B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 24667 dwar ftehim bejn il-Ministeru tagħha u l-Gozo Tourism Association rigward impjieg ta’ Kap Eżekuttiv mal-Gozo Tourism Association, tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja
· tal-kuntratt preċedenti li kien diġà stabbilit fl-2002,
· tar-rakkomandazzjonijiet tal-Gozo Tourism Association
· tal-abbozz tal-ftehim li għandu jsir bejn il-Ministeru tagħha u l-GTA
· tal-approvazzjoni tal-Ministeru tal-istess abbozz u
· ir-rakkmandazzjoni tal-GTA dwar l-għazla tal-persuna?.
Tista’ tgħid x’kienet l-urġenza biex tiġi ngaġġata din il-persuna?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokumenti mitluba, liema l-istess dokumenti jikkonfermaw illi l-proċess għal din il-kariga mexa b'mod normali.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm studenti Għawdxin kienu qed isegwu kull sena mill-2004 ‘l hawn korsijiet Universitarji full-time u part-time rispettivament, nisa għalihom u rġiel għalihom, ta’: Dottorat fil-Mediċina, Baċellerat u Masters fl-arti, Baċellerat fl-Istudji dwar Konservazzjoni u Restawr, Baċellerat fil-Liġi u Studji Umanistiċi, Dottorat fil-Liġi, Masters fl-Arts in Public Policy, Baċellerat fil-Psikoloġija, Masters fi Studji Diplomatiċi, Baċellerat ta’ Xjenza fl-ICT, Masters tal-Arti fil-Bioetika, Baċellerat fi Studji Ewropej, Diploma fl-Agrikoltura, Baċellerat fl-Agrikoltura, Masters fl-Agrikoltura? Tista’ tagħti kull sena f’liema sena kienu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm impjegati, Maltin għalihom u Għawdxin għalihom kif ukoll rġiel għalihom u nisa għalihom, mal-European Union Programmes Unit kull sena mill-2000 ‘l hawn? Tista’ tagħti l-informazzjoni mitluba skont il-grad tal-impjegati? Tista’ tagħti t-tul ta’ żmien fl-impjieg ta’ kull impjegat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid x'xogħlijiet huma meħtieġa li jsiru fil-qasam industrijali tax-Xewkija? X'xogħlijiet saru mill-Ministeru għal Għawdex f'dan il-qasam mill-1 ta’Marzu 2010 sal-lum? Kemm kienet in-nefqa fuq dawn x-xogħlijiet?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Peress li l-qasam industrijali tax-Xewkija huwa amministrat mill-Malta Industrial Parks nitlob l-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Tista' l-Ministru tgħid kemm tħallsu fondi bħala sussidju lill-industrijalisti Għawdxin mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-lum biex jagħmel tajjeb għall-ispejjeż żejda li għandhom fuq trasport, eċċ? Kemm hu n-numru ta’ imprendituri li tħallsu? Għal liema snin kienu l-pagamenti? Kemm hemm talbiet pendenti u kemm jammontaw dawn it-talbiet? Għal liema snin huma?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li bħalissa qegħdin jiġu vverifikati talbiet minn tmien kumpaniji biex ikunu jistgħu jsiru l-ħlasijiet relattivi.
Sptar Ġenerali t'Għawdex — upgrading tal-operating theatre
Question
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-talba/talbiet li saru għall-estensjoni tal-implementation timeframe tal-proġett tal-upgrading tal-operating theatre fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor.Interpellant.
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-talba/talbiet li saru għall-estensjoni tal-implementation timeframe tal-proġett tal-upgrading taż-Żewwieqa Waterfront f’Għawdex?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor.Interpellant li sal-llum għadha ma ġiet imressqa ebda talba.
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-talba/talbiet li saru għall-estensjoni tal-implementation timeframe tal-proġett għar-rikostruzzjoni ta’ parti mit-Triq tax-Xlendi f’Għawdex?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor.Interpellant. Nixtieq ngħarraf lill-Onor.Interpellant li l-proġett għar-rikostruzzjoni ta’ parti mit-triq tax-Xlendi f’ Għawdex u l-proġett għar-rikostruzzjoni tat-triq ta’ Pinu f’ Għawdex huma meqjusa bħala proġett wieħed għall-finijiet amministrattivi.
