Legislature:
Category:
Reset
Active:

Gozo Channel — bejgħ ta' biljetti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inbiegħu biljetti mill-Gozo Channel għas-servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex xahar xahar minn Settembru 2008 sa Awwissu 2009 u minn Settembru 2009 sa Awwissu 2010 lill-: a) passiġġieri residenti f’Għawdex bil-vettura; b) passiġġieri residenti f’Għawdex bla vettura; ċ) passiġġieri residenti Malta bil-vettura d) passiġġieri residenti Malta bla vettura; e) passiġġieri barranin bil-vettura; u f) passiġġieri barranin bla vettura?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ħaddiema fis-settur tas-servizzi diretti ta' intermedazzjoni finanzjarja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema jaħdmu full-time fis-settur tas-servizzi diretti ta’ intermedjazzjoni finanzjarja f’Għawdex f’Ottubru 2010?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Ħaddiema — Settur tas-servizzi diretti ta' intermedjazzjoni finanzjarja

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm ħaddiema jaħdmu full-time fis-settur tas-servizzi diretti ta’ intermedjazzjoni finanzjarja f’Għawdex kull sena mill-1999 sal-2009 u fl-aħħar ta’ Ottubru 2010? Kemm minnhom kienu fis-settur pubbliku? Kemm minnhom kienu nisa u kemm kienu rġiel? Kemm minnhom kienu self-employed?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #26553 Sitting 364 2011-06-13 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Xewkija — xogħlijiet ta' back office

Question

B’referenza għat-tweġiba li tat għall-mistoqsija parlamentari 26041 dwar xogħlijiet li kellhom isiru fuq parti mill-iskola tax-Xewkija biex tintuża bħala uffiċini relatati ma' back office tlestewx, tista’ l-Ministru tgħid jekk l-offerta għax-xogħol li għad baqa' jsir fuq dan is-sit ħarġitx kif kien mistenni, jiġifieri sal-aħħar ta’ Mejju 2011? Jekk le, għaliex għadha ma ħarġitx?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-offerta għax-xogħlijiet fuq parti mill-iskola tax-Xewkija li se tintuża bħala uffiċini relatati ma' back office ġiet ippubblikata u se tagħlaq il-Ġimgħa 24 ta' Ġunju 2011.

Sptar Mater Dei — Waiting list għal operazzjonijiet u servizzi oħra

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta’ nies li qegħdin fil-waiting list għal operazzjonijiet u servizzi oħra fl-Isptar Mater Dei? Jista’ jagħti lista ta’ x’inhuma l-operazzjonijiet u s-servizzi l-oħra ta’ dawn il-waiting lists u jgħid kemm hu ż-żmien ta’ stennija f’kull każ?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed tipoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ħaddiema — settur tal-lukandi u ristoranti

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm ħaddiema jaħdmu full-time fis-settur tal-lukandi u ristoranti f’Għawdex kull sena mill-1999 sal-2009 u fl-aħħar ta’ Ottubru 2010? Kemm minnhom kienu fis-settur pubbliku? Kemm minnhom kienu nisa u kemm kienu rġiel? Kemm minnhom kienu self-employed?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ħaddiema — settur tal-Edukazzjoni f'Għawdex

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm ħaddiema jaħdmu full-time fis-settur tal-Edukazzjoni f’Għawdex kull sena mill-1999 sal-2009 u fl-aħħar ta’ Ottubru 2010? Kemm minnhom kienu fis-settur pubbliku? Kemm minnhom kienu nisa u kemm kienu rġiel? Kemm minnhom kienu self-employed?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #26545 Sitting 360 2011-06-08 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Fondi ivvutati taħt kull item of expenditure

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 26048, tista’ l-Ministru tgħid fuqiex kienu minfuqa l-fondi taħt kull item of expenditure? Tista’ tgħid għalxiex huma kommessi l-fondi taħt kull item of expenditure?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li fondi jiġu kommessi u minfuqa taħt item of expenditure skont in-natura rispettiva tagħhom.

