Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #26448 Sitting 359 2011-06-06 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Bord tal-għażla — applikazzjonijiet biex persuni jieħdu ħsieb l-anzjani

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'ġara mill-applikazzjonijiet li kienu ħarġu biex persuni jiġu magħżula biex jieħdu ħsieb l-anzjani? Twaqqaf il-Bord tal-Għażla? Meta se jsiru l-interviews?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li s-sejħa għall-applikazzjonijiet ħarġet mill-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità u għaldaqstant nitlob li l-mistoqsija ssir lill-Ministru kkonċernat.
Leg 11 PQ #26523 Sitting 359 2011-06-06 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

price order fuq zokkor

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 25982 u 25734 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u issa ġiet riferuta lilu u jispjega jekk iz-zokkor, b'mod partikolari dak deskritt bħala Tate & Lyle Granulated Sugar huwiex fil-preżent, jew jekk qatt kienx regolat b'xi price order? Jekk kien hemm price order, x'kien il-prezz ta' kull xkora zokkor għax-xhur ta' Diċembru 2008 u Jannar 2009 kif ukoll Mejju 2009?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi matul dawn l-aħħar 10 snin ma nħarġux price orders għaz-zokkor.

Ħaddiema — attivitajiet ta' riċerka u żvilupp

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm ħaddiema f’Malta u f’Għawdex separatament mill-2004 ‘l hawn li kienu ngaġġati f’attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp fuq bażi full-time u part-time separatament u maqsuma f’irġiel għalihom u nisa għalihom? Tista’ tagħti dan it-tagħrif skont l-impjieg ta’ dawn il-ħaddiema, jiġifieri: a) riċerkaturi; b) tekniċi u ekwivalenti u ċ) supporting staff ieħor?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

NOS — International Investiment Position

Question

B’referenza għat-tweġiba li tani għall-mistoqsija parlamentari 26080 fejn qal li l-informazzjoni mitluba tista’ tingħata fl-aħħar ta’ Lulju, wara li jkun ippubblikat l-International Investment Position mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont totali ta’ investiment barrani f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar ta’ Ġunju tal-2010?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 20351.

Leg 11 PQ #26543 Sitting 359 2011-06-06 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Skejjel

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm studenti barranin illum fi skejjel pre-primarji, primarji, sekondarji u post-sekondarji f’Għawdex? Tista’ tagħti din l-informazzjoni maqsuma skont skejjel statali, skejjel tal-knisja u skejjel indipendenti u skont in-nazzjonalità tal-istudenti?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Leg 11 PQ #26544 Sitting 359 2011-06-06 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Skejjel - Studenti barranin

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm studenti barranin fis-snin skolastiċi 1986/1987 u 1999/2000 fi skejjel pre-primarji, primarji, sekondarji u post-sekondarji f’Għawdex? Tista’ tagħti din l-informazzjoni maqsuma skont skejjel statali, skejjel tal-Knisja u skejjel indipendenti u skont in-nazzjonalità tal-istudenti?

Leg 11 PQ #26429 Sitting 358 2011-06-02 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Ċimiterju ta' Santa Marija — permessi

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 25859 u 26084 dwar xogħol u kuntratti għall-konċessjoni tal-oqbra l-ġodda fiċ-Ċimiterju ta’ Santa Marija, tista’ l-Ministru tgħid x’inhuma l-permessi li jonqoshom l-approvazzjoni? Meta mistenni jitlesta l-proċess marbut mal-offerti relatati? Kemm hu mistenni li jdum biex jitlesta x-xogħol meħtieġ?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-proċess għall-approvazzjoni tal-applikazzjoni tal-MEPA għall-estensjoni ta' dan iċ-ċimiterju jinsab fl-aħħar stadju tiegħu. Wara l-permess tal-MEPA, jiġi ppubblikat it-tender u jsir l-iffirmar tal-kuntratti.
Leg 11 PQ #26430 Sitting 358 2011-06-02 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Xewkija — Farm tal-Gvern - Ċentru Mediterranju fir-Riċerka, Żvilupp u Innovazzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 25860, tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim ta' koperazzjoni mal-Università ta' Malta biex il-Farm tal-Gvern fix-Xewkija jsir Ċentru Mediterranju fir-Riċerka, Żvilupp u Innovazzjoni? Tista’ tgħid s'issa x’xogħlijiet strutturali saru u x’apparat u makkinarju nxtraw għal dan l-iskop?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li sa issa nbidlu soqfa ta' diversi kmamar, ġie rranġat maqjel tal-baqar, u ġiet upgraded area għat-taħwil u tilqim tas-siġar u sar upgrading tal-kmamar użati mill-Hands on Farming. Barra minn dan inxtraw żewġ tractors bl-apparat anċillari tagħhom, inkubatur, gaġeġ u apparat tal-użin għar-riċerka fuq it-tjur. Il-ftehim ta' koperazzjoni mal-Università ta' Malta jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra wara li jkun iffirmat.

