Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #25462 Sitting 342 2011-05-04 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Mcast f'Għawdex — Language Lab with Contact Centre Facility

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus f’Malta u f’Għawdex separatament fuq il -proġett ta’ Language Lab with Contact Centre Facility fl-Istitut tal-MCAST f’Għawdex (ERDF 062)?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fuq il-proġett ERDF 62 Language Lab with Contact Centre facility at MCAST Institute of Business and Commerce ntefqu €205,571.80 f’Malta u €69,825.68 f’Għawdex. Il-proġett tlesta fl-2010.
Leg 11 PQ #25463 Sitting 342 2011-05-04 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — Mcast - Computers Systems and Computer Labs

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus f’Malta u f’Għawdex separatament fuq il-proġett ta’ Computers Systems and Computer Labs fl-Istitut tal-MCAST f’Għawdex (ERDF 066)?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fuq il-proġett ERDF 66 Computer systems and computer labs at MCAST Malta and Gozo ntefqu €218,558.42 f’Malta u €37,541.55 f’Għawdex. Il-proġett tlesta fl-2009.

Dipartimenti tal-Kuntratti — kunsens għall-kuntratt

Question

B'referenza għat-tweġiba għal mistoqsijiet parlamentari 24333 u 25140 dwar struzzjonijiet lid-Direttur tal-Kuntratti biex jieħu l-parir tal-Avukat Ġenerali dwar it-tqegħid ta’ kopja ta’ kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Avukat Ġenerali tax il-parir tiegħu lid-Direttur tal-Kuntratti? Jekk fl-affermattiv, x’inhu l-parir li ta? Jekk fin-negattiv, għaliex dan id-dewmien?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25140.
Leg 11 PQ #25383 Sitting 341 2011-05-03 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sptar Ġenerali t'Għawdex — Operating Theatre - implementation timeframe tal-upgrading

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-aħħar applikazzjoni għall-estensjoni tal-implementation timeframe tal-proġett tal-upgrading tal-operating theatre fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u tal-approvazzjoni li ngħatat, jekk ingħatat, għal din l-applikazzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor.Interpellant.
Leg 11 PQ #25384 Sitting 341 2011-05-03 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Trattat ta' Sħubija — Dikjarazzjoni dwar Għawdex

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24508, fejn il-Ministru qalet “li huwa biss ladarba l-proposti jkunu ppublikati, wieħed ikun jista' jikkonferma jekk l-Istat Membru ta' Malta, li jinkludi l-gżejjer ta' Malta u Għawdex, hux ħa jibqa fi ħdan il-għan tal-konverġenza għall-perjodu post-2013? Jekk dan ma jkunx il-każ il-Gvern ser jagħmel talba biex isir studju dwar il-bżonnijiet speċifiċi ta' Għawdex, qabel il-bidu tan-negozjati rigward il-perspettivi finanzjarji tal-Unjoni” tista’ l-Ministru tgħid kif tista’, bħala rappreżentanta tal-poplu Għawdxi, tirrikonċilja dak li qed tgħid fit-tweġiba tagħha ma’ dak li hemm imwiegħed fil-Programm Elettorali tal-Partit Nazzjonalista għall-Parlament Ewropew tal-2009 u ċioe’ li “ninsistu biex, kif hemm imniżżel fid-Dikjarazzjoni dwar Għawdex annessa mat-Trattat ta' Sħubija, minn qabel il-programm il-ġdid ta' fondi mill-2014 'il quddiem, isir studju dwar il-ħtiġiet speċjali ta’ Għawdex sabiex Għawdex jegħleb l-insularità doppja u jibqa' jgawdi minn sehem xieraq ta' fondi mill-Ewropa”? Peress li f’din il-wegħda qed jiġi ddikjarat mingħajr riservi li “minn qabel il-programm il-ġdid ta' fondi mill-2014 'il quddiem, isir studju dwar il-ħtiġiet speċjali ta’ Għawdex sabiex Għawdex jegħleb l-insularità doppja u jibqa' jgawdi minn sehem xieraq ta' fondi mill-Ewropa”, tista’ l-Ministru tgħid għaliex mhijiex qiegħda żżomm ma’ din il-wegħda?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari numri 24177 u 24506.
Leg 11 PQ #25385 Sitting 341 2011-05-03 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Industrijalisti Għawdxin — fondi bħala sussidji mħallsa

