Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm tfal, subien u bniet separatament, li kienu jattendu skejjel primarji f’Għawdex kull sena skolastika mill-2006/2007 ‘l hawn? Tista’ tagħti din l-informazzjoni maqsuma skont
· skejjel statali, skejjel tal-knisja u skejjel indipendenti;
· il-lokalita’ tal-iskola; u
· ir-residenza tat-tfal?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Qbajjar — Promenade - nuqqas ta' preżenza ta' pulizija jew gwardjani lokali
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid għal liema raġuni fil-lokalità tal-Qbajjar qatt ma jidhru pulizja jew gwardjani lokali biex iwaqqfu l-ġiri projbit bir-roti u l-ħafna klieb li jiddaħħlu fl-istess promenade biex iħammġu hemm?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li hemm gwardjan lokali assenjat f’Għawdex kollu a bażi ta’ roster, ħlief fir-Rabat fejn hemm arranġamenti separati. Dan il-gwardjan lokali, fost il-lokalitajiet li fihom jaqdi d-dmirijiet tiegħu jinkludi l-Qbajjar. Intant dwar Pulizija infurmat illi qed tagħmel ronda fil-post imsemmi għal kwalunkwe ksur ta’ liġi li jista’ jkun osservat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont totali ta’ investiment barrani f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar tal-2010 u fl-aħħar ta’ Marzu ta’din is-sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi tali informazzjoni tista’ tingħata fl-aħħar ta’ Lulju, wara li jkun ippubblikat l-International Investment Position mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm intrapriżi f’Malta u f’Għawdex separatament kull sena mill-2004 ‘l hawn li kienu qed iwettqu attivita’ ta’:
a) innovazzjoni teknoloġika;
b) innovazzjoni mhix teknoloġika;
ċ) innovazzjoni sew teknoloġika kif ukoll innovazzjoni mhix teknoloġika?
Jista’ jagħti dan it-tagħrif skont id-daqs ta’ kemm iħaddmu nies dawn l-intrapriżi?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interepellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Ħaddiema ingaġġati f'attivitajiet ta' riċerka u żvilupp
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema f’Malta u f’Għawdex separatament mill-2004 ‘l hawn li kienu ngaġġati f’attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp fuq bażi full-time u part-time separatament u maqsuma f’irġiel għalihom u nisa għalihom? Jista’ tagħti dan it-tagħrif skont l-impjieg ta’ dawn il-ħaddiema, jiġifieri:
a) riċerkaturi;
b) tekniċi u ekwivalenti u
ċ)
supporting staff
ieħor?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru responsabbli mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħrig.
Intrapriżi — koperazzjoni dwar attivitajiet ta' innovazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm intrapriżi f’Malta u f’Għawdex separatament li kellhom arranġamenti ta’ koperazzjoni dwar attivitajiet ta’ innovazzjoni kull sena mill-2004 sal-lum? Jista’ jagħti dan it-tagħrif skont id-daqs ta’ kemm iħaddmu nies dawn l-intrapriżi u skont in-natura tal-imsieħeb/imsieħba tagħhom f’dawn l-arranġamenti ta’ koperazzjoni, per eżempju l-Gvern, istituzzjonijiet pubbliċi ta’ riċerka, universitajiet, eċċ.? Jista’ jagħti taghħrif dwar id-domiċilju/residenza tal-imsieħba?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel id-domanda tiegħu lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25859 dwar xogħol u kuntratti għall-konċessjoni tal-oqbra l-ġodda fiċ-Ċimiterju ta’ Santa Marija, tista’ l-Ministru tgħid x’qed iżomm ix-xogħol milli jitlesta u li jsir il-kuntratt peress li l-Ministru fit-8 ta’ Lulju 2008 għall-mistoqsija parlamentari 1773 kienet wieġbet li "l-kuntratti ta' bejgħ se jsiru fi żmien qarib"?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata illi appena jkollna l-approvazzjoni tal-permessi kollha neċessarji u jitlesta l-proċess marbut mal-offerti relatati, ix-xogħol ikun jista' jibda u se jingħata bidu wkoll għall-kuntratti għall-konċessjoni tal-oqbra.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 21702, jista’ l-Ministru jgħid kemm turisti niżlu l-art mill-passiġġieri li kien hemm abbord is-sitt cruise ships li ankraw ‘l barra mill-port tal-Imġarr Għawdex fl-2010?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li wara r-risposta li tajt għal mistoqsija parlamentari 21702 li saret f' Novembru 2010 daħal cruise liner ieħor f'Għawdex bi 82 passiġġier abbord. Għalhekk in-numru totali ta' cruise liners li żaru Għawdex kien ta' 7 b'total ta’ 3044 passiġġier. Ma tinżammx statistika dwar in-numru ta' passiġġieri li jinżlu l-art iżda fil-prattika l-maġġoranza kbira tal-passiġġieri fil-fatt jinżlu l-art.
