Legislature:
Category:
Reset
Active:

Epidemija tal-E-Coli

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed tieħu Malta sabiex tiżgura li l-epidemija tal-E-Coli ma tasalx f'pajjiżna?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat illi peress li Malta hija membru sħiħ ta’ l-Unjoni Ewropeja, fuq din il-materja, Malta timxi skont id-direttivi uniformi li jinħarġu. Id-Dipartiment għar-Regolazzjoni tas-Saħħa Pubblika ilu jsegwi din il-problema minn mindu dehret għall-ewwel darba permezz ta’ żewg sistemi li jeżistu fl-Unjoni Ewropeja; waħda magħrufa bħala Rapid Alert System for Food and Feed (RASFF) li tiġi segwita mid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali u waħda dwar Early Warning and Response System (EWRS) li hija segwita mid-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard. Iż-żewġ sistemi jaħdmu fuq sistema ta’ network ta informazzjoni fuq bażi ta’ 24 siegħa kuljum. It-Taqsima tal-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard Infettiv qeda tosserva s-sitwazzjoni lokali ukoll permezz ta’ metodu ta’ sorveljanza li hu aktar intensiv. Dan billi l-każijiet kollha li jmorru l-emerġenza jew li jidħlu l-isptar u li huma ssuspettati li għandhom din l-infezzjoni qed ikunu investigati. It-tobba kollha, kemm fis-settur privat kif ukoll fis-settur pubbliku, qegħdin ikunu infurmati b’mod regolari dwar is-sitwazzjoni tat-tifqigħa tal-marda e.coli li hemm fl-Ewropa. Hemm ukoll fis-seħħ sistema ta’ on call fejn it-tobba jistgħu jinnotifikaw lit-Taqsima dwar kull każ suspettuż li jiltaqgħu miegħu. Ta’ min jgħid li sa llum ma ġie rrapurtat l-ebda każ ta’ dan it-tip.
Leg 11 PQ #27715 Sitting 387 2011-10-03 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Pilloli tal-cholesterol

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li f'Għawdex persuni li huma intitolati għall-mediċinali b'xejn, mhumiex jingħataw pilloli tal-cholesterol?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li d-Dipartiment tal-Iskema tal-Ispiżeriji tal-Għażla Tiegħek (POYC) iqassam diversi pilloli marbuta mal-kundizzjoni tal-kolesterol. Meta xi mediċina tinzerta out of stock u tasal fl-istores tal-POYC, isir dak kollu possibbli biex din il-mediċina titqassam fil-114 -il spiżerija li bħalissa qed tipparteċipa fl-Iskema tal-POYC fl-iqsar żmien possibbli.
Leg 11 PQ #27718 Sitting 387 2011-10-03 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Assistenti Ġudizzjarji

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kull kuntratt ta' impjieg ta' assistenti ġudizzjarji, li preżentement jaħdmu l-Qorti, kemm ta' dawk li jaħdmu fuq bażi full-time kif ukoll ta' dawk li jaħdmu fuq bażi part-time? Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li l-assistenti ġudizzjarji full-time jitħallew jipprattikaw il-professjoni tagħhom kif tħallew il-periti u t-tobba impjegati mal-gvern? Jista' l-Ministru jgħid għaliex dan għadu ma seħħx meta professjonisti bħal tobba u periti li jaħdmu mal-gvern jitħallew jipprattikaw il-professjoni tagħhom allavolja dawn huma full-time? Jista' jgħid fuq liema skala tas-salarji l-assistenti ġudizzjari part-time jitħallsu r-remunerazzjoni tagħhom?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta’ impjieg tal-Assistenti Ġudizzjarji part-time fid-Diviżjoni tal-Qrati tal-Ġustizzja. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Assistenti Ġudizzjarji Full-Time mhumiex fuq kuntratt ta’ impjieg imma għandhom Indefinite Status ta’ Officer in Grade 8, Officer in Grade 7 jew Officer in Grade 6. Ninsab infurmat illi r-remunerazzjoni tal-Assistenti Ġudizzjarji part-tim e hija s-somma fissa ta’ €5,590 fis-sena, u ma hija abbinata mal-ebda skala ta’ salarju. Waħda mill-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-Assistenti Ġudizzjarji hija li mhuwiex permess li jipprattikaw il-professjoni tagħhom.

