Legislature:
Category:
Reset
Active:

Għawdex — xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 24639, jista’l-Ministru jpoġġi kopja ta’ kull kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra kif mitlub fl-istess interpellanza?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi minn naħa tal-Gvern m’hemm l-ebda oġġezzjoni li titqiegħed kopja sakemm ma’ jkunx hemm oġġezzjonijiet mil-kuntratturi involuti. Bħal ma’ diġà ġie spjegat f’ risposta għal mistoqsija Parlamentari oħra, dik Nru 25140, id-Direttur tal-Kuntratti qiegħed f’ komunikazzjoni mal-Awditur Ġenerali biex jara jekk il-Gvern jistax iqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopji ta’ kuntratti mingħajr il-kunsens tal-kuntratturi.

Labour Force Survey

Question

Jista' l-Ministru jgħid, skont il-Labour Force Survey, f’Malta u f’Għawdex separatament kemm kien fl-aħħar ta’ kull sena mill-2003 ‘l hawn: a) Il-labour supply; nisa għalihom u rġiel għalihom; b) In-numru ta’ nies jaħdmu full-time , nisa għalihom u rġiel għalihom skont l-attivia’ ekonomika; ċ) In-numru ta’ nies, nisa għalihom u rġiel għalihom, jaħdmu iżda li kellhom xogħol part-time bħala x-xogħol ewlieni tagħhom skont l-attivita’ ekonomika; d) in-numru ta’ nies jaħdmu part-time , nisa għalihom u rġiel għalihom skont l-attività ekonomika?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Labour Force Survey — nies li jirreġistraw

Question

Jista' l-Ministru jgħid, skont il-Labour Force Survey, f’Malta u f’Għawdex separatament kemm kien fl-aħħar ta’ kull sena mill-2003 ‘l hawn: a) kemm kien hemm nies jirreġistraw għax-xogħol, dawk ta’ bejn il-15-il sena u l-24 għalihom u dawk ‘il fuq minn 25 sena għalihom kif ukoll nisa għalihom u rġiel għalihom; b) kemm kienet il-popolazzjoni tal-età tax-xogħol, nisa għalihom u rġiel għalihom u skont l-età, jiġifieri dawk ta’ bejn il-15-il sena u l-24 għalihom u dawk ‘il fuq minn 25 sena; ċ) ir-rata ta’ attività, il-forza lavorattiva totali ( labour force ) bħala persentaġġ tal-popolazzjoni totali tal-età tax-xogħol kif ukoll il-forza lavorattiva tal-irġiel bħal persentaġġ tal-irġiel tal-età tax-xogħol u l-forza lavorattiva tan-nisa bħal persentaġġ tan-nisa tal-età tax-xogħol, u d) in-numru ta’ nies inattivi, nisa għalihom u rġiel għalihom?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Labour Force Survey — paga medja gross annwali

Question

Jista' l-Ministru jgħid, skont il-Labour Force Survey, f’Malta u f’Għawdex separatament, kemm kien fl-aħħar ta’ kull sena mill-2003 ‘l hawn il-paga medja gross annwali skont id-diversi setturi tal-attività ekonomika?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Labour Supply ta' ħaddiema

Question

Tista’ l-Ministru tgħid, f’Malta u f’Għawdex separatament, kemm kien fl-aħħar ta’ kull sena mill-2003 ‘l hawn: a) Il- labour supply ; nisa għalihom u rġiel għalihom; b) in-numru ta’ nies jaħdmu full-time , nisa għalihom u rġiel għalihom skont l-attività ekonomika; ċ) in-numru ta’ nies, nisa għalihom u rġiel għalihom, jaħdmu iżda li kellhom xogħol part-time bħala x-xogħol ewlieni tagħhom skont l-attività ekonomika, u d) in-numru ta’ nies jaħdmu part-time , nisa għalihom u rġiel għalihom skont l-attività ekonomika?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #25142 Sitting 338 2011-04-12 Oral · Interim From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proġett għat-tisfija tad-drenaġġ

