Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #27012 Sitting 373 2011-06-27 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Marsalforn — bajja - three-dimension hydraulic model

Question

B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 26295 u 26043, tista' l-Ministru tgħid jekk l-offerta biex isir three-dimension hydraulic model fuq il-bajja ta' Marsalforn ġietx pubblikata? Jekk le, meta hu mistenni li toħroġ?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-offerta biex isir three-dimension hydraulic model fuq il-bajja ta' Marsalforn ġiet ippubblikata.

Vot Kapitali tal-Ministeru għal Għawdex — item of expenditure

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa taħt kull item of expenditure tal-vot kapitali tal-Ministeru għal Għawdex għas-sena 2010 u sal-aħħar ta' Mejju ta' din is-sena? Jista' jgħid għalxiex tħallsu l-fondi minfuqa? Jista' jgħid kemm hemm flus kommessi biex jintnefqu din is-sena u s-sena d-dieħla separatament taħt kull item of expenditure?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru t’Għawdex.
Leg 11 PQ #27014 Sitting 373 2011-06-27 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Item of Expenditure — fondi

Question

B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 26710, 26545 u 26048, tista' l-Ministru tgħid fuqiex kienu minfuqa l-fondi taħt kull item of expenditure? Tista' tgħid għalxiex huma kommessi l-fondi taħt kull item of expenditure?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 26710.

Gozo Channel — Priority Boarding Pass

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26712, jista' l-Ministru jagħti lista ta' min għandu priority boarding pass biex jintuża fuq is-servizzi tal-Gozo Channel bħala każ speċifiku skont in-neċessità kif ingħad fl-aħħar parti tat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari imsemmija? Min japprova l-ħruġ ta' dawn il-passes?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 26712.

Malta Enterprise — skemi ta' għajnuna

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-iskemi ta' għajnuna tal-Malta Enterprise għal Malta u għal Għawdex separatament kull sena minn Awwissu 2009 sal-lum? Kemm kienu u x'kienu l-benefiċjarji ta' dawn l-iskemi f'Malta u Għawdex separatament? Kemm intnefqu flus kull sena fl-istess perjodu fuq dawn l-iskemi f'Malta u Għawdex separatament? Kemm minnhom kienu Fondi Ewropej?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet mogħtija għall-Mistoqsijiet Parlamentari numru 26431, 26432 u 26433.

Cruise berth — EIA

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6068, jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar il-feasibility study u Environmental Impact Assessment (EIA) li kien ikkumissjonat mill-Awtorità Marittima fl-2005 għall-iżvilupp ta’ cruise berth ’l barra mill-port ta’ l-Imġarr, Għawdex u dwar l-aġġornament tal-istess studju li ntalbet tagħmel mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Jista’ jaġġorna lill-Kamra ukoll dwar disinji iktar dettaljati u fuq ir-reviżjoni tal-proġett li kellhom isiru? Jista’ jgħid x’alternattivi oħra ġew ikkunsidrati għal dan il-proġett? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istudji li saru?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Unjoni Ewropea — leġiżlazzjoni nazzjonali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta l-Gvern beħsiebu jdaħħal fil-leġiżlazzjoni nazzjonali il-miżuri kontemplati fid-direttiva tal-Unjoni ewropea dwar id-drittijiet tal-pażjenti fil-kura tas-saħħa transkonfinali? Hemm xi uħud minn dawn il-miżuri li ġa huma nkorporati fil-liġijiet ta’ Malta?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li t-transpożizzjoni tad-Direttiva fil-liġi nazzjonali trid tkun lesta sal-25 ta’ Ottubru 2013. Il-Gvern diġa’ jimplimenta miżuri dwar il-kura ippjanata barra minn Malta li għaliha pazjent jeħtieġ awtoriżżazzjoni. Bejn l-1 ta’ Jannar 2010 u l-31 ta’ Diċembru 2010, il-gvern awtoriżża lil 306 pazjent biex imorru għal kura speċjalizzata fl-Ingilterra.