Cruise berth — EIA

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6068, jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar il-feasibility study u Environmental Impact Assessment (EIA) li kien ikkumissjonat mill-Awtorità Marittima fl-2005 għall-iżvilupp ta’ cruise berth ’l barra mill-port ta’ l-Imġarr, Għawdex u dwar l-aġġornament tal-istess studju li ntalbet tagħmel mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Jista’ jaġġorna lill-Kamra ukoll dwar disinji iktar dettaljati u fuq ir-reviżjoni tal-proġett li kellhom isiru? Jista’ jgħid x’alternattivi oħra ġew ikkunsidrati għal dan il-proġett? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istudji li saru?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li rigward l-aġġornament tal-feasibility study u Environmental Impact Assessment (EIA) is-sitwazzjoni ma' nbidlitx minn dak li ntqal f’risposta għall-mistoqsija parlamentaru numri 21310 u għaldaqstant nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għal din ir-risposta. F’din l-istess risposta ntqal li l-Heritage Advisory Committee tal-MEPA rrakkomanda li dan l-proġett jiġi rrifjutat, id-disinji tal-proġett ma ġewx riveduti. Infakkar iżda li bħala alternattiva kienet tpoġġiet barra x-Xlendi baga magħmula apposta biex magħha jkunu jistgħu jorbtu cruise liners.
Leg 11 PQ #27624 Sitting 385 2011-07-25 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — patrol boat

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-patrol boat li ntbagħtet stazzjonata f'Għawdex hija taż-żmien meta kien hemm il-Ġermanja tal-Lvant, antika u mhijiex adegwata u fuq kollox lanqas hija mgħammra b'sempliċi dinghy bil-konsegwenzi li diġà rajna fejn Kemmuna meta l-membri tal-ekwipaġġ kellhom jisselfu dinghy mingħand il-privat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-Forzi Armati ta' Malta investew fondi sostanzjali fl-immodernizzar tal-patrol boat P32 bejn l-2003 u l-2005 f'diversi aspetti, fosthom billi nbidlu l-magni oriġinali ma’ żewġ magni ġodda u gie installat ukoll generator gdid sabiex jikkumplimenta dak ezistenti. Il-manutenzjoni fuq din il-pjattaforma kien wiehed estensiv u mifrux fuq numru ta' snin. Ix-xoghlijiet hadu hsieb li l-istandards necessarji jinzammu skont id-direttivi ta’ l-Unjoni Ewropeja fejn jidhol sigurta mat-tbahhir marittimu. Dan, flimkien ma titjib ieħor li jaghti importanza lil kumdita ta’ l-ekwipagg, bhal ma huma arja kundizzjonata, shower u facilitajiet ta’ modernizzar tal-kcina servew biex din il-lanċa tkompli tagħti kontribut siewi fl’operazzjonijiet tal-FAM kif indikat mill-Onoroveli interpellant. Madanakollu il-proċess ta' titjib ta’ facilitajiet u modernizzar għadu għaddej u hemm pjanijiet li jitpoġġa dinghy fuqha flimkien mal-mezzi mekkaniċi neċessarji biex dan jitniżżel fil-baħar b’sigurta u effiċjenza meta jkun hemm bżonn . Huwa mistenni li bl-attenzjoni u l-manutenzjoni neċessarja, din il-patrol boat tibqa' sservi għal numru ta’ snin oħra.

Sptar Ġenerali t'Għawdex — ECG Technicians

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li qiegħed iċċaħħad lill-poplu Għawdxi mis-servizzi li f'Għawdex ikun hawn full complement tal-ECG technicians bil-konsegwenzi li diġà dehru fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex u meta fir-realtà dawn l-ECG technicians anke mill-work load tagħhom fl-Isptar Mater Dei qed jiġu trasferiti lejn Għawdex?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 27127.

Hacking fuq linji tal-mobiles

Question

Jista' l-Ministru jassigura lill-Kamra li mhuwiex qed isir hacking tal-linji ċellulari (mobiles) minn xi entità tal-gvern jew privata f'Malta?

Response (GATT, AUSTIN)

Nassigura lill-Onor. Interpellant li mhix il-policy jew il-prattika tal-enti li jaqgħu tahti li jagħmlu hacking ta’ linji ċellulari

Infiq fuq internet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm Maltin irreġistrati fuq is-site tal-facebook fl-2008, 2009 u 2010? Jista' jgħid kemm nefqu l-Maltin ras għal ras sabiex jużaw l-internet fl-istess perjodu? Jista' jgħid kemm għaddew ħin jitkellmu fuq is-sit skype l-Maltin fl-istess perjodu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba m'hijiex fil-kompetenza tal-Gvern li tinżamm u s-siti tal-facebook u skype ma jirrappurtawx statistika lill-awtoritajiet Maltin. Madankollu, jien infurmat li minn stħarriġ tal-opinjoni pubblika li kienu saru mill-Awtorita' Maltija dwar il-Komunikazzjoni kienu ħarġu dawn ir-riżultati li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #27711 Sitting 385 2011-07-25 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Żbroff tal-Vulkan Hekla fl-Islanda — effett fuq vjaġġar

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid xi pjanijiet għandu s-Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu x'jiġri fil-każ li jisbroffa l-vulkan Hekla fl-Islanda fil-futur qarib u jaffettwa l-ivjaġġar fl-Ewropa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