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta kellu jibda u jitlesta l-proġett għat-tisfija tad-drenaġġ f'Għawdex skont (i) il-grant agreement (ii) il-kuntratt oriġinali bejn il-benefiċjarju u l-kuntrattur u (iii) il-kuntratt rivedut? Kemm-il darba ġiet riveduta d-data tat-tlestija ta’ dan il-proġett? Għal liema raġunijiet ġiet riveduta d-data tat-tlestija? Min approva l-estensjoni/jiet għat-tlestija ta’ dan il-proġett? Intilfu flus Ewropej minħabba dewmien fit-tlestija ta’ dan il-proġett? Jekk iva, għaliex? Jekk le, x’inhuma r-raġunijiet għaliex ma ntilfux?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-entità kkonċernata qed tiġbor l-informazzjoni mitluba mill.Onor.Interpellant u hekk kif dak l-eżerċizzju jkun finalizzat, l-informazzjoni tiġi ppreżentata.
Leg 11 PQ #25143 Sitting 338 2011-04-12 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Main tad-drenaġġ fil-bajja tax-Xlendi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’passi ttieħdu kontra l-kuntrattur li kisser il-main tad-drenaġġ fil-bajja tax-Xlendi s-sajf li għadda? Tista’ tgħid x’weħel tal-ħsara li għamel? Jonqos passi x’jittieħdu kontra l-istess kuntrattur? Min huwa l-kuntrattur?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-Ministeru talab lill-kuntrattur biex iħallas l-ispejjeż kollha dovuti lill-Ministeru, liema spiża telgħet għal €1162.68. Il-kuntrattur JPF Joint Venture ħallas dan il-kont.
Leg 11 PQ #25177 Sitting 338 2011-04-12 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Trattat ta' Sħubija — fondi mill-Unjoni Ewropea

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24506, fejn il-Ministru qalet li “ġaladarba Malta u Għawdex flimkien baqgħu eliġibbli taħt il-għan tal-konverġenza, il-Gvern aġixxa bl-aktar mod għaqli u mexa fuq il-prinċipju ta' 'collective responsibility', b'hekk Malta u Għawdex flimkien baqgħu jgawdu mill-ogħla livell ta' finanzjament”, taf il-Ministru li bid-Dikjarazzjoni dwar Għawdex annessa mat-Trattat ta’ Sħubija l-Gvern intrabat li “qabel l-aħħar ta’ kull perijodu baġitarju tal-komunità li jinvolvi definizzjoni mill-ġdid tal-politika reġjonali komunitarja, Malta se titlob li l-Kummissjoni tirrapporta lill-kunsill dwar is-sitwazzjoni ekonomika u soċjali t’Għawdex, u b’mod partikolari, dwar l-inugwaljanza fil-livelli ta’ żvilupp soċjali u ekonomiku bejn Għawdex u Malta. Il-Kummissjoni tintalab li tipproponi miżuri xierqa, kif meħtieġ, fil-qafas tal-politika reġjonali Komunitarja jew ta’ politiki Komunitarji rilevanti oħra, sabiex tiżgura li tkompli titnaqqas l-inugwaljanza bejn Għawdex u Malta kif ukoll li jkun hemm iktar integrazzjoni ta’ Għawdex fis-suq intern b’kondizzjonijiet ekwi.”? Taf il-Ministru li l-miżuri xierqa li l-gvern intrabat li jitlob lill-Kummissjoni Ewropea għal Għawdex ma jfissrux biss li Għawdex jirċievi aktar fondi Ewropej iżda tfisser ukoll li Għawdex ikun jista’ jingħata derogi biex jibbenefika minn Għajnuniet tal-Istat bħalma huma sussidji għan-negozji Għawdxin, sussidji li l-Għawdxin illum huma mċaħħda minnhom bis-sħubija ta’ Malta fl-Ewropa?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Infakkar l-Onorevoli Interpellant li l-għan primarju tad-dikjarazzjoni huwa li jiġi żgurat li l-iżvilupp soċjo-ekonomiku ta' Għawdex u l-kundizzjonijiet li joħorġu mil-insularità doppja tiegħu tibqa' prijorità fi ħdan id-dimensjoni ta' numru ta' policies Komunitarji, primarjament (għalkemm mhux esklussivament) il-politika reġjonali u policies tal-Komunità assoċjati magħha, bħall-politika tal-kompetizzjoni. Ladarba l-proposti dwar il-perspettivi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea post-2013 ikunu ppubblikati, wieħed ikun jista' jikkonferma jekk l-Istat Membru ta’ Malta, li jinkludi l-gżejjer ta’ Malta u Għawdex, hux ħa jibqa fi ħdan il-għan tal-konverġenza għall-perjodu post-2013. Jekk dan ma jkunx il-każ il-gvern se jagħmel talba biex isir studju dwar il-bżonnijiet speċifiċi ta' Għawdex, qabel il-bidu tan-negozjati rigward il-perspettivi finanzjarji tal-Unjoni.
Leg 11 PQ #25178 Sitting 338 2011-04-12 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Biċċerija - informazzjoni

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta kellu jibda u jitlesta x-xogħol fuq il-biċċerija? Meta kellha terġa’ tiftaħ biex taqdi l-ħteġijiet tar-produtturi Għawdxin? Tista’ tgħid meta bdiet topera mill-ġdid, jekk bdiet? Jekk għadha ma bdietx taħdem interament, meta se tibda?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Għall-ewwel parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 21121. Jiena nfurmata wkoll li l-biċċerija se tibda taħdem wara li jiġi kkumissjonat l-apparat kollu u jingħata t-taħriġ meħtieġ.