Malta Enterprise — settur tal-manifattura - skema ta' għajnuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu u x’inhuma l-iskemi ta’ għajnuna tal-Malta Enterprise għas-settur tal-manifattura mill-2004 sal-lum? Kemm kienu/huma u min kienu/huma l-benefiċjarji ta’ dawn l-iskemi f’Malta u Għawdex separatament? Kemm ħa fondi kull benefiċjarju? Kemm minn dawn il-fondi kienu Fondi Ewropej?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija ghal Mistoqsija Parlamentari numru 19891. Illum il-Malta Enterprise tamministra 26 inċentiv li minnhom jista' jibbenefika s-settur tal-manifattura. Fl-2011 il-Malta Enterprise approvat €5.4 miljun minn fondi Ewropej kif ukoll €32 miljun minn fondi lokali għat-total ta’ €37.4 miljun. Dettalji dwar in-numru ta' benefiċjarji u assistenza approvata qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Malta Enterprise — settur turistiku - skema ta' għajnuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu u x’inhuma l-iskemi ta’ għajnuna tal-Malta Enterprise għas-settur turistiku mill-2004 sal-lum? Kemm kienu/huma u min kienu/huma l-benefiċjarji ta’ dawn l-iskemi f’Malta u Għawdex separatament? Kemm ħa fondi kull benefiċjarju? Kemm minn dawn il-fondi kienu Fondi Ewropej?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mill-2004 sal-lum il-Malta Enterprise amministrat seba’ skemi li minnhom erbgħa kienu speċifikament għall-industrija tat-turiżmu u tlieta li minnhom setgħu jibbenefikaw varji intrapriżi fosthom dawk li jopera fis-settur turistiku. Dawn l-iskemi qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Malta Enterprise — SME's - Skema ta' għajnuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu u x’inhuma l-iskemi ta’ għajnuna tal-Malta Enterprise għall-SMEs mill-2004 sal-lum? Kemm kienu/huma u min kienu/huma l-benefiċjarji ta’ dawn l-iskemi f’Malta u Għawdex separatament? Kemm ħa fondi kull benefiċjarju? Kemm minn dawn il-fondi kienu Fondi Ewropej?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 26431. Dettalji dwar in-numru ta’ benefiċjarji u assistenza approvata huma murija fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Intrapriżi — innovazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm intrapriżi f’Malta u f’Għawdex separatament kull sena mill-2004 ‘l hawn li kienu qed iwettqu attivita’ ta’: a) innovazzjoni teknoloġika; b) innovazzjoni mhix teknoloġika; ċ) innovazzjoni sew teknoloġika kif ukoll innovazzjoni mhix teknoloġika? Jista’ jagħti dan it-tagħrif skont id-daqs ta’ kemm iħaddmu nies dawn l-intrapriżi?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba mhux possibbli li tingħata fuq bażi reġjonali.

Għawdex — Kulleġġ tal-Edukazzjoni - faċilitajiet ġodda

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’inhuma l-faċilitajiet mistennija li jkun hemm fl-2012 u fl-2013 rispettivament għall-użu mill-iskejjel tal-Kulleġġ tal-Edukazzjoni f’Għawdex biex isiru sessjonijiet prattiċi u jingħataw lezzjonijiet prattiċi kif jitlob is-sillabu tal-Edukazzjoni Fiżika taċ-Ċertifikat ta’ Edukazzjoni Sekondarja (ĊES) fl-oqsma segwenti: 1. Badminton 2. Basketball 3. Football/Netball 4. Hockey 5. Team Handball 6. Volleyball 7. Athletics Running Sprinting (100m) Middle distance (800m) Jumping High Jump Long Jump Throwing Shot put Discus 8. Swimming 9. Gymnastics and Dance Activities Artistic Gymnastics floorwork Vaulting Educational Dance Tista’ l-Ministru tgħid x’apparat hemm f’kull waħda minn dawn il-faċilitajiet?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-iskola l-ġdida ser ikollha trekk tal-atletika ta’ 200m u post fejn jagħmlu l- long jump . Il-high jump trid issir fil-gym li hemm fil-viċinanzi tal-iskola (Gozo Complex). Throwing events jistgħu jsiru fl-ispazji bejn it-trekk u l-lasti. F’nofs it-trekk tal-atletika ser ikun hemm spazju b’art sintetika li jista’ jintuża għall-futbol, hockey u handball. Ser ikun hemm kort tal-basketball u ieħor tal-volleyball. Il-badminton, in-netball, il-ġinnastika u d-danza jistgħu jsiru fil-gym li hemm fil-viċin (Gozo Complex).

Direttur tal-Kuntratti — parir tal-Avukat Ġenerali

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsijiet parlamentari 24333, 25140, 25464 u 25839 dwar struzzjonijiet lid-Direttur tal-Kuntratti biex jieħu l-parir tal-Avukat Ġenerali dwar it-tqegħid ta’ kopja ta’ kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra, jista’ l-Ministru issa jgħid jekk l-Avukat Ġenerali tax il-parir tiegħu lid-Direttur tal-Kuntratti? Jekk fl-affermattiv, x’inhu l-parir li ta? Jekk fin-negattiv, għaliex dan id-dewmien? X’inhi l-problema tal-Ministru biex jagħti tagħrif daqhekk sempliċi?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 25140.
Leg 11 PQ #26417 Sitting 354 2011-05-31 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — studenti barranin fi skejjel

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm studenti barranin fi skejjel pre-primarji, primarji, sekondarji u post-sekondarji f’Għawdex? Tista’ tagħti din l-informazzjoni maqsuma: a) skont skejjel statali, skejjel tal-Knisja u skejjel indipendenti; u b) skont in-nazzjonalità tal-istudenti?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għal kjarifika mitluba f'risposta għal PQ 26184.