Servizz pubbliku — ħaddiema Għawdxin jaħdmu f'Malta
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema Għawdxin residenti Għawdex li qed jaħdmu fis-Servizz Pubbliku f’Malta? Jista' jagħti dan it-tagħrif skont il-grad tal-ħaddiema?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi bħalissa hawn 1032 persuna li jaħdmu fis-Servizz Pubbliku f’Malta u jgħixu b’mod permanenti f’Għawdex.
Il-gradi ta’ dawn l-impjegati huma kif jidhru fil-lista li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm id-Dipartiment tal-VAT ġabar VAT minn Għawdex fis-sena 2010 u din is-sena sa Settembru?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tal-VAT ġabar €12,000,446.68 fl-2010 u
€8,801,746.50 minn Jannar sa Settembru 2011, bħala VAT mingħand persuni reġistrati bl-indirizz tagħhom reġistrat fuq Għawdex.
Tajjeb wieħed jgħid li din mhix il-VAT kollha ġġenerata Għawdex, billi VAT fuq telekomukazzjoni, enerġija u servizzi oħra jisgħu jkunu klassifikati fuq indirizz Malti.
Ħaddiema Għawdxin jaħdmu fis-Settur Pubbliku f'Malta
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema Għawdxin residenti Għawdex li qed jaħdmu fis-Settur Pubbliku f’Malta? Jista’ jagħti dan it-tagħrif skont l-organizzazzjoni li qed jaħdmu magħha?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li bħalissa hemm 332 impjegati residenti f’Għawdex li qed jaħdmu fis-settur Pubbliku f’Malta. Dettalji tan-numru ta’ impjegati f’kull aġenzija jew awtorita’ fejn qed jaħdmu jinsabu fil-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Mdina u Ċittadella — Project Implementation Status
Question
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Project Implementation Status attwali skont l-Structural Funds Database tal-Managing Authority dwar il-proġett ta’ restawr u konservazzjoni ta’ fortifikazzjonijiet bħalma huma l-Mdina u ċ-Ċittadella (ERDF Ref no 039)?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol fuq il-proġett għaddej. Skond l-informazzjoni fis-Structural Fund Database (SFD) tal-5 ta’ Ottubru 2011, l-ispiża tal-proġett eliġibbli tammonta għal €32,268,510 (li minnhom 85% ġejjin mill-FEŻR). Mill-allokazzjoni li hemm għax-xogħlijiet, kuntratti li jammontaw għal 59 fil-mija (59%) ġew iffirmati u bdew jitħallsu. Sal-5 ta’ Ottubru, 22 fil-mija (22%) tal-pagamenti tal-proġett għaddew mis-sistema elettronika SFD.
Ġgantija u Tarxien — Project Implementation Status
Question
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Project Implementation Status attwali skont l-Structural Funds Database tal-Managing Authority dwar il-proġett ta’ restawr u konservazzjoni tat-tempji tal-Ġgantija u ta’ Tarxien (ERDF Ref no 032 )?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li x-xogħlijiet fuq il-proġett bdew. Skont l-informazzjoni fis-Structural Fund Database (SFD) tal-5 ta’ Ottubru 2011, l-ispiża tal-proġett eliġibbli hi ta’ €9,163,522. Mill-allokazzjoni li hemm għax-xogħlijiet, 19 fil-mija (19%) tal-kuntratti ġew iffirmati u bdew jitħallsu. Sal-5 ta’ Ottubru, 7.4 fil-mija (7.4%) tal-pagamenti totali fuq il-proġett għaddew mill-istess sistema elettronika.
Jista' l-Ministru jgħid meta mistenni li jitlesta n-North Quay Berth 3 fiċ-Ċirkewwa? X’xogħol sar s’issa fuq dan l-quay?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħol fuq il-Berth 3 tan-North Quay jifforma parti mix-xogħlijiet ta' inġenerija ċivili tal-proġett tat-terminal taċ-Ċirkewwa, li mistennija li jkunu lesti lejn l-aħħar tas-sena 2012.