Tista’ l-Ministru tgħid fejn waslu l-istudji li kellhom isiru dwar l-aħjar mod kif jerġa' jinbena l-breakwater ta' Marsalforn? Meta mistenni li jitlestew dawn l-istudji?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li sar Mathematical Wave Climate Study fuq il-bajja ta' Marsalforn li ppreżenta possibilitajiet differenti u li se tinħareġ offerta biex isir Three Dimension Hydraulic Model biex jikkonferma l-aħjar possibilità.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk huwiex qed jitħejja pjan ħolistiku għall-bajjiet ta’ Marsalforn u x-Xlendi? Jekk fl-affermattiv, min qed iħejji dan il-pjan? Meta hu mistenni li jitlesta?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li qed jitħejja pjan għall-bajjiet ta' Marsalforn u x-Xlendi minn Perit impjegat tal-Ministeru għal Għawdex b'konsultazzjoni mal-Ministeri responsabbli mill-Artijiet u t-Turiżmu. L-implimentazzjoni tax-xogħlijiet rakkomandati fil-masterplans tiddependi mill-ħruġ tal-permessi neċessarji u l-proċess tal-ħruġ t'offerti.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il konċessjoni ta’ privattiva ngħatat mill-aħħar ta’ Ottubru 2010 sal-lum? Kemm minnhom saru minn applikanti Għawdxin? X’kien is-suġġett/prodott/attività/eċċ .ta’ kull konċessjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant id-Dipartiment tal-Kummerċ ġabar fil-lista li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra dawk il-Privattivi li ġew mogħtija konċessjoni minn Ottubru 2010 sal-lum. Din il-lista tinkludi dawk il-Privattivi li ġew sottomessi dirett ma’ dan l-uffiċju (i.e. privattivi nazzjonali) kif ukoll dawk il-privattivi Ewropej li huma validi għal Malta (i.e. European Patents).
Kif jidher minn din il-lista, ma kien hemm ebda konċessjoni għal privattivi għal applikazzjonijiet ġejjin minn applikanti Għawdxin.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu d-depożiti fil-banek u s-self mill-banek minn residenti f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar ta’ Diċembru 2010 u fl-aħħar ta’ Marzu u April 2011? Kemm kien hemm kontijiet ta’ depożitu u ta’ self rispettivament fl-istess dati u skont l-istess residenza? Jista’ jagħti dan it-tagħrif dwar is-self maqsum f’home loans, overdrafts u self ieħor?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-valur tal-esportazzjoni minn Għawdex u minn Malta separatament ta’ affarijiet ta’ merċa (goods) xahar b'xahar mill-ewwel ta’ Jannar 2011 sal-lum maqsumin skont l-areas ġeografiċi ewlenin u skont il-prodotti esportati?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm tħallsu flus fl-2010 u s’issa din is-sena mill-Vot Kapitali tal-Ministeru tagħha skond l-items of expenditure? Tista’ tgħid kemm kien hemm flus kommessi fl-aħħar tal-2010 taħt kull item biex jitħallsu din is-sena u kienu għadhom ma tħallsux? Tista’ tgħid kemm hemm flus kommessi llum biex jitħallsu din is-sena u għadhom ma tħallsux?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid, skont il-Labour Force Survey, f’Malta u f’Għawdex separatament kemm kien fl-aħħar ta’ kull sena mill-2003 ‘l hawn:
a) Il-
labour supply
; nisa għalihom u rġiel għalihom;
b) In-numru ta’ nies jaħdmu
full-time
, nisa għalihom u rġiel għalihom skont l-attività ekonomika;
ċ) In-numru ta’ nies, nisa għalihom u rġiel għalihom, jaħdmu iżda li kellhom xogħol
part-time
bħala x-xogħol ewlieni tagħhom skont l-attività ekonomika;
d) in-numru ta’ nies jaħdmu
part-time
, nisa għalihom u rġiel għalihom skont l-attività ekonomika?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25843.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25734 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u issa ġiet riferuta lilu u jispjega jekk iz-zokkor, b'mod partikolari dak deskritt bħala Tate & Lyle Granulated Sugar huwiex fil-preżent, jew jekk qatt kienx regolat b'xi price order? Jekk kien hemm price order, x'kien il-prezz ta' kull xkora zokkor għax-xhur ta' Diċembru 2008 u Jannar 2009 kif ukoll Mejju 2009?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-entita’ kkonċernata qed tiġbor l-informazzjoni mitluba mill-Onor.Interpellant u hekk kif dak l-eżereċizzju jkun finalizzat, l-informazzjoni tiġi ppreżentata.
