Peress li fl-accounts tagħha għas-sena 2010 il-kumpanija Gozo Channel qalet li kienet mistennija titfa’ offerta flimkien ma’ related party biex tkompli topera s-servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid min hija r-related party? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim, jekk sar, bejn il-Gozo Channel Co u r-related party? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li sar bejn il-Gozo Channel Co – u msieħba oħra jekk hemm – dwar it-tmexxija tas-servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex taħt it-tender il-ġdida? Sar Public Service Contract mal-gvern? Jekk fl-affermattiv, jista’ jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid x’sar s’issa minn dak li għandu jsir taħt kuntratt għall-provvista, stallazzjoni, ittestjar u kummissjonar ta' apparat u servizzi anċillari tal-Biċċerija ta' Għawdex? X’jonqos isir fuq dan il-kuntratt? Meta mistennija terġa’ tiftaħ u topera kompletament din il-biċċerija?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li x-xogħol tal-kuntratt għall-provvista, stallazzjoni, ittestjar u kummissjonar ta' apparat u servizzi anċillari tal-Biċċerija ta' Għawdex huwa prattikament lest u li l-biċċerija se tiftaħ formalment fil-futur qarib.
Tista' l-Ministru tgħid meta beda x-xogħol fuq it-Triq tax-Xlendi, Għawdex? Tista’ tgħid meta tlesta kompletament?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol fuq it-Triq tax-Xlendi beda f'Ġunju 2010. Ix-xogħlijiet huma prattikament lesti għajr l-outfall tal-istorm water culvert u xi snags oħra. Huwa maħsub ukoll li f'din it-triq isiru xogħlijiet addizzjonali.
Tista' l-Ministru tgħid x'sar mill-Ministeru tagħha kull sena f’dawn l-aħħar tliet snin biex jerġa' jkun hemm servizz tal-ajru bejn Malta u Għawdex? Tista’ tgħid meta huwa mistenni li jerġa’ jibda jaħdem dan is-servizz?
Tista’ l-Ministru tgħid x’għajnuna ngħatat fl-2010 u din is-sena sal-lum lill-Gozo Tourism Association, lill-Gozo Business Chamber u lill-Gozo NGOs Association? Tista’ tgħid għal liema skopijiet ngħatat din l-għajnuna f’kull każ?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Applikazzjonijiet għall-Photovoltaics u Solar Water Heaters
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet kull xahar sal-lum (i) għal photovoltaics u (ii) għal solar water heaters minn Malta u Għawdex separatament li ġew aċċettati u kemm minn dawn l-applikanti ngħataw is-sussidju?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-ill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni mitluba.
Self-employed, intrapriżi u sole traders — applikazzjonijiet għall-invertiment ġdid
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm s’issa applikazzjonijiet minn self-employed, intrapriżi u sole traders f’Għawdex biex jagħmlu investiment ġdid taħt l-iskema ta’ 60% kreditu ta’ taxxa? Jista’ jgħid jekk l-applikazzjoni biex wieħed jibbenefika minn din l-iskema għandhiex issir qabel isir l-investiment? Jista’ jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet minn Malta ?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi sa llum daħlu 195 applikazzjoni minn Għawdex u 513 applikazzjoni minn Malta. L-applikazzjoni biex tibbenefika mill-Microinvest issir wara li jitlesta l-investiment.
Sptar t'Għawdex — Integrated Health Information System
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-faċilitajiet li toffri l-Integrated Health Information System ġewx kollha estiżi għall-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex? Jekk iva, meta u x’servizzi ġodda qed jingħataw? Jekk le, għaliex? Meta hija mistennja tiġi estiża għall-Isptar ta’ Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-faċilitajiet li toffri l-Integrated Health Information System ġew estiżi għall-Isptar Ġenerali t'Għawdex permezz ta' żewġ sistemi primarji:
1. Is-sistema tar-Radjoloġija (RIS/PACS, iCM), li tikkomunika mal-magni l-ġodda tar-radjoloġija: b'hekk ritratti u riżultati diġitali ta' pazjenti qed jidħlu mill-ewwel fis-sistemi tal-kompjuter u issa huma aċċessibbli mis-swali u d-dipartimenti fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex stess kif ukoll minn Mater Dei. B'hekk riżultati diġitali ta' testijiet li jsiru f'Għawdex issa jistgħu jiġu analizzati fl-Isptar f'Malta u r-rapporti jintbagħtu fi ftit ħin. Din is-sistema daħlet fis-seħħ f'April 2011.
2. Is-sistema tal-laboratorji tal-Patoloġija (LIS, iCM): riżultati ta' analiżi li jsiru fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, issa jidħlu mill-ewwel fis-sistema, u jistgħu jinqraw kemm minn Malta kif ukoll minn Għawdex, minn fuq il-kompjuters fis-servizz tas-saħħa. Din is-sistema bdiet topera kważi kollha f'Ġunju 2011, ħlief għall-blood transfusion li mistennija tibda topera fl-aħħar ġimgħa t'Ottubru.
Barra minn hekk, fix-xhur li ġejjin, tobba u konsulenti se jkunu jistgħu jibdew jagħmlu electronic requests għal testijiet meħtieġa mill-pazjenti fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex. L-implimentazzjoni ta' dan is-servizz tibda malli jitlestew upgrades tas-sistemi eżistenti fl-Isptar Mater Dei.
Tista’ l-Ministru tgħid x’virements saru taħt kull item of expenditure tal-vot kapitali tal-Ministeru tagħha fl-2010 u din is-sena sal-aħħar ta’ Settembru?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk bediex il-proċess biex f'Għawdex jitwaqqaf mużew ta' arti moderna u kontemporanja ta' livell nazzjonali? Jekk fin-negattiv, meta hu mistenni li jinbeda? Fejn hu s-sit li fuqu mistenni li jitwaqqaf dan il-mużew?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet tal-Mistoqsijiet Parlamentari bin-numru 22020 u 22450.