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24997, tista' l-Ministru tagħti l-informazzjoni mitluba fl-istess mistoqsija u tgħid kemm tħallsu fondi bħala sussidju lill-industrijalisti Għawdxin mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-lum biex jagħmel tajjeb għall-ispejjeż żejda li għandhom fuq trasport, eċċ? Kemm hu n-numru ta’ imprendituri li tħallsu? Għal liema snin kienu l-pagamenti? Għal kemm jammontaw it-talbiet pendenti li hemm biex jitħallsu? Għal liema snin huma?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li sa issa tħallsu €216,175 lil ħames kumpaniji għas-sena 2008 u li hemm talbiet pendenti minn tliet kumpaniji għall-perjodu 2008-2010, u ħames kumpaniji għall-perjodu 2009-2010. Dawn it-talbiet bħalissa qegħdin jiġu vverifikati biex ikunu jistgħu jsiru l-ħlasijiet.
Leg 11 PQ #25457 Sitting 341 2011-05-03 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Tourism Association

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 24993 dwar ftehim bejn il-Ministeru tagħha u l-Gozo Tourism Association rigward impjieg ta’ Kap Eżekuttiv mal-Gozo Tourism Association, tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi tal-ftehim imsemmi li issa mill-istess tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 24993 jirriżulta li n-nefqa fuq dan il-ftehim tlaħħaq €320,000? Tista’ tispjega x’kienet l-urġenza biex il-persuna magħżula tiġi ngaġġata mill-istess data tal-ftehim?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi rigward il-ftehim imsemmi. Informazzjoni oħra relevanti mal-kuntratt ta' Kap Eżekuttiv mal-Gozo Tourism Association tista' tkun estratta minn tweġibiet preċedenti fuq l-istess każ.
Leg 11 PQ #25458 Sitting 341 2011-05-03 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Training Courses to enhance Employability of the Workforces

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus f’Malta u f’Għawdex separatament fuq il-proġett ta’ Training Courses to enhance Employability of the Workforces (ESF 2.7)?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li sat-18 ta’ April 2011, il-proġett ‘Training courses to enhance employability of the workforce (ESF 2.7)’ nefaq €1,700. Din l-ispiża saret kollha f’Għawdex.

Xewkija — Qasam Industrijali - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'xogħlijiet huma meħtieġa li jsiru fil-qasam industrijali tax-Xewkija? X'xogħlijiet saru f'dan il-qasam mill-1 ta’ Marzu 2010 sal-lum? Kemm kienet in-nefqa fuq dawn x-xogħlijiet?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 24998.

Impjant għat-tisfija tad-drenaġġ f'Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokument tal-offerta li kienet ħarġet u li fuqha l-konsorzju li bena l-impjant għat-tisfija tad-drenaġġ f’Għawdex ingħata ukoll it-tħaddim tiegħu? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li sar bejn il-benefiċjarju u l-kuntrattur/i?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-dokument riferut qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Labour Force Survey — nies li jirreġistraw

Question

Jista' l-Ministru jgħid, skont il-Labour Force Survey, f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar ta’ kull sena mill-2003 ‘l hawn: a) kemm kien hemm nies jirreġistraw għax-xogħol, dawk ta’ bejn il-15-il sena u l-24 għalihom u dawk ‘il fuq minn 25 sena għalihom kif ukoll nisa għalihom u rġiel għalihom; b) kemm kienet il-popolazzjoni tal-età tax-xogħol, nisa għalihom u rġiel għalihom u skont l-età, jiġifieri dawk ta’ bejn il-15-il sena u l-24 għalihom u dawk ‘il fuq minn 25 sena; ċ) ir-rata ta’ attività, il-forza lavorattiva totali ( labour force ) bħala persentaġġ tal-popolazzjoni totali tal-età tax-xogħol kif ukoll il-forza lavorattiva tal-irġiel bħala persentaġġ tal-irġiel tal-età tax-xogħol u l-forza lavorattiva tan-nisa bħala persentaġġ tan-nisa tal-età tax-xogħol, u d) in-numru ta’ nies inattivi, nisa għalihom u rġiel għalihom?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. L-informazzjoni maħruġa hi bbażata fuq il-Medja ta' kull sena billi mhux possibli li nipprovdu informazzjoni skond l-aħħar ta' kull sena mil-Labour Force Survey. L-informazzjoni mitluba fl-ewwel parti tad-domanda mhijiex disponibbli minn dan l-istħarriġ peress illi l-Labour Force Survey jipprovdi kejl ta’ nies qegħda skont id-definizzjoni tal-ILO u mhux skont definizzjonijiet marbutin mar-reġistru nazzjonali tal-qgħad. Għan-numru ta’ persuni li qed jirreġistraw għax-xogħol, wieħed jista’ jirreferi għall-informazzjoni li toħroġ mill-ETC.