F’każijiet ta’ diżastri naturali li ebda wieħed ma jkun bħall-ieħor, l ewwel pass ikun li jiġi vvalutat l-impatt tal-inċident. Dan isir billi bħall ma sar meta seħħ inċident simili, is-Segretarju Parlamentari għat Turiżmu jlaqqa’ l- istakeholders kollha li jkopru is settur u li jinkludu l-MHRA, l-MIA, Air Malta, u FATTA, biex jiġi stabbilit l-impatt ta l-inċident u jsir skambju ta’ informazzjoni u biex b’kollaborazzjoni sħiħa bejn l-istakeholders jittieħdu l-miżuri biex jiġi żgurat li t-turisti li jinqabdu hawn Malta jkollhom akkomodazzjoni, u informazzjoni fuq flights li possibilment ikunu jistgħu jwassluhom lura f-pajjiżhom bl-anqas skumdita. L-uffiċċju tal-MTA fl-ajruport jinżamm miftuħ 24 siegħa sakemm iddum il-kriżi, bil-għan li tingħata kull għajnuna il jista’ jiġi bżonn it-turist.

Dipartiment tas-Saħħa — alka valenuża

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri qed jieħu d-Dipartiment tas-Saħħa sabiex l-alka valenuża li hemm fil-Palermitano fl-Italja ma tidħolx fl-ibħra Maltin?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-Mistqosija lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #25142 Sitting 383 2011-07-13 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proġett għat-tisfija tad-drenaġġ

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta kellu jibda u jitlesta l-proġett għat-tisfija tad-drenaġġ f'Għawdex skont (i) il-grant agreement (ii) il-kuntratt oriġinali bejn il-benefiċjarju u l-kuntrattur u (iii) il-kuntratt rivedut? Kemm-il darba ġiet riveduta d-data tat-tlestija ta’ dan il-proġett? Għal liema raġunijiet ġiet riveduta d-data tat-tlestija? Min approva l-estensjoni/jiet għat-tlestija ta’ dan il-proġett? Intilfu flus Ewropej minħabba dewmien fit-tlestija ta’ dan il-proġett? Jekk iva, għaliex? Jekk le, x’inhuma r-raġunijiet għaliex ma ntilfux?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li skond il-‘financing memorandum’il-proġett kellu jispiċċa fit-30 ta’ Novembru 2006. Il-kuntratt ġie ffirmat fi Frar 2005 u id-data ta’ tlestija oriġinali kienet sa Ottubru 2006, data li ġiet estiża darbtejn bl-approvazzjoni tad-Dipartiment tal-Kuntratti. L-ewwel estensjoni ingħatat sa Lulju 2007. L-aħħar estensjoni ingħatat sa Settembru 2007. Din l-estensjoni ngħatat abbażi ta’ dewmien fil-ħruġ ta’ permessi finali sabiex jibdew xogħolijiet u ċirkostanzi tekniċi li nqalew waqt il-fażi ta’ kostruzzjoni.Ġew mitlufa €265,923 f’fondi mill-Unjoni Ewropea minħabba dewmien fit-tlestija tal-proġett. Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-ilma irkuprat is-somma ta’ €456,400 f’ penali mill-kuntrattur li lesta l-proġett f’ Novembru 2007.
Leg 11 PQ #26218 Sitting 383 2011-07-13 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ċaqliq ta' Funtana ta' Tritoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li l-funtana ta' Tritoni, xogħol tal-iskultur Ċensu Apap se titneħħa minn fejn hi fil-preżent? Jekk fl-affermattiv, fejn se titpoġġa? Min tah dan il-parir lill-Gvern? Huwa konxju li biex din il-funtana tiġi żmantellata u mkaxkra għal post ieħor, se jiġrulha ħsarat irriparabbli?

Response (GONZI, LAWRENCE)

“Ninsab infurmat li l-proposta ta’ Renzo Piano hi li l-Funtana ta’ Tritoni tiġi mpoġġija fil-ġnien ta’ ħdejn il-monument tal-RAF. Bħalissa qegħdin isiru studji minn esperti biex nikkwantifikaw il-ħsarat li għandhom l-iskulturi ta’ Tritoni u kif dawn jistgħu jiġu restawrati sabiex ir-rilokazzjoni proposta ma ‘tikkaġunax ħsarat.”
Leg 11 PQ #27407 Sitting 381 2011-07-11 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

applikazzjonijiet għal executive officers

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li joħorġu applikazzjonijiet għal executive officers minn barra ċ-Ċivil?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li l-ingaġġ ta’ executive officers isir skont il-ħtiġijiet tas-Servizz Publiku u l-prijoritajiet tal-Amministrazzjoni minn żmien għal żmien.

