Tista’ l-Ministru tgħid x’benefiċċji kontributorji tħallsu lir-residenti f’Għawdex kull sena mill-2003 sal-2010 skont it-tip ta’ pensjonijiet kif indikat b'mod separat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24176 fejn il-Ministru qal li l-kuntrattur, permezz tal-avukat tiegħu, qiegħed joġġezzjona bil-qawwa li kopja tal-kuntratt jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, jista' l-Ministru jitlob il-parir tal-Avukat Ġenerali dwar il-każ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi qed nieħu l-parir ta’ l-Onorevoli Interpellant u se nagħti struzzjonijiet lid-Direttur tal-Kuntratti biex jieħu l-parir ta’ l-Avukat Ġenerali.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 24196, jista' l-Ministru jgħid kull applikanti għall-post ta' manager fil-Business Service Centre (Għawdex) mal-Malta Enterprise kemm ħa marki totali fl-intervista u kemm ħa/ħadet marki taħt kull kriterju li fuqhom ġew assessjati l-kandidati?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mit-12-il applikazzjoni li ġew milqugħa, 3 persuni ġew magħżula għal intervista. Minn dawn, persuna irrifjuta qabel l-intervista. Iż-żewġ applikanti li ġew intervistati ġabu bħala medja, il-marki li qed jidhru f’tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Informazzjoni dwar intervista ma' xi entità governattiva
Question
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 24155, jista’ l-Ministru jgħid fejn u f’liema każijiet il-proċedura titlob illi wara li jsiru l-intervisti għal xi post vakanti ma’ xi entità governattiva tas-Settur Pubbliku, r-riżultati relatati mat-talba ta’ reklutaġġ jiġu ppubblikati (simili għall-proċedura adottata mis-Servizz Pubbliku fejn tiġi ppubblikata l-lista tal-kandidati kollha, inkluż dettalji personali u l-marka globali li tkun ngħatat mill-bord tal-intervista)?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fit-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 24155, imkien ma għidt li hemm proċedura li titlob tassattivament li r-riżultati ta’ intervisti dwar vakanzi fis-Settur Pubbliku jiġu ppublikati. Fit-tweġiba tiegħi kont għidt illi l-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data ma tipprekludix li jiġu ppublikati l-marki għal kull kriterju “fejn il-proċedura titlob” li jiġu ppublikati l-marki totali.
Dan il-Ministeru mhux l-awtorita` kompetenti li jgħid fejn u f’liema każijiet għandhom jiġu ppublikati r-riżultati ta’ intervisti biex jimtela post vakanti fis-Settur Pubbliku. Għaldqstant nitlob lill-Onorevoli Membru jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Gozo Tourism Association — impjieg ta' kap eżekuttiv
Question
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 24180, tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mmejda tal-Kmara kopja tal-ftehim li sar bejn il-Minsteru għal Għawdex u l-Gozo Tourism Association dwar l-allokazzjoni finanzjarja li l-Ministeru tagħha se jagħti lill-Gozo Tourism Association biex din timpjega kap eżekuttiv fuq bażi full-time?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan il-ftehim għadu fi stadju ta' abbozz u għaldaqstant ma jistax jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
B.A. Legal and Humanistic Studies — kwalifikazzjonjiet terzjarji
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk B.A. Legal and Humanistic Studies hux ekwivalenti għal xi waħda mill-kwalifikazzjonijiet terzjarji fil-Business Administration, Management jew Commerce?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Bachelor of Arts in Legal and Humanistic Studies u l-grad simili preżenti, il-Bachelor of Laws, li ġie żviluppat warajh u l-istudenti bdew jiggradwaw fih minn Novembru 2006, huwa tal-istess livell tal-kwalifiki ta’ Bachelor li l-Unversità tagħti fil-Business Administration, Management, Commerce u fi kwalunkwe qasam ieħor.
Il-gradi ta’ Bachelor tal-Università huma kollha fil-livell 6 tal-Qafas Nazzjonali tal-Kwalifiki.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt ingħata għal xogħlijiet f’Għawdex kull sena mill-2004 ‘l hawn? Jista’ jgħid lil min ingħataw dawn il-kuntratti? Jista’ jgħid għal liema xogħlijiet ngħataw dawn il-kuntratti? Jista' jagħti l-valur ta’ kull kuntratt? Jista’ jpoġġi kopja ta’ kull kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23160, f’Seduta 309 dwar ħlasijiet ta’ pensjonijiet, allowances u gratuities li tħallsu lil persuni residenti f’Malta u f’Għawdex separatament kull sena mill-2003 'l hawn taħt (i) l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet (Kap 93), (ii) taħt l-Att dwar il-Pulizija (Kap 164) u (iii) taħt l-Att dwar il-Forzi Armati ta’ Malta (Kap 220), jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba għal Malta u għal Għawdex separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l- ħlasijiet ta’ pensjonijiet, allowances u gratuities li tħallsu lil persuni residenti f’Malta u Għawdex kull sena mill-2003 sal-2010 taħt (i) l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet (Kap 93), u (ii) taħt l-Att dwar il-Pulizija (Kap 164). huwa kif qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, fejn sia l-ammont fi flus, kif wkoll in-numru ta’ pensjonanti qed jingħata separatament għar-residenti f’Malta u għal dawk residenti f’ Għawdex.
