Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #28934 Sitting 394 2011-10-18 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Żewwieqa Waterfront — Project Implementation Status

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Project Implementation Status attwali skont l-iStructural Funds Database tal-Managing Authority dwar il-proġett taż-Żewwieqa Waterfront?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li x-xogħol fuq il-proġett għaddej. Skond l-informazzjoni fis-Structural Fund Database (SFD) tat-12 ta’ Ottubru 2011, l-ispiża tal-proġett eliġibbli tammonta għal €3,947,841.12 (li minnhom 85% ġejjin mill-FEŻR). Kuntratti li jammontaw għal 84 fil-mija (84%) ġew iffirmati u bdew jitħallsu. Sat-12 ta’ Ottubru, 18 fil-mija (18%) tal-pagamenti tal-proġett għaddew mis-sistema elettronika SFD.
Leg 11 PQ #28935 Sitting 394 2011-10-18 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sptar Ġenerali ta' Għawdex — upgrading tal-operating theatre

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Project Implementation Status attwali skont l-iStructural Funds Database tal-Managing Authority dwar il-proġett tal-upgrading tal-operating theatre fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li x-xogħol fuq il-proġett għaddej. Skont l-informazzjoni fis-Structural Fund Database (SFD) tat-12 ta’ Ottubru 2011, l-ispiża tal-progett eliġibbli tammonta għal €3,261,266.62 (li minnhom 85% ġejjin mill-FEŻR). Kuntratti li jammontaw għal 75 fil-mija (75%) ġew iffirmati u bdew jitħallsu. Sat-12 ta’ Ottubru, 68 fil-mija (68%) tal-pagamenti tal-proġett għaddew mis-sistema elettronika SFD.

impjegati Għawdxin li qed jaslu Għawdex tard

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jafx li Għawdxin impjegati fl-Isptar Mater Dei li suppost jilħqu l-karozza tal-linja tal-Arriva tal-5.10 p.m. għal Għawdex, qegħdin jibqgħu jistennew bir-riżultat li qegħdin jaslu d-dar wara d-9.30 p.m.? Jista' jieħu l-miżuri kollha neċessarji biex l-Għawdxin ma jibqgħux isofru dan il-hardship kbir?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li diġa saru arranġamenti fl-iskeda sabiex il-bżonnijiet tal-ħaddiema Għawdxin impjegati fl-Isptar Mater Dei kif ukoll ta' persuni oħra jiġu indirizzati. Ninsab infurmat ukoll li din ir-rotta qegħdha tiġi moniterjata sabiex isiru aktar arranġamenti hekk kif ikun meħtieġ.

STEPS — Scholarship Statistics

Question

Rigward l-scholarship Statistics mogħtija minn STEPS, tista' l-Ministru tgħid kemm-il persuna ngħatat dan l-ischolarship? Kemm applikaw u kemm ġew dikjarati li huma eleġibbli għal dan l-ischolarship wara li sar l-interview? X'inhi r-raġuni li mhux il-persuni kollha li ġew dikjarati eleġibbli mhux se jingħataw dan l-ischolarship?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Għas-sejħa Nru. 6, taħt l-iskema STEPS, b’kollox applikaw 293 persuna. Wara li saru l-intervisti u għalaq iż-żmien sa meta id-dokumenti kollha setgħu jintbagħtu, kien hemm 216 persuna eliġibbli. Irid jingħad, li 49 biss instabu mhux eliġibbli. 27 irtiraw l-applikazzjoni. Kien hemm każ wieħed fejn il-persuna tefgħet żewġ applikazzjonijiet. Mill-216 eliġibbli, 156 ingħataw borża ta’ studju. Kien hemm 3 li ġew mogħtij borża ta’ studju u wara rtiraw minħabba li l-kors magħżul ma nfetaħx mill-Universitá. F’kull każ, il-borża ta’ studju ngħatat lil min kien imiss fl-Ordni ta’ Mertu kif pubblikata fit-22 ta’ Settembru, 2011. Għal kull sejħa, hemm fondi speċifiċi għal kull Priority Area. Dawn il-fondi huma ppubblikati qabel jibdew l-intervisti. Il-boroż ta’ studju f’kull Priority Area jibqgħu jingħataw sakemm jintużaw il-fondi kollha.
Leg 11 PQ #28927 Sitting 393 2011-10-17 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — fondi Ewropew