Ħaddiema Għawdxin

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 24332 fejn il-Ministru talbitni ngħidilha x’irrid infisser bi Proċess A u Proċess B, nirreferi lill-Ministru għal paġna 9 tal-Application Guidance Notes tal-Employment Aid Programm fejn issib id-definizjoni ta’ dawn iż-żewġ proċessi. Tista' issa l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 24332?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Employment Aid Programme ġiet miftuħa fi Frar tal-2009. Għaldaqstant, ħadd ma ġie impjegat permezz tal-Employment Aid Programme fl-2006, fl-2007, u fl-2008. Minn Frar tal-2009, min iħaddem permezz tal-Employment Aid Programme għandu l-opportunita’ li jew iħaddem lil xi ħadd li jkun diġà identifika hu, jew inkella jiftaħ vacancy mal-ETC. Ġewwa Għawdex, fl-2009, 126 persuna ġew ingaġġati permezz tal- Employment Aid Programme , u kollha kienu taħt Process B. Fl-2010, 225 persuna ġew ingaġġati taħt Process B. Ħadd ma ġie ingaġġat taħt Proċess A.
Leg 11 PQ #25180 Sitting 338 2011-04-12 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Hospital and community care, elderly and special needs

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 24608, tista’ l-Ministru tagħti l-informazzjoni mitluba u tgħid kemm kienet in-nefqa tal-Ministeru tagħha kull sena mill-2006 sal-2010 fuq (i) hospitalisation and community care u (ii) elderly and special needs u tinkludi ukoll il-personal emoluments u l-operations and maintenance expenses?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #25136 Sitting 337 2011-04-11 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Computer Systems and Computer Labs — implementation timeframe

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-talba/talbiet li saru għall-estensjoni tal-implementation timeframe tal-proġett ta’ Computers Systems and Computer Labs fl-Istitut tal-MCAST f’Għawdex (ERDF 066)?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li qatt ma ġiet mitluba estensjoni tal-proġett. Il-proġett tlesta fl-2009.
Leg 11 PQ #25137 Sitting 337 2011-04-11 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Higher Educational Courses to address skills mismatches in Gozo — implementation timeframe

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-talba/talbiet li saru għall-estensjoni tal-implementation timeframe tal-proġett ta’ Higher Education Courses to address skills mismatches in Gozo (ESF 1.23)?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma ntalbet ebda estensjoni għall-implementation timeframe tal-proġett ESF 1.23 ‘Higher Education Courses to address skills mismatches in Gozo’.
Leg 11 PQ #25138 Sitting 337 2011-04-11 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Training Courses to enhance Employability of the Workforces — implementation timeframe

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-talba/talbiet li saru għall-estensjoni tal-implementation timeframe tal-proġett ta’ Training Courses to enhance Employability of the Workforces (ESF 2.7)?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor.Interpellant.

Ħaddiema Għawdxin li jaħdmu f'intrapriżi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fl-2009 u fl-2010 kemm kien hemm ħaddiema f’Għawdex jaħdmu ma’ intrapriżi li jħaddmu aktar minn 250 persuna?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba se tingħata f’seduta oħra.

Direttur tal-Kuntratti — parir tal-Avukat Ġenerali

Question

B'referenza għat-tweġiba li ta għall-mistoqsija parlamentari 24333 fejn qal li kien se jagħti struzzjonijiet lid-Direttur tal-Kuntratti biex jieħu l-parir tal-Avukat Ġenerali dwar it-tqegħid ta’ kopja ta’ kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra, jista’ l-Ministru jgħid x’għamel s’issa u x’sar s’issa f’dan ir-rigward?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi wara t-tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari 24333 id-Direttur tal-Kuntratti kiteb lil Avukat Ġenerali fejn spjegalu l-mistoqsijiet Parlamentari li qed isiru fuq dan is-suġġett, għaddielu kopji tal-kuntratt innifsu u mid-dokument tas-sejħa għall-offerti. Huwa talbu parir jekk fiċ-ċirkostanzi u fid-dawl ta’ leġislazjoni li tittratta dwar dokumenti ta’ kuntratti iffirmati bejn żewġ partijiet, jien nistax inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tal-kuntratt mingħajr il-kunsens tal-kuntrattur. L-Avukat Ġenerali għandu jgħaddi parir lid-Direttur tal-Kuntratti, u skont il-parir tal-Avukat Ġenerali nirrappurtaw fil-Parlament.