Għawdex — driving tests - nuqqas ta' eżaminatur

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li t-Tlieta 28 ta' Ġunju 2011 se jiġu mibgħuta tlieta minflok erba' examiners biex jagħmlu d-driving tests f'Għawdex bil-konsegwenza li applikanti Għawdxin li ġew imsejħa għat-28 ta' Ġunju 2011 għat-test se jkollhom l-appuntament tagħhom imħassar? Ma jistgħux dawn it-tliet examiners li se jitilgħu Għawdex jingħataw overtime biex jiġu moqdija l-applikanti kollha li ġew avżati? X'inhi r-raġuni li motoring school minn Malta se tingħata prijorità fis-sens li l-applikanti f'din l-iskola tas-sewqan kollha se jiġu eżaminati?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li sabiex iż-żmien li kandidat jistenna biex jiġi msejjaħ għat-test ikun l-iqsar possibli, Transport Malta timla kull slot li jkun hemm sabiex isiru l-akbar numru ta' testijiet possibli. Għalhekk jiġri, li meta xi eżaminatur ifalli ħesrem milli jirraporta għax-xogħol, jista jkun hemm il-bżonn li tiċċaqlaq id-data ta' xi test. Dan it-tibdil fid-dati jsir biss meta wara li Transport Malta tkun ikkunsidrat kull soluzzjoni oħra. Fit-28 ta' Ġunju, ġara li żewġ eżaminaturi rrapurtaw ma jifilħux. Ġie deċiż li jiġu posposti 6 testijiet ta' eżaminatur wieħed f’Għawdex, filwaqt li senior driving examiner, flimkien max-xogħol maniġerjali fdat lilu, għamel t-testijiet l-Furjana. It-testijiet li ma sarux ser isiru mill-aktar fis possibli. Infurmat ukoll li skola tas-sewqan b’indirizz f’Malta resqet għat-test ta mini van 4 kandidati li joqgħodu Għawdex u fl-aħħar ġimgħat in-numri ta' eżaminaturi f’Għawdex żdied għal 4.

Ħaddiema fis-settur tas-servizzi diretti ta' intermedazzjoni finanzjarja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema jaħdmu full-time fis-settur tas-servizzi diretti ta’ intermedjazzjoni finanzjarja f’Għawdex f’Ottubru 2010?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-NSO News Release: Gainfully Occupied Population: October, 2010, liema stqarrija fiha l-informazzjoni mitluba.

Popolazzjoni ta' Għawdex ekonomikament attivà

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienet, f’termini assoluti kif ukoll f’rati ta’ attività, il-popolazzjoni ekonomikament attiva f’Malta u Għawdex separatament kull kwart tas-sena għal kull sena mill-ewwel ta’ April 2009 ‘l hawn? Kemm kienet il-popolazzjoni tax-xogħol f’Għawdex fl-istess żmien? Jista’ jagħti t-tagħrif mitlub maqsum f’irgiel u nisa?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra

Informazzjoni rigward il-Qasam tax-Xogħol

Question

Tista’ l-Ministru tagħti l-informazzjoni hawn taħt mitluba rigward il-qasam tax-xogħol f’Malta u f’Għawdex, kull gżira għaliha, fl-aħħar ta’ Diċembru tal-2008, tal-2009, tal-2010 u fl-aħħar tas-sena 2011: a) In-numru ta’ nies, skont il-grupp tal-età tagħhom (15-24, 25-34, 35-44, 45-54, 55-64), (i) jaħdmu għal rashom, (ii) impjegati, (iii) qiegħda u (iv) inattivi; b) ir-rata ta’ attività tal-popolazzjoni attiva ukoll skont il-grupp tal-età tagħhom; ċ) in-numru ta’ nies jaħdmu klassifikati skont l-attività ekonomika; u d) id-dħul gross annwali medju tan-nies jaħdmu skont l-attività ekonomika tagħhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra

Dependency Ratio

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienet id-dependency ratio f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar ta’ kull sena mill-2006 ‘l hawn?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

ECG Technicians Għawdxin jaħdmu Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ECG Technicians Għawdxin jaħdmu Malta? X'inhi r-raġuni li d-Direttur Ġenerali tas-Saħħa mhux qed jieħu l-passi neċessarji sabiex fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex ikollu full complement għar-rigward l-ECG Technicians?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li in-numru ta’ ECG Technicians Għawdxin jaħdmu Malta huwa (7) sebgħa. Il-complement ta’ ECG Technicians f’kull servizz fil-qasam tas-saħħa, inkluż f’Għawdex, jiġi mqassam skont il-ħtieġa tal-pazjenti kollha u dan jirrifletti id-dmirijiet u r-responsabilitajiet li jridu jaqdu l-ECG Technicians li għandu għad-dispożizzjoni tiegħu l-pajjiż.