Servizzi tas-Saħħa — awtorizzazzjoni tal-gvern biex pazjent imur għal kura barra min Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma s-servizzi tas-saħħa li ma jeħtiġux li jkun awtorizzati mill-Gvern biex pazjent imur għal kura f’xi pajjiż barrani u wara jkun rimborsat mill-Gvern Malti għall-ispejjes li jkun għamel fuq is-servizzi li jkun rċieva? F’liema ċirkustanzi tingħata ir-refużjoni?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-lista ta’ trattamenti mediċi u servizzi ta’ kura tas-saħħa li għalihom pazjent intitolat ma’ jkunx jeħtieġ awtoriżżazzjoni mill-gvern biex jiksibhom f’pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropeja qed tinġabar minn kull Stat Membru. Din il-proċedura ta’ rimbors u l-lista abbinata magħha tidħol fis-seħħ f’Ottubru tas-sena 2013. Skont id-Direttiva tal-Unjoni Ewropeja, pazjent jista’ jingħata rifużjoni biss jekk it-trattament mediku in kwistjoni ikun wieħed li jinsab fil-pakkett ta’ kura nazzjonali fl-istat li hu kompetenti għalih fir-rigward ta’ kura tas-saħħa.

Bord tal-għażla — applikazzjonijiet biex persuni jieħdu ħsieb l-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26448 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'ġara mill-applikazzjonijiet li kienu ħarġu biex persuni jiġu magħżula biex jieħdu ħsieb l-anzjani? Twaqqaf il-Bord tal-Għażla? Meta se jsiru l-interviews?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li f’Novembru 2010 il-part-time social assistants li kienu diġa mpjegati mad-Dipartiment tal-Anzjani u Kura fil-Komunità fuq bażi part-time ġew impjegati fuq bażi full-time. Għalhekk permezz ta’ żieda fis-siegħat tax-xogħol setgħu jimtlew il-vakanzi li kien hemm f’dan il-grad. Għalissa m’hemmx ħsieb li jsiru l-interviews lil dawk l-applikanti li wieġbu għas-sejħa imsemmija hawn fuq.
Leg 11 PQ #26710 Sitting 366 2011-06-15 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Fondi fuq item of expenditure

Question

B’referenza għat-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 26048 u 26545, tista’ l-Ministru tgħid fuqiex kienu minfuqa l-fondi taħt kull item of expenditure? Tista’ tgħid għalxiex huma kommessi l-fondi taħt kull item of expenditure?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li m'għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 26545.

trasferiment ta' domiċilji

Question

B’referenza għat-tweġiba li ta għall-mistoqsija parlamentari 26550 fejn intalab igħid kemm kumpaniji li kienu domiċiljati barra minn Malta ttrasferew id-domiċilju tagħhom għal Malta u għażlu lil Għawdex bħala residenza tagħhom kull sena mill-1999 sal-2010, fejn kienu domiċiljati qabel u x’inhi l-attività kummerċjali tagħhom, jista’ l-Ministru jwieġeb l-aħħar parti tal-mistoqsija u jgħid x’inhi l-attività kummerċjali tagħhom?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fir-Reġistru tal-Kumpaniji ma jinżamx record għal skop ta’ statistika dwar l-attivitajiet kummerċjali ta’ kumpaniji reġistrati f’Malta. L-attivitajiet kummerċjali ta’ kumpanija jirriżultaw mill-files individwali tal-kumpaniji reġistrati Malta u jkunu spjegati f’dik l-imsejħa objects clause. Din il-klawsola normalment issemmi diversi attivitajiet mhux sempliċiment waħda, u għalhekk dan jagħmlu aktar diffiċli li jinżammu records ta’ dawn l-attivitajiet diversi għal skop ta’ statistika mir-Reġistratur. Apparti dan, l-Att dwar il-Kumpaniji imkien ma jirrikjedi li jinżammu records jew statistika ta’ din ix-xorta.

Gozo Channel — Free travel pass u priority boarding pass

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ min għandu free travel pass u min għandu priority boarding pass biex jintużaw fuq is-servizzi tal-Gozo Channel? Min japprova l-ħruġ ta’ dawn il-passes? Xi kriterji jintużaw għall-ħruġ ta’ dawn il-passes?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Gozo Channel tinforma illi Free Travel Passes jinħarġu a bażi tal-liġi u tal-ftehim kollettiv u għalhekk jingħataw lill-President ta’ Malta, l-Membri Parlamentari, l-Ispeaker tal-Kamra, l-ambaxxaturi, l-Arċisqof u l-Isqof kif ukoll lill-ħaddiema tal-kumpanija u l-ispouses tagħhom. Free Travel Passes oħra jingħataw a diskrezzjoni tal-kumpanija bħalma huma is-Sindki Għawdxin u membri għolja tal-Korp tal-Pulizija. B’referenza għal priority passes , dawn jingħataw lill-President ta’ Malta, l-Membri Parlamentari, l-Ispeaker tal-Kamra, l-Ambaxxaturi, l-Arċisqof u l-Isqof kif ukoll f’każijiet ta’ mard, każijiet ta’ sigurtà u każijiet oħra speċifiċi skont in-neċessità.
Leg 11 PQ #26760 Sitting 366 2011-06-15 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Persuna — status ta' refuġjat