Ix-xogħol li sar bħalissa jinkludi xogħol ta' preparazzjoni biex ikunu jistgħu jinbnew il-
fender blocks
u l-kolonni li se jġorru il-
gangway
minn fejn se jkunu jistgħu jgħaddu il-passiġġiera
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet id-dependency ratio f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar ta’ kull sena mill-2006 ‘l hawn?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi ċ-ċifri ppreżentati fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra juru d-dependency ratios għas-snin 2006-2010.
Dependency ratios
għas-snin 2006-2008 ma setgħux jinħadmu għal Malta u Għawdex separatament.
Vot Kapitali tal-Ministeru għal Għawdex — item of expenditure
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa taħt kull item of expenditure tal-vot kapitali tal-Ministeru għal Għawdex għas-sena 2010 u sal-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Vot rikorrenti tal-Ministeru għal Għawdex — virements
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’virements saru taħt kull standard item of expenditure tal-vot rikorrenti tal-Ministeru għal Għawdex din is-sena sal-aħħar ta’ Settembru?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru responsabbli għal Għawdex.
Vot Kapitali tal-Ministeru għal Għawdex — virements
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’virements saru taħt kull item of expenditure tal-vot kapitali tal-Ministeru għal Għawdex din is-sena sal-aħħar ta’ Settembru?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm permessi għad-djar ġodda l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ħarġet f’Malta u f’Għawdex separatament kull sena mill-2003 sal-lum? Jista’ jgħid kemm kien hemm planning applications u validated applications separatament kull sena f’Malta u Għawdex separatament? Jista’ jagħti din l-informazzjoni lokalità lokalità fir-rigward ta’ Għawdex?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni li l-Awtorita' għandha miġbura bħalissa, li tkopri is-snin 2000 sal-2010 fuq bażi nazzjonali. Ta' min isemmi li biex tinġabar l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant, l-Awtorita' għandha bżonn iktar ħin.
Fir-rigward tal-aħħar parti tal-mistoqsija, l-Awtorità għandha bżonn iktar dettalji għal liema applikazzjonijiet qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant (ie flats, apartments, villa, bungalow, penthouse etc), biex b'hekk tkun tista twieġeb aħjar din il-mistoqsija.
Għawdex — Imġarr - Kuntratt għall-privatizzazzjoni tal-Yacht Marina
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 17522 jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt għall-privatizzazzjoni tal-Yacht Marina fl-Imġarr Għawdex? Jista jgħid x’sar s’issa dwar l-iżvilupp ta’ marina temporanja f’din il-lokalità?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt għall-privatizzazzjoni tal-yacht marina fl-Imġarr Għawdex.
Ninsab infurmat li l-operatur privat tal-marina tal-Imġarr issottometta applikazzjoni mal-MEPA għall-iżvilupp ta'
marina
temporanja. Għalhekk l-operatur irid jistenna li jinħarġu l-permessi neċessarji qabel ikun jista’ jiżviluppa u jopera din il-
marina
temporanja.
Għawdex — xogħol u titjib tal-ħiliet tar-riżorsi umani
Question
Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport li ġie kkummissjonat biex janalizza s-sitwazzjoni preżenti u jagħti pariri dwar strateġija marbuta mal-ħolqien tax-xogħol u t-titjib tal-ħiliet tar-riżorsi umani f’Għawdex? Tista’ l-Ministru tgħid minn min tħejja dan ir-rapport?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan ir-rapport tħejja minn E-Cubed Consultations Ltd. wara sejħa għall-offerti li kienet ħarġet fis-7 ta' Settembru 2010. Dan ir-rapport se jkun imqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra meta jkun finalizzat aktar 'il quddiem.
Għawdex — Kulleġġ tal-Edukazzjoni - faċilitajiet ġodda
Question
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 26415, tista’ l-Ministru tgħid jekk:
a) l-art sintetika f’nofs it-trakka ġietx magħżula sabiex tkun tajba għall-futbol,
hockey
u
handball
;
b) hux se jkun hemm
run-up
għal-
long jump
? X’tul;
ċ) hux se jkun hemm dritta ta’ 100m għall-isprint; u
d) wara l-lasti hux se jkun hemm żewġ
throwing circles
, waħda għax-
shot
u oħra għad-
discuss
(b’din tal-aħħar ikollha l-gaġġa neċessarja minħabba s-
safety
)?