Labour Force Survey — paga medja gross annwali

Question

Jista' l-Ministru jgħid, skont il-Labour Force Survey, f’Malta u f’Għawdex separatament, kemm kien fl-aħħar ta’ kull sena mill-2003 ‘l hawn il-paga medja gross annwali skont id-diversi setturi tal-attività ekonomika?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. L-informazzjoni hija bbażata fuq il-medja ta’ kull sena billi mhux possibli li nipprovdu informazzjoni skont l-aħħar ta’ kull sena mil-Labour Force Survey.

Persuni jirreġistraw

Question

Tista’ l-Ministru tgħid f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar ta’ kull sena mill-2003 ‘l hawn: a) kemm kien hemm nies jirreġistraw għax-xogħol, dawk ta’ bejn il-15-il sena u l-24 għalihom u dawk ‘il fuq minn 25 sena għalihom kif ukoll nisa għalihom u rġiel għalihom; b) kemm kienet il-popolazzjoni tal-età tax-xogħol, nisa għalihom u rġiel għalihom u skont l-eta’, jiġifieri dawk ta’ bejn il-15-il sena u l-24 għalihom u dawk ‘il fuq minn 25 sena; ċ) ir-rata ta’ attività, il-forza lavorattiva totali ( labour force ) bħala persentaġġ tal-popolazzjoni totali tal-eta’ tax-xogħol kif ukoll il-forza lavorattiva tal-irġiel bħala persentaġġ tal-irġiel tal-età tax-xogħol u l-forza lavorattiva tan-nisa bħala persentaġġ tan-nisa tal-età tax-xogħol; d) in-numru ta’ nies inattivi, nisa għalihom u rġiel għalihom, u e) l-paga medja gross annwali skont id-diversi setturi tal-attività ekonomika?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tweġiba għall-mistoqsijiet a) u b). Nirreferi l-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsijiet ċ) u d) lill-Ministru kkonċernat.

Job description u funzjonijiet ta' Project Officer, Project Leader u Program Officer

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’inhu l-job description u l-funzjonijiet ta’ Project Officer, Project Leader u Programme Officer fuq proġetti tal-EU fi ħdan l-EUPU? X’inhuma l-grad u l-iskala ta’ dawn il-karigi komparati mal-iskali u l-gradi tas-Servizz Pubbliku?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Aġenżija tal-Programmi tal-Unjoni Ewropea (European Union Programmes Agency) ma għandiex impjegati fil-grad ta’ project leader. Il-grad ta’ project officer u programme officer huwa l-istess għax meta bdiet l-aġenżija kienu jissejjħu project officers u aktar tard bdew jissejjħu programme officers . Il-grad tal- programme officer huwa komparat fuq Skala 10 tas-Servizz Pubbliku Il- job description tal- programme officer qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #25370 Sitting 340 2011-05-02 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Xlendi - xogħol fuq bankini u tarmac

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li issa li wasal l-istaġun tas-sajf, ix-xogħol konċernat għar-rigward il-bankini u t-tarmac 'l isfel mill-Knisja tax-Xlendi fejn il-ħwienet għadu ma sarx? Peress li tal-ħwienet fix-Xlendi, Għawdex diġà ekonomikament batew biżżejjed, tista' l-Ministru tara li jitlesta x-xogħol kemm jista' jkun malajr?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol imsemmi għadu ma tlestiex minħabba li l-maltemp u issues tekniċi kkawżaw dewmien fix-xogħol b'mod ġenerali. Ix-xogħol mistenni li jkun lest sa Mejju 2011.
Leg 11 PQ #25380 Sitting 340 2011-05-02 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Żewwieqa Waterfront — proġett ta' upgrading

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24644, tista' l-Ministru tgħid meta huwa mistenni li jiġi ffirmat il-kuntratt tax-xogħlijiet tal-proġett għall-upgrading taż-Żewwieqa Waterfront? Meta hu mistenni li jibda x-xogħol?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-kuntratti relatati ma' dan il-proġett ġew iffirmati, u hu maħsub li x-xogħlijiet jibdew din il-ġimgħa.
Leg 11 PQ #25381 Sitting 340 2011-05-02 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali t'Għawdex — Operating Theatre - upgrade

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24642, tista’ l-Ministru tgħid meta fil-fatt huwa mistenni li jitlesta l-proġett għall-upgrading tal-Operating Theatre fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li x-xogħol fit-Teatri tal-Operazzjonijiet qiegħed fil-fażi ta' 'procurement' u għandu jitlesta lejn l-aħħar ta' din is-sena.
Leg 11 PQ #25382 Sitting 340 2011-05-02 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Triq tax-Xlendi — proġett għar-rikostruzzjoni

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta fil-fatt huwa mistenni li jitlesta l-proġett għar-rikostruzzjoni ta’ parti mit-Triq tax-Xlendi?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari Numru 25281.