Direttur tal-Kuntratti — parir tal-Avukat Ġenerali

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsijiet parlamentari 24333, 25140, 25464, 25839 u 26416 dwar struzzjonijiet lid-Direttur tal-Kuntratti biex jieħu l-parir tal-Avukat Ġenerali dwar it-tqegħid ta’ kopja ta’ kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra, jista’ l-Ministru issa jgħid jekk l-Avukat Ġenerali, wara tliet xhur, tax il-parir tiegħu lid-Direttur tal-Kuntratti? Jekk fl-affermattiv, x’inhu l-parir li ta? Jekk fin-negattiv, għaliex dan id-dewmien? X’inhi l-problema tal-Ministru biex jagħti tagħrif daqshekk sempliċi?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25140.

Reġistru tal-Kumpaniji — kumpaniji bir-residenza tagħhom f'Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kumpaniji bir-residenza tagħhom f’Għawdex ġew listed fir-Reġistru tal-Kumpaniji kull sena mill-1999 sal-2010? Kemm kien hemm kumpaniji bir-residenza tagħhom f’Għawdex reġistrati fir-Reġistru tal-Kumpaniji fl-aħħar tal-2010?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi it-tip ta’ informazzjoni mitluba fid-domanda ma tinġabarx. Ma jeżistux reġistri separati għal Malta u għal Għawdex, imma Reġistru uniku kif tirrikjedi il-liġi. Minn informazzjoni miġbura mir-Reġistru tal-Kumpanniji, jirriżulta illi hemm madwar 750 kumpannija li għandhom l-indirizz reġistrat ġewwa Għawdex minn total ta’ madwar 35,000 kumpanniji reġistrati.

Kumpaniji bir-residenza tagħhom f'Għawdex — likwidazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kumpaniji bir-residenza tagħhom f’Għawdex ġew likwidati kull sena mill-1999 sal-2010?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 26547.

Kumpaniji reġistrati f'Għawdex — mergers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm mergers ta’ kumpaniji reġistrati f’Għawdex kull sena mill-1999 sal-2010?

Kumpaniji li trasferew id-domiċiljati tagħhom Malta u Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kumpaniji li kienu domiċiljati barra minn Malta ttrasferew id-domiċilju tagħhom għal Malta u għażlu lil Għawdex bħala residenza tagħhom kull sena mill-1999 sal-2010? Fejn kienu domiċiljati qabel? X’inhi l-attivita’ tagħhom?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi minn informazzjoni miġbura mir-Reġistru tal-Kumpaniji, jirriżulta illi kien hemm 370 kumpaniji li ttrasferew id-domiċilju tagħhom minn pajjiżi barra minn Malta għal Malta mis-sena 2005 (meta r-regolamenti relevanti daħlu fis-seħħ) sa’ l-2010. It-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra turi sena b’sena in-numru ta’ dawn il-kumpaniji u l-pajjiżi minn fejn ġew ridomiċiljati. Ninsab infurmat illi ma ssirx distinzjoni għal skop ta’ statistika rigward il-lokalitajiet f’Malta u Għawdex fejn dawn il-kumpaniji għandhom l-uffiċċju reġistrat tagħhom. Barra minn hekk, ma jinżammux reġistri separati għal Malta u għal Għawdex, imma Reġistru uniku kif tirrikjedi il-liġi.

Leg 11 PQ #26448 Sitting 359 2011-06-06 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Bord tal-għażla — applikazzjonijiet biex persuni jieħdu ħsieb l-anzjani

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'ġara mill-applikazzjonijiet li kienu ħarġu biex persuni jiġu magħżula biex jieħdu ħsieb l-anzjani? Twaqqaf il-Bord tal-Għażla? Meta se jsiru l-interviews?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li s-sejħa għall-applikazzjonijiet ħarġet mill-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità u għaldaqstant nitlob li l-mistoqsija ssir lill-Ministru kkonċernat.