'Malta u Għawdex separatament? Tista' tagħti dan it-tagħrif skont il-kors li qed isegwu l-istudenti u skont is-sena tal-kors li waslu fiha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu mal-Università ta' Malta? Tista' tgħid kemm hemm ħaddiema Għawdxin jaħdmu mal-Università ta' Malta f'Malta u Għawdex separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta’ ħaddiema li jaħdmu mal-Università ta’ Malta huwa ta’ 2152.
In-numru ta’ ħaddiema Għawdxin huwa ta’ 57 li minnhom:
52 jaħdmu mal-Università ta’ Malta f'Malta;
5 jaħdmu mal-Università ta’ Malta f'Għawdex.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu mal-Appoġġ, Sedqa u Sapport rispettivament? Tista' tgħid kemm hemm ħaddiema Għawdxin jaħdmu ma' dawn l-istess entitajiet governattivi rispettivi f'Malta u Għawdex separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.