Ħaddiema Għawdxin li jaħdmu f'intrapriżi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fl-2009 u fl-2010 kemm kien hemm ħaddiema f’Għawdex jaħdmu ma’ intrapriżi li jħaddmu aktar minn 250 persuna?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li peress li fl-2009 u fl-2010 f’Għawdex kien hemm intrapriża waħda li tħaddem aktar minn 250 persuna, l-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika huwa prekluż milli jagħti din l-informazzjoni.
Leg 11 PQ #25181 Sitting 339 2011-04-13 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Trattat ta' Sħubija — fondi mill-Unjoni Ewropea

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 24507 u ċioe: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24177, fejn il-Ministru qalet li l-ammont allokat tal-Fondi Strutturali u Fond ta' Koeżjoni tipprevedi klawżola speċifika li tgħid li mill-inqas 10% tal-allokazzjoni totali ta’ dawn il-fondi Ewropej għall-perjodu 2007 – 2013 huwa allokat għal Għawdex: · Peress illi fl-istess tweġiba hija fakkret lill-Għawdxin li l-gżira ta’ Għawdex “tinkludi biss 7% tal-popolazzjoni ta' dawn il-gżejjer” u mhux 10% tal-popolazzjoni; · Peress illi jidher li l-Ministru ma tafx li: 1. d-daqs ġeografiku (l-area) tal-gżira ta’ Għawdex huwa 27.3% tad-daqs ta’ Malta 2. t-tul tal-kosta ta’ Għawdex huwa 31.2% tat-tul tal-kosta ta’ Malta 3. d-daqs tal-art agrikola użata f’Għawdex huwa 27.8% tal-art agrikola użata f’Malta · peress li dawn it-tliet fatturi tal-iżvilupp ekonomiku ta’ kull reġjun, jiġifieri d-daqs tal-gżira, it-tul tal-kosta u d-daqs tal-art użata għall-agrikoltura jirrekjedu investiment qawwi biex Għawdex jiżviluppa kemm hu xieraq u mistenni mill-Għawdxin · peress li minn meta Malta ssieħbet fl-Unjoni Ewropea, skont statistika maħruġa mill-Unjoni Ewropea stess, bl-10% tal-fondi Ewropej b’kollox, il-Prodott Domestiku Gross niżel minn 60% tal-medja Ewropea fl-2003 għal 58% fl-2008, tista’ l-Ministru tgħid jekk hijiex kuntenta u sodisfatta li Għawdex qed jingħata 10% tal-Fondi Strutturali u Fond ta' Koeżjoni? Jekk fl-affermattiv, x’inhuma r-raġunijiet li jikkonvinċuha li 10% tal-fondi huma biżżejjed biex Għawdex jieħu dak li hu xieraq u mistenni? Jekk fin-negattiv, x’qed tagħmel biex Għawdex jieħu dak li ħaqqu u li għandu bżonn?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-allokazzjonijiet tal-Fondi Strutturali u tal-Fond ta’ Koeżjoni għall-perjodu 2007-2013 huma skont il-ftehim fuq il-Perspettivi Finanzjarji 2007-2013, u kif inhu kkonfermat f’Artiklu 5(1) u l-Anness II (1 u 2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Numru 1083/2006. Fil-każ tal-allokazzjoni tal-Fondi Strutturali lil reġjunijiet, din l-allokazzjoni hija bbażata fuq il-kriterju tal-popolazzjoni tar-reġjun. Fil-każ tal-allokazzjoni tal-Fond ta’ Koeżjoni li huwa allokat lill-Istati Membri eliġibbli, il-kriterji normalment użati għal din l-allokazzjoni huma l-popolazzjoni u d-daqs tat-territorju tal-Istat Membru. Qed nispjega dan biex l-Onorevoli Interpellant jifhem li l-kriterju tat-tul tal-kosta, jew il-kriterju tad-daqs tal-art agrikola kif suġġeriti minnu m’humiex relevanti fil-kuntest tal-Fondi Strutturali u l-Fond ta’ Koeżjoni. Għal