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm tħallsu fondi Ewropew f’Għawdex fl-2010 u din is-sena sal-lum taħt il-programm finanzjarju 2007-2013? Fuq liema proġetti/miżuri eċċ. tħallsu u kemm tħallsu fuq kull proġett, skema, eċċ.?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari se tingħata f’seduta oħra

Proġett ta’ Upgrading and Embellishment of Industrial Estates — informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-grant agreement li jinkludi l-implementation u d-disbursement schedules dwar il-proġett ta’ Upgrading and Embellishment of Industrial Estates (Project Ref. No. ERDF 001) iffirmat bejn il-benefiċjarju u l-Managing Authority skont ir-Regolamenti tal-Unjoni Ewropea għall-Implimentazzjoni ta’ Proġetti ko-finanzjati mill-istess Unjoni Ewropea?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi dan id-dokument ġie mitlub minn u sottomess lill-istess interpellant f’mistoqsija parlamentari 19007.
Leg 11 PQ #28929 Sitting 393 2011-10-17 Oral · Interim From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

cruiseliners li daħlu Għawdex

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm daħlu cruiseliners f’Għawdex din is-sena sal-lum? Jista’ jgħid kemm minnhom rabtu mal-baga li tqiegħdet ix-Xlendi? Jista’ jgħid kemm passiġġieri niżlu l-art f’Għawdex mill-cruiseliners li daħlu Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta se tingħata f’ xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #4782 Sitting 392 2011-10-12 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Imġarr — Proġett tal-port l-antik

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'sar s'issa mill-proġett tal-port l-antik tal-Imġarr?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed nifhem li l-Onor.interpellant qed jirreferi għat-terminal fl-Imġarr Għawdex u għalhekk nirreferih għar-risposta f’mistoqsija parlamentari numru 12239.
Leg 11 PQ #17844 Sitting 392 2011-10-12 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Qbajjar — fontana tal-Promenade imkissra

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid għal-liema raġuni l-funtana tal-Promenade tal-Qbajjar tħalliet imkissra għal aktar minn tliet snin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-funtana li qed jirreferi għaliha l-Onor interpellant issewwiet . Minn dak iż-żmien l’hawn iżda reġgħet żviluppatilha xi ħsara fil-pompa. Il-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ informa lid-Dipartiment għall-Gvern Lokali li qieghed jieħu ħsieb biex ix-xogħlijiet meħtieġa jsiru kemm jista' jkun malajr.
Leg 11 PQ #25982 Sitting 392 2011-10-12 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

price order fuq zokkor

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25734 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u issa ġiet riferuta lilu u jispjega jekk iz-zokkor, b'mod partikolari dak deskritt bħala Tate & Lyle Granulated Sugar huwiex fil-preżent, jew jekk qatt kienx regolat b'xi price order? Jekk kien hemm price order, x'kien il-prezz ta' kull xkora zokkor għax-xhur ta' Diċembru 2008 u Jannar 2009 kif ukoll Mejju 2009?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor.Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari nru.26523.

Implimentazzjoni tal-opinjoni finali tal-Ombudsman

Question

Tista' l-Ministru tara li tiġi implimentata l-opinjoni finali tal-Ombudsman fil-każ li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Ministeru qiegħed f’kuntatt mal-Uffiċċju tal-Prim Ministru bil-għan li jkun magħluq dan il-każ.
Leg 11 PQ #28614 Sitting 392 2011-10-12 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Deċiżjoni tal-PSC

Question

Jista' l-Prim Ministru jara li titwettaq id-deċiżjoni tal-Public Service Commission dwar l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ir rakomandazzjoni tal-Public Service Commission għadha qed tiġi proċessata.
Leg 11 PQ #28511 Sitting 391 2011-10-11 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Upgrading and Embellishment of Industrial Estates — Project Implementation Status