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-talba/talbiet li saru għall-estensjoni tal-implementation timeframe tal-proġett għar-rikostruzzjoni tat-Triq ta’ Pinu f’Għawdex? Min hu responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ dan il-proġett u proġetti oħra f’Għawdex kofinanzjati mill- Unjonu Ewropea, il-project leader jew id-Direttorat (Strateġija u Sapport)?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor.Interpellant għar-risposta fil-Mistoqsija Parlamentari nru. 24829 għat-tieni part ital-mistoqsija ngħarraf lill-Onor.Interpellant li benefiċjarji huma responsabbli mill-Proġetti rispettivi tagħhom. Il-lista ta’ benefiċjarji tinsab fuq is-sit eletroniku tal-Awtorità ta’ Ġestjoni.
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-talba/talbiet li saru għall-estensjoni tal-implementation timeframe tal-proġett għall-upgrading and expansion tal-Istitut tal-MCAST fix-Xewkija f’Għawdex (ERDF 456)?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor.Interpellant.
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-talba/talbiet li saru għall-estensjoni tal-implementation timeframe tal-proġett ta’ Language Lab with Contact Centre Facility fl-Istitut tal-MCAST f’Għawdex (ERDF 062)?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor.Interpellant.
każ ta' persuna li tinstab fl-Isptar Monte Carmeli
Question
Jista' l-Ministru jara li jiġi attwat il-parir tal-bord mediku tal-psikjatrija liema bord milli jidher wara li ltaqa' fl-Isptar Monte Carmeli fis-17 ta' Frar 2011 ta parir lill-Ministru dwar l-individwu, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li qiegħed fil-male ward 1 fl-istess sptar u li skont il-parir tal-istess bord għandu jintbagħat fil-long stay ward tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi t-talba li qed jirreferi għaliha qiegħda tiġi pproċessata.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fl-għażla għal Manager fil-Business Service Centre Gozo mal-Malta Enterprise kienx hemm xi kriterju/i kritiċi li jimpinġi/u fuq l-għażla tal-applikant? Jekk fl-affermattiv, x’kien /u dan/dawn il-kriterju/i?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li diġà rrispondejt numru ta' mistoqsijiet parlamentari fuq is-suġġett b'mod
eżawst, liema mistoqsijiet parlamentari għamilhom hu stess. Nemmen li s-suġġett ġie trattat biżżejjed u nemmen li l-proċess tal-għażla kien wieħed trasparenti u li l-bord tal-għażla għamel l-għażliet tiegħu kif mistħoqq. Jekk hemm xi kandidat li għandu xi dubju fuq il-proċess, ikun tajjeb jekk l-Onorevoli Interpellant jidderiġih lejn l-istituzjonijiet li jeżistu apposta għal dan il-għan. Aktar min hekk ma naħsibx li hemm lok ta' aktar risposti fuq is-suġġett.
Tista’ l-Ministru tgħid meta kellu jibda u jitlesta l-proġett ta’ Computers Systems and Computer Labs fl-Istitut tal-MCAST f’Għawdex (ERDF 066) skont (i) il-grant agreement (ii) il-kuntratt oriġinali bejn il-Ministeru tagħha u l-kuntrattur u (iii) il-kuntratt rivedut? Kemm-il darba ġiet riveduta d-data tat-tlestija ta’ dan il-poġett? Għal liema raġunijet ġiet riveduta d-data tat-tlestija? Min appprova l-estensjoni/jiet għat-tlestija ta’ dan il-proġett? Se jintilfu flus Ewropej minħabba dewmien fit-tlestija ta’ dan il-proġett? Jekk iva, għaliex? Jekk le, x’inhuma r-raġunijiet għaliex mhux se jintilfu? Liema Direttorat fil-Ministeru huwa responsabbli minn dan il-proġett? Meta huwa mistenni li jitlesta l-proġett? X’jonqos isir biex jitlesta? X’inhija l-iskeda tal-pagamenti għal dan il-proġett?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ERDF 066 bl-isem ta’ Computer Systems and Computer Laboratories at MCAST ICT Institute, Malta/Gozo jikkonsisti f’xiri ta’ kompjuters biex jiġu armati 18-il laboratorju, li tlieta minnhom saru f’Għawdex. Il-kompjuters kollha nxtraw wara li ħarġet sejħa għall-offerti.
Skont il-
Grant Agreement
, il-proġett kellu jibda f’Jannar tal-2007 u jispiċċa f’Ġunju tal-2009. Dan il-proġett spiċċa fl-ewwel kwart tal-2009 u għalhekk ma kellu bżonn l-ebda estensjoni.