Taħt l-Att dwar il-Forzi Armati ta’ Malta (Kap 220), l-informazzjoni f’ammonti ta’ pensjonijiet u fin-numru ta’ pensjonanti hi waħda kolletiva u ma tinżamx separata għar-residenti Maltin u Għawdxin. Dawn l-ammonti huma kollha denominati fl-Ewro.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24154 u ċioe: Peress li issa wasal iż-żmien tan-negozjati l-ġodda dwar il-perspettivi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea għall-2014-2021, jista’ l-Prim Ministru jgħid x’għamel il-Gvern s’issa biex, kif hemm mniżżel fid-dikjarazzjoni annessa mat-Trattat ta’ Sħubija, minn qabel il-programm il-ġdid ta’ fondi mill-2014 ‘il quddiem, isir studju dwar il-ħtiġijiet speċjali ta’ Għawdex sabiex Għawdex jegħleb l-insularità doppja u jibqa’ jgawdi minn sehem xieraq ta’ fondi mill-Ewropa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba fil-Mistoqsija Parlamentari numru 24177, mogħtija mill-Ministru għal Għawdex.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24152 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu mal-Maltapost Plc? Jista’ jgħid kemm hemm ħaddiema Għawdxin jaħdmu mal-Maltapost f’Malta u f’Għawdex separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi d-domanda tiegħu lill-Ministru responsabbli mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24039 u jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu mal-Malta Dairy Products Ltd? Jista' jgħid kemm hemm ħaddiema Għawdxin jaħdmu mal-Malta Dairy Products Ltd f'Malta u f'Għawdex separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt f’mistoqsija parlamentari numru 22780.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24178 u ċioe: Peress li wieħed mill-għanijiet strateġiċi tan-National Strategic Reference Framework u l-mira tal-Politika ta’ Koeżjoni għal Għawdex huma li l-Prodott Domestiku Gross (PDG) ras għal ras t’Għawdex f’termini ta’ Purchasing Power Standards sal-2013 jitla’ għal 78% tal-PDG ta’ Malta; peress li biex jilħaq dan l-għan u din il-mira għal Għawdex, il-Gvern ikkommetta ruħu li jonfoq minimu ta’ 10% tar-riżorsi tal-Politika Ewropea ta’ Koeżjoni fuq miżuri li jikkontribwixxu għall-iżvilupp soċjo-ekonomiku t’Għawdex; u peress li fl-ewwel sitt snin 2003-2009 il-PDG għal Għawdex minflok tela’ baqa’ fejn kien bħala persentaġġ tal-PDG ta’ Malta, jista’ l-Prim Ministru jikkonsidra li jgħolli l-livell ta’ investiment f’Għawdex mir-riżorsi tal-Politika ta’ Koeżjoni minn 10% għal livell li jħaffef il-pass tal-iżvilupp soċjo-ekonomiku t’Għawdex biex fit-tliet snin li baqa’ jilħaq it-78% tal-livell ta’ Malta, kif fl-aħħar mill-aħħar huwa l-għan u l-mira tal-Gvern?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Gvern jinsab fiduċjuż li l-għanijiet għal Għawdex indikati fil-Qafas ta’ Referenza Strateġika Nazzjonali jistgħu jintlaħqu. Ir-riżorsi mill-fondi tal-Politika ta’ Koeżjoni 2007-13 li huma ntiżi biex jgħinu l-iżvilupp soċjo-ekonomiku ta’ Għawdex m’humiex l-uniċi riżorsi li l-Gvern qiegħed jikkommetti għal dan l-iskop. Ta’ min jinnota li ebda wieħed miż-żewġ Programmi Operattivi tal-fondi tal-Politika ta’ Koeżjoni 2007-13 ma jeskludi li, jekk ikun hemm aktar proġetti proposti, l-investiment f’Għawdex jista’ jkun ogħla mill-persentaġġ li hu indikat bħala l-minimu.