Impjant għat-tisfija tad-drenaġġ f'Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokument tal-offerta li kienet ħarġet u li fuqha l-konsorzju li bena l-impjant għat-tisfija tad-drenaġġ f’Għawdex ngħata ukoll it-tħaddim tiegħu? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li sar bejn il-benefiċjarju u l-kuntrattur/i?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Settur tal-Industrija Għawdxija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'xogħlijiet huma pprogrammati li jsiru fis-settur tal-industrija f’Għawdex mil-lum sal-aħħar tal-2013? Kemm hija stmata n-nefqa fuq dan il-programm? X'xogħlijiet saru f'dan il-qasam mill-1 ta’Jannar 2006 sal-lum? Kemm kienet in-nefqa kull sena fuq dawn x-xogħlijiet?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi ix-xogħljiet ppjanati taħt il-Cohesion Policy 2007 – 2013, kif ukoll lista tax-xogħlijiet li saru mill-1 ta’ Jannar tal-2006 sallum qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

kuntratti mogħtija għal xogħlijiet Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt ingħata għal xogħlijiet f’Għawdex kull sena mill-2004 ‘l hawn? Jista’ jgħid lil min ingħataw dawn il-kuntratti? Jista’ jgħid għal liema xogħlijiet ngħataw dawn il-kuntratti? Jista' jagħti l-valur ta’ kull kuntratt? Jista’ jpoġġi kopja ta’ kull kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 24639.

MCAST — Language lab with contact centre facility

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta kellu jibda u jitlesta l-proġett ta’ language lab with Contact Centre Facility fl-Istitut tal-MCAST f’Għawdex (ERDF 062) skont (i) il-grant agreement (ii) il-kuntratt oriġinali bejn il-Ministeru tagħha u l-kuntrattur u (iii) il-kuntratt rivedut? Kemm-il darba ġiet riveduta d-data tat-tlestija ta’ dan il-poġett? Għal liema raġunijet ġiet riveduta d-data tat-tlestija? Min approva l-estensjoni/jiet għat-tlestija ta’ dan il-proġett? Se jintilfu flus Ewropej minħabba dewmien fit-tlestija ta’ dan il-proġett? Jekk iva, għaliex? Jekk le, x’inhuma r-raġunijiet għaliex mhux se jintilfu? Liema Direttorat fil-Ministeru huwa responsabbli minn dan il-proġett? Meta huwa mistenni li jitlesta l-proġett? X’jonqos isir biex jitlesta? X’inhija l-iskeda tal-pagamenti għal dan il-proġett?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ERDF 062 bl-isem ta’ Language Lab with Contact Training Facility at MCAST Institute of Business Commerce Malta jikkonsisti f’xiri ta’ apparat biex jiġu mgħammra tliet laboratorji, li wieħed minnhom sar fix-Xewkija Għawdex. L-appart kollu nxtara wara li ħarġet sejħa għall-offerti. Il-laboratorju t’Għawdex ibbenefika wkoll minn xogħol strutturali. Skont il- grant agreement , il-proġett kellu jibda f’Jannar tal-2009 u jispiċċa f’Marzu tal-2010. Għal dan il-proġett il-Managing Authority approvat estensjoni ta’ żmien sa Diċembru 2010 minħabba li l-evalwazzjoni tat-tender CT 2366/2009 ħadet aktar żmien milli previst. Dan il-proġett kien maqsum f’numru ta’ tenders u quotation . It-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra taħt turi meta kellu jibda kull kuntratt, kemm skont il-kuntratt iffirmat kif ukoll skont il- grant agreement , kif ukoll meta kellu jispiċċa x-xogħol, kemm skont il-kuntratt iffirmat kif ukoll skont il- grant agreement , jekk ġiex rivedut kull kuntratt partikulari, kif ukoll kummenti oħra. Mhux ser jintilfu flus minħabba d-dewmien fit-tlestija ta’ dan il-proġett għaliex il-Managing Authorityapprovat estensjoni tal-ERDF 062. Il-proġett huwa konkluż. Filwaqt li r-responsabiltà sћiћa ta’ kull proġett taqa’ fuq l-entità benefiċarja rispettiva, d-direttorat gћall-implimentazzjoni tal-programmi fi ћdan il-qasam ta’ l-edukazzjoni gћandu r-responsabiltà li jikordina bejn l-applikant/benefiċarju, il-Managing Authority u l-oqsma konċernati ( stakeholders ) matul l-implementazzjoni tal-proġett.