Qorti tal-Maġħistrati f'Għawdex — introduzzjoni ta' kawżi ġodda
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew introdotti kawżi ġodda kull sena fil-Qorti tal-Maġħistrati f'Għawdex quddiem dawn il-qrati fis-snin 2006 - 2010:
Ġurisdizzjoni Superjuri Ċivili;
Ġurisdizzjoni Inferjuri Ċivili;
Qorti tal-Familja;
Bord li jirregola l-kera;
Bord tal-Qbejjel;
Tribunal għal Talbiet Żgħar;
Qorti Maġistrati (Sede Kriminali seduti tad-distretti);
Kumpilazzjonijiet; u
Inkjesti?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid, fil-Qorti t'Għawdex għas-snin 2006 sal-2010, kemm kienet l-ispiża totali biex tiġi amministrata din il-qorti inklużi s-salarji tal-
i
staff
, ġudikanti u maġistrati? Kif kienet maqsuma din l-ispiża? Kemm hemm
staff
amministrattiv u fiex jikkonsisti? X'kien id-dħul f'multi? X'kien id-dħul f'tariffi tal-Qorti? Kemm inqatgħu sentenzi, ingħalqu kumpilazzjonijiet/inkjesti fl-istess perjodu mill-imsemmija tribunali/qrati? Kemm kien hemm kawżi/kumpilazzjonijiet/inkjesti pendenti kull sena? X'inhu l-
average
ta' kawżi/kumpilazzjonijiet/inkjesti:
i) li jiġu introdotti kull sena?
ii) li jiġu deċiżi?
iii) li kienu pendenti ras għal ras quddiem l-imħallfin/maġistrati li huma ġudikaturi fil-Qorti f'Malta għal kull sena fil-perjodu msemmi (per eżempju x'inhu l-average ta' kawżi li kull imħallef ikollu introdotti/maqtugħin/pendenti)?
X'inhu l-istess average fil-Qorti t'Għawdex?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant, li tista' tinkiseb ukoll mill-websitehttp://www.justice.gov.mt/statistics u li qiegħda tiġi stampata.
In vista tal-fatt li Għawdex hija gżira ekoloġika, tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li d-dawl fit-Triq tax-Xlendi ma sarx bl-enerġija solari? Kemm twaħħlu lampi u x'inhu l-konsum?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-dawl fit-Triq tax-Xlendi ma sarx bl-enerġija solari minħabba li l-ispiża kapitali u problemi ta’ manutenzjoni ma għamlux dan vijabbli. Minflok intużaw lampi li huma energy savers. Twaħħlu 75 lampa li jikkonsmaw 11.25KW.
B’referenza għat-tweġiba li tat għall-mistoqsija parlamentari 25698 dwar xogħlijiet li kellhom isiru fuq parti mill-iskola tax-Xewkija biex tintuża bħala uffiċini relatati ma' back office tlestewx, tista’ l-Ministru tgħid meta hija mistennija li toħroġ l-offerta għax-xogħol li għad baqa' jsir fuq dan is-sit?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-offerta għax-xogħol mistennija toħroġ sal-aħħar ta' Mejju 2011.