Proġett tar-restawr u konservazzjoni tal-fortifikazzjonijiet — grant agreement
Question
Jista’ l-Prim jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-grant agreement li jinkludi l-implementation u d-disbursement schedules dwar il-proġett ta’ restawr u konservazzjoni ta’ fortifikazzjonijiet bħalma huma l-Mdina u ċ-Ċittadella (ERDF Ref no 039) iffirmat bejn il-benefiċjarju u l-Managing Authority skont ir-Regolamenti tal-Unjoni Ewropea għall-Implimentazzjoni ta’ Proġetti ko-finanzjati mill-istess Unjoni Ewropea?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq nirreferi lill-Onor.Interpellant għat-tweġiba li tajt f’mistoqsija parlamentari nru.19959.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu stmat li kien il-volum ta’ ilma estratt mill-acquifers f’Malta u Għawdex separatament mill-privat fl-2010 u sa Settembru din is-sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 19961.
Sa’ illum jeżistu biss estimi ġenerali u għalhekk inbeda l-proċess ta’ istallazzjoni ta’ meters biex ikun stabbilit il-volum ta’ estrazzjoni b’mod preċiż.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhuma l-programmi, l-inizjattivi, l-iskemi, il-proġetti u xogħlijiet li d-dipartimenti tal-gvern, l-awtoritajiet, il-korporazzjonijiet, l-entitajiet, l-aġenziji, l-organizzazzjonijiet indipendenti statutorji u l-kumpaniji b’maġġoranza ta’ ishma pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu se jwettqu f’Għawdex sena, sena minn din is-sena sal-2013? Kemm hu stmat il-valur ta’ kull proġett, programm, eċċ.? Liema minn dawn il-programmi, inizjattivi, eċċ. huma/se jkunu ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea? Meta bdew jitwettqu/meta mistenni li jibdew jitwettqu u meta huwa mistenni li jitlestew/jispiċċaw?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor.Interpellant għat tweġiba li nagħatat mill-Ministru għal Għawdex fil-mistoqsija parlamentari nru.22880.
Għawdex — Teatri tal-Opra biex jintużaw għall-konferenzi
Question
Tista' l-Ministru tgħid x’sar matul l-2010 u din is-sena s'issa biex il-Gvern iwettaq il-programm imwiegħed biex iż-żewġ teatri ta' l-opra f'Għawdex ikunu jistgħu jintużaw għal konferenzi matul is-sena kollha? Tista’ tgħid kemm-il laqgħa kellha l-Ministru ma’ dawn is-soċjetajiet dwar dan il-proġett? Meta saru l-laqgħat u ma’ liema soċjetajiet?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari Nru. 11552.
Tista' l-Ministru tgħid jekk bediex il-proċess biex f'Għawdex jitwaqqaf mużew ta' arti moderna u kontemporanja ta' livell nazzjonali? Jekk fin-negattiv, meta hu mistenni li jinbeda? Fejn hu s-sit li fuqu mistenni li jitwaqqaf dan il-mużew?
Għawdex — art lill-istituzzjonijiet edukattivi ta' reputazzjoni internazzjonali
Question
Tista’ l-Ministru tgħid ma’ min kellha taħdidiet minn Ottubru 2010 ’l hawn biex il-Gvern joffri art lil istituzzjonijiet edukattivi ta’ reputazzjoni internazzjonali li jkunu interessati jiżviluppaw campus tagħhom ġewwa Għawdex u jipprovdu programmi edukattivi primarjament indirizzati lejn studenti internazzjonali?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 19966.
Għawdex — Nefqa fuq iż-żona industrijali tax-Xewkija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm flus intnefqu fl-2010 u din is-sena sal-lum fuq iż-żona industrijali tax-Xewkija, Għawdex? Jista' jgħid fuqiex intnefqu dawn il-flus?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2010 u l-2011 intefqu total ta €556,520.05 għat-titjib taż-żona industrijali tax-Xewkija. Dawn intefqu kif muri hawn taħt:
€
· Repairs and Maintenance 158,442.13
· Upgrading 62,951.40
· Improvements 335,126.52
Jista’ l-Ministru jgħid x’sar fl-2010 u din is-sena sal-lum biex jitwaqqaf micro-enterprise park fix-Xewkija, Għawdex? Kemm flus pubbliċi/Ewropew intnefqu din is-sena fuq dan il-proġett?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari numru 20372.
Ninsab infurmat li l-Malta Industrial Parks qiegħda tipprepara disinni dettaljati għall-konsultazzjonijiet ġodda mal-MEPA u partijiet oħra interessati fil-progress tal-proġett. Qed jiġi ppreparat ukoll
tender
Design, Build and Transfer
.
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Project Implementation Status attwali skont l-Istructural Funds Database tal-Managing Authority dwar il-proġett ta' Villa Rundle?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li x-xogħol fuq il-proġett għaddej. Skont l-informazzjoni fis-Structural Fund Database (SFD) tat-12 ta’ Ottubru 2011, l-ispiża tal-proġett eliġibbli tammonta għal €2,100,136 (li minnhom 85% ġejjin mill-FEŻR). Kuntratti li jammontaw għal 83 fil-mija (83%) ġew iffirmati u bdew jitħallsu. Sat-12 ta’ Ottubru, 66.82 fil-mija (66.82%) tal-pagamenti tal-proġett għaddew mis-sistema elettronika SFD.