It-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra turi meta kellu jibda l-kuntratt, kemm skont il-kuntratt iffirmat kif ukoll skont il-
grant agreement
, kif ukoll meta kellu jispiċċa x-xogħol, kemm skont il-kuntratt iffirmat kif ukoll skont il-
grant agreement
, jekk ġiex rivedut, kif ukoll kummenti oħra.
Ma ntilfu l-ebda flus għaliex dan il-proġett spiċċa qabel iż-żmien stipultat fil-
grant agreement
.
Il-proġett huwa konkluż.
Proġett ta' Higher Education Courses to address skills mismatches in Gozo
Question
Tista’ l-Ministru tgħid meta kellu jibda u jitlesta l-proġett ta’ Higher Education Courses to address skills mismatches in Gozo (ESF 1.23) skont (i) il-grant agreement (ii) il-kuntratt oriġinali bejn il-Ministeru tagħha u l-kuntrattur u (iii) il-kuntratt rivedut? Kemm-il darba ġiet riveduta d-data tat-tlestija ta’ dan il-poġett? Għal liema raġunijet ġiet riveduta d-data tat-tlestija? Min approva l-estensjoni/jiet għat-tlestija ta’ dan il-proġett? Se jintilfu flus Ewropej minħabba dewmien fit-tlestija ta’ dan il-proġett? Jekk iva, għaliex? Jekk le, x’inhuma r-raġunijiet għaliex mhux se jintilfu? Liema Direttorat fil-Ministeru huwa responsabbli minn dan il-proġett? Meta huwa mistenni li jitlesta l-proġett? X’jonqos isir biex jitlesta? X’inhija l-iskeda tal-pagamenti għal dan il-proġett?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont il-grant agreement dan il-proġett għandu jitlesta sa Novembru 2013. Din id-data qatt ma ġiet riveduta.
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-korsijiet se jkunu lesti fi żmien stipulat. Ngħarraf ukoll li kull proġett huwa responsabilità tal-project leader.
Proġett ta' Training Courses to enhance Employability of the Workforces
Question
Tista’ l-Ministru tgħid meta kellu jibda u jitlesta l-proġett ta’ Training Courses to enhance Employability of the Workforces (ESF 2.7) skont (i) il-grant agreement (ii) il-kuntratt oriġinali bejn il-Ministeru tagħha u l-kuntrattur u (iii) il-kuntratt rivedut? Kemm-il darba ġiet riveduta d-data tat-tlestija ta’ dan il-poġett? Għal liema raġunijet ġiet riveduta d-data tat-tlestija? Min approva l-estensjoni/jiet għat-tlestija ta’ dan il-proġett? Se jintilfu flus Ewropej minħabba dewmien fit-tlestija ta’ dan il-proġett? Jekk iva, għaliex? Jekk le, x’inhuma r-raġunijiet għaliex mhux se jintilfu? Liema Direttorat fil-Ministeru huwa responsabbli minn dan il-proġett? Meta huwa mistenni li jitlesta l-proġett? X’jonqos isir biex jitlesta? X’inhija l-iskeda tal-pagamenti għal dan il-proġett?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont il-grant agreement dan il-proġett kellu jitlesta sa Ġunju 2010. Din id-data ġiet estiża s'April 2011. Id-data ġiet riveduta darbtejn minħabba li l-proċess tat-tendering ħa aktar żmien milli kien mistenni kif ukoll wara talba mill-parteċipanti biex il-lezzjonijiet ta' żmien il-Milied u l-Ewwel tas-Sena jiġu posposti għal Frar 2011. L-estensjonijiet għat-tlestija ta' dan il-proġett ġew approvati mill-Managing Authority.
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li m'humiex ser jintilfu flus Ewropej. Ngħarraf ukoll li kull proġett huwa responsabilità tal-project leader.
Il-korsijiet taħt dan il-proġett tlestew kollha.
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-talba/talbiet li saru għall-estensjoni tal-implementation timeframe tal-proġett tal-upgrading tal-Villa Rundle f'Għawdex?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
B’referenza għat-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 24180 u 24388 dwar ftehim bejn il-Ministeru tagħha u l-Gozo Tourism Association rigward impjieg ta’ Kap Eżekuttiv mal-Gozo Tourism Association, tista’ l-Ministru tgħid kif, ladarba “dan il-ftehim għadu fi stadju ta' abbozz” (PQ 24388), l-Ministru setgħet fit-tweġiba li tat għall-mistoqsija parlamentari 24180 tgħid illi:
a) l-allokazzjoni finanzjarja hija ta' €32,000 fis-sena;
b) l-kariga ta' Kap Eżekuttiv mal-Gozo Tourism Association (GTA) għandha terminu ta' ħames snin.