Gozo Tourism Association — impjieg ta' kap eżekuttiv
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm se tkun l-allokazzjoni finanzjarja li l-Ministeru tagħha se jagħti lill-Gozo Tourism Association biex din timpjega Kap Eżekuttiv fuq bażi full-time? Għalkemm-il sena se tingħata din l-allokazzjoni finanzjarja? Tista’ l-Ministru tassigura lil din il-Kamra li l-Ministeru mhux se jindaħal fl-għażla ta’ dan il-Kap Eżekuttiv, peress li f’Għawdex ix-xniegħa hi li din l-allokazzjoni se ssir biex taġevola lil persuna tal-qalba li ppretenda li jsir hu Direttur tat-Turiżmu u Żvilupp Ekonomiku?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-allokazzjoni finanzjarja hija ta' tnejn u tletin elf ewro fis-sena. Il-kariga ta' Kap Eżekuttiv mal-Gozo Tourism Association (GTA) għandha terminu ta' ħames snin.
Il-Ministeru ried li l-għażla tal-persuna għall-kariga ta' Kap Eżekuttiv mal-GTA kellha tirrifletti d-deċiżjoni u l-fiduċja ta' l-istess Assoċjazzjoni, għalhekk l-għażla ġiet determinata a bażi tan-nomina kif espressa mill-Kunsill tal-GTA.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhu l-grad tat-52 ħaddiema Għawdxin li jaħdmu mal-Università ta’ Malta f'Malta u l-ħamsa li jaħdmu mal-Università ta’ Malta f'Għawdex? Kemm minnhon huma lecturers? Kemm minn dawn huma full-time u kemm part-time? Liema korsijiet u liema suġġetti jkopri kull wieħed/waħda minnhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-kriterji li fuqhom ġew assessjati u mogħtija l-marki klassifikati u mogħtija l-ordni tal-meritu l-applikanti għall-post ta' managerfil-Business Service Centre (Għawdex) mal-Malta Enterprise taħt is-sejħa għall-applikazzjonijiet, liema sejħa għalqet fl-20 ta' Awissu 2010?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kriterji li fuqhom ġew assessjati il-kandidati kienu rispettivament:
· Kwalifiki
· Għarfien tal-qasam speċifiku
· Esperjenza ta’ xogħol
· Ħiliet personali
· Ħiliet li għandhom x’jaqsmu max-xogħol
numru ta’ sodod turistiċi liċenzjati f’Malta u Għawdex
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru totali ta’ sodod turistiċi liċenzjati f’Malta u Għawdex separatament fl-aħħar tal-2009 u tal-2010? Kemm minn dawn is-sodod kienu f’akkomodazzjoni privata liċenzjata u kemm kienu f’akkomodazzjoni kollettiva f’Malta u Għawdex separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat illi n-numru ta’ sodod turistiċi liċenzjati f’Malta u Għawdex separatament fl-aħħar tal-2009 u tal-2010 huma skont it-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra:
Istitut għall-Istudji Turistiċi — korsijiet full-time u part-time
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'korsijiet full-time u part-time qed jingħataw bħalissa fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi f'Għawdex? Meta beda kull kors? Kemm hu t-tul ta' żmien ta' kull kors? Sa fejn iwassal kull kors bħala kwalifiki? Kemm hemm studenti jsegwu kull kors?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fid-dokument li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Gozo Tourism Association — allokazzjoni finanzjarja
Question
Tista’ l-Ministru tgħid għaliex il-Ministeru mhux se jagħti allokazzjoni finanzjarja lill-Gozo Business Chamber u lill-Gozo NGOs Association kif se jagħti lill-Gozo Tourism Association biex jimpjegaw huma ukoll Kap Eżekuttiv full-time għall-organizzazzjoni tagħhom? Tista’ tikkonsidra li tingħata l-istess allokazzjoni finanzjarja lil dawn iż-żewġ organizzazzjonijiet ukoll?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-kariga ta' Kap Eżekuttiv mal-Gozo Tourism Association (GTA) u l-Gozo Business Chamber (GBC) tmur lura sa mill-2002. L-għotja finanzjarja kienet u għadha marbuta mal-funzjoni speċifika taż-żewġ organizzazzjonijiet fit-tessut ekonomiku ta' Għawdex.
Għar-rigward tal-Gozo Business Chamber it-talba kif espressa b'mod formali minnhom stess hija li jkun hemm għotja finanzjarja li tkun tistà tintuża biex jitħallsu servizzi relatati ma' konsulenzi fuq temi speċifiċi li jkunu meħtieġa minn żmien għal żmien.