Sabiex jgħallmu l-
high jump
, l-għalliema tal-edukazjoni fiżika se jkollhom jitilqu studenti oħra li jkunu qegħdin jipprattikaw
events
oħra ta’ atletika?
Response (CRISTINA, DOLORES)
a) Peress li t-tender għal ground sintetiku għadha ma ħarġitx qed isiru konsultazzjonijiet biex jiġi stabbilit x’tip ta’ art hemm bżonn biex tkun tista’ tintuża għall-futbol, hockey u handball.
b) Se jkun hemm run-up għal-long jump u t-tul se jkun dak skont kif jirrikjedu l-istandards.
c) Il-post ma jippermettix għal dritta ta’ 100m għall-isprint.
d) Kull dixxiplina li tiġi ntrodotta ser issir kif jitolbu l-istandards u r-regoli ta’ sigurtà.
Dwar l-aħħar mistoqsija, biex jgħallmu l-high jump, l-għalliema tal-edukazzjoni fiżika m’għandhomx għalfejn jitilqu lill-istudenti li jkunu qed jippratikaw events oħra.
Tista’ l-Ministru tgħid meta mistenni jitlesta l-proġett kollu fil-farm tal-Gvern fix-Xewkija, bil-għan li dan jiġi żviluppat f’ċentru ta’ Riċerka, Żvilupp u Innovazzjoni fl-Agrikoltura? Fiex jikkonsisti dan il-proġett?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li x-xogħlijiet tal-fażi tal-proġett li għaddejja bħalissa, huma ppjanati li jitlestew sa Ġunju 2012 u li l-proġett jikkonsisti minn upgrading tal-faċilitajiet eżistenti u provista ta' faċilitajiet ta' riċerka u tagħlim ġodda u li jsiru proġetti ta' riċerka flimkien mal-Università ta' Malta fl-oqsma tal-agrikoltura u ta' protezzjoni ta' razez indiġeni u l-użu tal-ilma.
Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sejħiet għall-applikazzjonijiet għaż-żewġ skemi ta’ eko-Għawdex, imnedija mill-Ministeru għal Għawdex, waħda għall-Organizzazzjonijiet mhux Governattivi u l-oħra għall-Kunsilli Lokali u Kumitati Amministrattivi? Tista’ tgħid minn huma l-51 benefiċċjarju ta’ dawn l-iskemi, x’inhuwa l-proġett ta’ kull benefiċċjarju, kemm hu l-valur totali ta’ kull proġett u kemm hi l-għotja li se jingħata kull benfiċċjarju? Meta kellu jinbeda u meta għandu jispiċċa kull proġett?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti mitluba mill-Onorevoli Interpellant. Jiena nfurmata li dawn il-proġetti għandhom jispiċċaw sa Novembru 2011.
Sptar Ġenerali ta' Għawdex — kontijiet tad-dawl pendenti
Question
Tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra kemm huwa fil-preżent il-kont pendenti mal-Korporazzjoni Enemalta għas-servizz tad-dawl fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, inkluż l-isptar mentali?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li skont l-aħħar kontijiet mibgħuta mill-ARMS Ltd. il-kont pendenti għas-servizz tad-dawl fl-Isptar Ġenerali u l-Isptar Mentali jammonta għal €455,111.10.
Sptar Ġenerali ta' Għawdex — Kontijiet pendenti tad-dawl
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-kont pendenti dovut lill-Korporazzjoni Enemalta għas-servizz tad-dawl fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex (inkluż l-isptar mentali)? Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hemmx ordni mill-Korporazzjoni Enemalta biex tigi sospiża din il-provista tad-dawl għall-Isptar Ġenerali ta' Għawdex kemm-il darba dan il-kont ma jitħallasx?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-bilanċ pendenti għall-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex sal-4 ta’ Lulju 2011, jammonta għal:
€ 57,587.47
għal konsum ta l-ilma u
€ 455,111.10
għal konsum tal-elettriku
Saru żewġ pagamenti din is-sena, wieħed f’Jannar u wieħed f’Mejju 2011 ta’
€15,642.47
u
€103,989.78
rispettivament.
F’rigward ta’ l-Isptar Santa Tereża sar pagament fit-18 ta’ Marzu ta’
€ 248,310.22
li kopra l-kontijiet dovuti.