ċ) l-Ministeru ried li l-għażla tal-persuna għall-kariga ta' Kap Eżekuttiv mal-GTA kellha tirrifletti d-deċiżjoni u l-fiduċja tal-istess Assoċjazzjoni,
d) l-għażla tal-Kap Eżekuttiv ġiet determinata a bażi tan-nomina kif espressa mill-Kunsill tal-GTA?
Kif ġiet determinata l-għażla tal-Kap Eżekuttiv meta lanqas għadu tlesta l-abbozz tal-ftehim bejn il-Ministeru tagħha u l-GTA?
Tista’ l-Ministru tgħid x'sar sabiex jiġi assigurat li ma kienx hemm favoritiżmu jew xi abbuż ieħor fl-għażla tal-persuna li se titħallas €160,000 minn flus il-poplu?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li l-kuntratt ġie mfassal mill-Ministeru għal Għawdex, bl-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u rrifletta l-kuntratt preċedenti dak li kien diġà stabbilit fl-2002, kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet tal-Gozo Tourism Association. Dan allura jfisser li l-punti saljenti tal-kuntratt riedu jkunu determinati proprju fl-istadju ta' abbozz. In-nomina saret abbażi ta' klawżola fl-istess abbozz li proprju tispeċifika li l-għażla għandha tirrifletti d-deċiżjoni u l-fiduċja tal-Membri tal-Kunsill.
B’referenza għat-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 24180 u 24388 dwar ftehim bejn il-Ministeru tagħha u l-Gozo Tourism Association rigward impjieg ta’ Kap Eżekuttiv mal-Gozo Tourism Association, jista’ l-Prim Ministru tgħid kif, la darba “dan il-ftehim għadu fi stadju ta' abbozz” (PQ 24388), kif il-Ministru ta' Għawdex setgħet fit-tweġiba li tat għall-mistoqsija parlamentari 24180 tgħid illi:
a) l-allokazzjoni finanzjarja hija ta' €32,000 fis-sena;
b) l-kariga ta' Kap Eżekuttiv mal-Gozo Tourism Association (GTA) għandha terminu ta' ħames snin.
ċ) l-Ministeru ried li l-għażla tal-persuna għall-kariga ta' Kap Eżekuttiv mal-GTA kellha tirrifletti d-deċiżjoni u l-fiduċja ta' l-istess Assoċjazzjoni,
d) l-għażla tal-Kap Eżekuttiv ġiet determinata a bażi tan-nomina kif espressa mill-Kunsill tal-GTA.?
Kif ġiet determinata l-għażla tal-Kap Eżekuttiv meta lanqas għadu tlesta l-abbozz tal-ftehim bejn il-Ministeru tagħha u l-GTA? Jista’ l-Prim Ministru jgħid x'sar sabiex jiġi assigurat li ma kienx hemm favoritiżmu jew xi abbuż ieħor fl-għażla tal-persuna li se titħallas €160,000 minn flus il-poplu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor.Interpellant għat-tweġiba li tat il-Ministru għall-Għawdex f’Mistoqsija Parlamentari nru.24667.
Business Service Centre mal-Malta Enterprise — kwalifiki u għarfien
Question
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 24386, jista' l-Ministru jgħid l-applikant/a li ġie/t l-ewwel fl-intervista għall-post ta' manager fil-Business Service Centre (Għawdex) mal-Malta Enterprise xi (i) kwalifiki, (ii) għarfien tal-qasam speċifiku u (iii) esperjenza ta’ xogħol għandu/għandha?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-applikant/a li ġie/t l-ewwel fl-intervista għall-post ta' manager fil-Business Service Centre (Għawdex) mal-Malta Enterprise għandu/għandha kwalifiki, għarfien u esperjenza kif muri hawn taħt:
(i) Kwalifiki: M.A. Diplomatic Studies, B.A. (Hons) European Studies, B.A. Legal and Humanistic Studies
(ii) Għarfien tal-qasam speċifiku: il-kandidat/a uriet/wera għarfien ta’ kif għandu jopera Business Service Centre
(iii) Esperjenza ta’ xogħol: sena fis-servizz bankarju; 11-il xahar bħala Projects Officer/Projects Leader fuq progetti ta l-EU; 4 snin fil-
management
fis-settur tas-servizzi