Question

B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 23183, 21426 u 25735, jista' l-Ministru jgħid: a) meta ttieħdet id-deċiżjoni tal-kummissarju li jitratta l-każ dwar it-refuġjati; b) jekk sarx appell minnha; ċ) meta sar dan l-appell u x'inhu t-terminu meta għandu jsir dan l-appell; u d) normalment kemm jdum biex jiġi deċiż appell simili u wara d-deċiżjoni tal-appell jekk din tikkonferma s-sentenza tal-kummissajru, x'jiġri mill-persuna kkonċernata li l-appell tagħha għall-istatus ta' refuġjat tkun ġiet miċħuda?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi, dwar il-każ li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant, id-deċiżjoni mill-Uffiċċju tal-Kummissarju għar-Refuġjati ttieħdet fis-7 ta' Mejju tal-2011. Infurmat ukoll illi l-appell sar minn avukat privat għan-nom tagħha fil-21 ta' Mejju tal-2011. Normalment l-appelli jieħdu madwar xahar u nofs biex tittieħed deċiżjoni dwarhom. Madanakollu , dan il-perijodu jiddependi wkoll mill-volum ta' appelli li jkunu ġew reġistrati. Peress li kull appell jiġi trattat fuq il-merti tiegħu, il-perijodu jvarja bejn każ u ieħor. F'każ li fl-appell tkun ikkonfermata d-deċiżjoni tal-Kummissarju għar-Refuġjati, l-applikant ikun eventwalment deportat lejn pajjiżu.
Leg 11 PQ #26761 Sitting 366 2011-06-15 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali t'Għawdex — ECG Technicians

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk huwiex minnu li l-Isptar Ġenerali t'Għawdex hemm nuqqas ta' ECG Technicians X'inhi r-raġuni li l-Gvern m'huwiex jikkonsidra li jniżżel jaħdmu ECG Technicians biex jimlew il-vacancies fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li fil-preżent l-Isptar Ġenerali t'Għawdex qed iħaddem erba' (4) ECG Technicians. Dawn ikopru għas-servizz li jingħata kemm filgħodu kif ukoll filgħaxija. Matul il-lejl dan is-servizz jiġi mogħti minn nurses tal-isptar. It-talba għal aktar ECG Technicians saret u qiegħda tiġi kkunsidrata.

Ħaddiema — Settur tas-Saħħa u Xogħol Soċjali f'Għawdex

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm ħaddiema jaħdmu full-time fis-settur tas-Saħħa u Xogħol Soċjali f’Għawdex kull sena mill-1999 sal-2009 u fl-aħħar ta’ Ottubru 2010? Kemm minnhom kienu fis-settur pubbliku? Kemm minnhom kienu nisa u kemm kienu rġiel? Kemm minnhom kienu self-employed?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #26580 Sitting 365 2011-06-14 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Akkomodazzjoni — sodod u units - self-catering

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm units u sodod f’akkomodazzjoni self-catering f’Malta u f’Għawdex separatament mill-1998 sal-2010? Jista’ jagħti din l-informazzjoni maqsuma f’farmhouses u vilel bil-pool, vilel bla pool u appartamenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Leg 11 PQ #26663 Sitting 365 2011-06-14 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Prezz taz-zokkor

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26523, jista' l-Prim Ministru jgħid matul l-aħħar għaxar snin kif kien jiġi kkalkulat il-prezz taz-zokkor?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li s-suq kien liberalizzat u l-gvern ma baqax jindaħal fil-kalkoli tal-prezz.

Skejjel pre-primarji, primarji, sekondarji u post-sekondarji — studenti barranin

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm studenti barranin illum fi skejjel pre-primarji, primarji, sekondarji u post-sekondarji f’Malta u f’Għawdex separatament? Tista’ tagħti din l-informazzjoni maqsuma: a) skont skejjel statali, skejjel tal-knisja u skejjel indipendenti; u b) skont in-nazzjonalità tal-istudenti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #26708 Sitting 365 2011-06-14 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali t'Għawdex — Waiting list

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm nies fuq il-listi ta’ stennija għad-diversi servizzi mogħtija fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex? Kemm hu l-perjodu ta’ stennija għal kull servizz?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.