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Project Implementation Status attwali skont l-Structural Funds Database tal-Managing Authority dwar il-proġett ta’ Upgrading and Embellishment of Industrial Estates (Project Ref. no. ERDF 001)?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol fuq il-proġett għaddej. Skond l-informazzjoni fis-Structural Fund Database (SFD) tal-5 ta’ Ottubru 2011, l-ispiża tal-progett eliġibbli tammonta għal €16,568,200 (li minnhom 85% ġejjin mill-FEŻR). Mill-allokazzjoni li hemm għax-xogħolijiet, kuntratti li jammontaw għal 87 fil-mija (87%) ġew iffirmati u bdew jithallsu. Sal-5 ta’ Ottubru, 37 fil-mija (37%) tal-pagamenti tal-proġett għaddew mis-sistema elettronika SFD.
Leg 11 PQ #28512 Sitting 391 2011-10-11 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — Triq ta' Pinu - Project Implementation Status

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Project Implementation Status attwali skont l-Structural Funds Database tal-Managing Authority dwar il-proġett tal-bini mill-ġdid ta’ Triq ta’ Pinu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l- proġett ERDF047 Reconstruction of part of Xlendi Road and Ta’ Pinu Road, jinkudi kemm it-triq ta’ Pinu u t-triq tax-Xlendi. Skond l-informazzjoni fis-Structural Fund Database (SFD) tal-5 ta’ Ottubru 2011, l-ispiża eliġibbli għax-xogħolijiet fuq Triq Ta’ Pinu u Triq Xlendi tammonta għal €5,348,486.30 (li minnhom 85% ġejjin mill-FEŻR). Mill-allokazzjoni li hemm għax-xogħolijiet fuq dawn it-toroq, kuntratti li jammontaw għal 76 fil-mija (76%) ġew iffirmati u bdew jithallsu. Sal-5 ta’ Ottubru, 48 fil-mija (48%) tal-pagamenti fuq il- proġett għaddew mis-sistema elettronika SFD.
Leg 11 PQ #28513 Sitting 391 2011-10-11 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — Triq tax-Xlendi - Project Implementation Status

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Project Implementation Status attwali skont l-Structural Funds Database tal-Managing Authority dwar il-proġett tal-bini mill-ġdid ta’ Triq ix-Xlendi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor.Interpellant għat-tweġiba li tajt f’Mistoqsija Parlamentari numru 28512.
Leg 11 PQ #28514 Sitting 391 2011-10-11 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proġett ta' Wied Mielaħ — Project Implementation Status

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Project Implementation Status attwali skont l-iStructural Funds Database tal-Managing Authority dwar il-proġett ta’ Wied il-Mielaħ - towards an ecologically and culturally sensitive, sustainable tourism (Ref no 022)?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li x-xogħol fuq dan il-proġett tlesta f' Novembru 2010. Skond l-informazzjoni fis-Structural Fund Database (SFD), l-ispiża eliġibbli finali tal-progett tammonta għal €566,789 (li minnhom 85% ġejjin mill-FEŻR).

Valur ta' esportazzjoni — affarijiet ta' merċa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-valur tal-esportazzjoni minn Għawdex u minn Malta separatament ta’ affarijiet ta’ merċa (goods) xahar b'xahar sal-aħħar fl-2010 u sa l-aħħar ta’ Settembru din is-sena maqsumin skont l-areas ġeografiċi ewlenin u skont il-prodotti esportati?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Kumpaniji reġistrati f'Malta u Għawdex — investiment barrani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm kumpaniji reġistrati f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar tal-2010 u fl-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena li għandhom investiment barrani? Kemm kien l-ammont totali ta’ dan l-investiment barrani f’Malta u f’Għawdex separatament fid-dati msemmija?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19883.

Vot rikorrenti tal-Ministeru għal Għawdex — item of expenditure

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa taħt kull standard item of expenditure tal-vot rikorrenti tal-Ministeru għal Għawdex għas-sena 2010 u sal-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.