dak li għandu x’jaqsam l-użu tal-kriterju tad-daqs tat-territorju (d-daqs ġeografiku) fil-formula għad-distribuzzjoni tal-Fond ta’ Koeżjoni bejn l-Istati Membri, nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant li meta tapplika dan il-kriterju, fil-każ ta’ Malta li għandha ‘extremely high population density’ dan jirriżulta f’telf sostanzjali mill-allokazzjoni tal-Fond ta' Koeżjoni lil Malta ta’ madwar 60 miljun ewro. Kieku l-Gvern fin-negozjati fuq il-Perspettivi Finanzjarji 2007-2013 mexa fuq is-suġġeriment tal-Onorevoli Interpellant u aċċetta l-użu tal-kriterju tad-daqs tat-territorju fl-allokazzjoni tal-Fond ta’ Koeżjoni, dan kien iwassal għal telf qawwi ta’ fondi tal-Unjoni Ewropea, kemm għal Malta bħala Stat Membru kif ukoll għal Għawdex. Għalhekk il-Gvern kien għaqli li fin-negozjati fuq il-Perspettivi Finanzjarji 2007-2013 u għamel l-argument li l-kriterju tad-daqs tat-territorju m’għandux ikun applikat għat-tqassim tal-Fond ta’ Koeżjoni. Ta’ min isemmi li kien hemm bżonn ta’ negozjati twal u diskussjonijiet estensivi sabiex dan l-argument fil-fatt ġie aċċettat mill-Presidenza Lussemburgiża mbagħad dik tar-Renju Unit flimkien mal-pajjiżi membri l-oħra. Dan il-ftehim imbagħad wassal biex tkun modifikata il-formula għad-distribuzzjoni tal-Fond ta’ Koeżjoni u fil-każ ta’ Malta l-allokazzjoni mill-Fond ta’ Koeżjoni saret unikament abbażi tal-kriterju tal-popolazzjoni. Għalhekk Malta u Għawdex abbażi tal-istess kriterju tal-popolazzjoni ġew allokati 556 miljun ewro ta’ Fondi Strutturali u 284 miljun ewro mill-Fond ta’ Koeżjoni għall-ammont globali ta’ 840 miljun ewro. Il-Gvern meta ġie biex iqassam dawn il-fondi allokati bejn Malta u Għawdex, b’mod konsistenti uża bħala bażi l-kriterju tal-popolazzjoni, u f’dan ir-rigward, billi Għawdex dejjem kien prijorità għall-Gvern Nazzjonalista u hekk se jibqa’, il-Gvern ħass il-ħtieġa li jmur oltre s-7 fil-mija li huwa il-persentaġġ tal-popolazzjoni li jirresjedi f’Għawdex u impenja ruħu li jinvesti f’Għawdex fil-perjodu 2007-2013 mill-inqas 10 fil-mija tal-Fondi biex jissaħħaħ l-iżvilupp soċjali u ekonomiku f’Għawdex, jiġifieri 84 miljun ewro. Barra minn hekk, waqt li dawn l-84 miljun ewro se jintefqu speċifikament għall-proġetti f’Għawdex, il-bqija tal-fondi allokati huma miftuħin ghall-proġetti kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex. Tajjeb li wieħed jinnota li kieku l-Gvern mexa mas-suġġeriment tal-Onorevoli Interpellant, Għawdex kien jirċievi 38.92 miljun ewro mill-Fondi Strutturali abbażi ta’ 7% tal-popolazzjoni, waqt li kien jirċievi 39.76 miljun ewro mill-Fond ta’ Koeżjoni abbażi ta’ proporzjon ta’ 14% li huwa medja ta’ 7% tal-popolazzjoni u 21% tad-daqs tat-territorju. Dan ifisser li Għawdex kien jirċievi total ta’ 78.68 miljun ewro, jiġifieri 5.3 miljun ewro anqas minn kemm ġie fil-fatt allokat lil Għawdex minn dan il-Gvern. Ta’ min isemmi wkoll li l-Gvern Nazzjonalista mhux biss alloka lill-Għawdex 5.3 miljun ewro iktar minn dak propost mill-Onor. Interpellant imma, bis-sistema preżenti, Għawdex jista’ wkoll jibbenefika minn fondi oħrajn li ma jkunx il-każ fi tqassim ibbażat fuq formula stretta kif jidher li jrid l-Onorevoli Interpellant.