Proġett taż-Żewwieqa — xogħlijiet ċivili u embellishment
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’inhuma x-xogħlijiet ċivili u ta’ embellishment inkorporati fil-proġett taż-Żewwieqa? Tista’ tgħid x’sar s’issa minn dawn ix-xogħlijiet? Meta mistenni li jitlestew ix-xogħlijiet kollha li baqa’ xi jsiru?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li x-xogħlijiet prinċipali jikkonsistu fil-bini mill-ġdid tat-Triq taż-Żewwieqa, parkeġġ u latrini pubbliċi u servizzi relatati. Il-proġett huwa maħsub li jkun lest lejn l-aħħar tas-sena d-dieħla. S'issa saru madwar 20 fil-mija tal-valur tax-xogħlijiet.
Proġett intenzjonat għall-monitoring tal-arja, ilma, ħsejjes u radjazzjoni
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x’sar f’Għawdex fl-2010 u din is-sena sal-lum fuq il-proġett intenzjonat li jagħmel monitoring tal-arja, l-ilma, l-ħsejjes, ir-radjazzjoni u l-ħamrija u li jwassal għal strateġija ta’ moniteraġġ kif ukoll informazzjoni baseline f’dak li huwa batimetrija u topografija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-proġett hu intenzjonat li jiipprovdi għall-iżvilupp ta' strateġija nazzjonali għall-monitoraġġ ambjentali u programmi ta' monitoraġġ nazzjonali fl-oqsma ta' l-arja, l-ilma, il-ħamrija, il-ħsejjes, u r-radjazzjoni. Il-fondi mill-'FEZR 156 - Żvilupp ta’ Infrastruttura u Għarfien Nazzjonali għall-Monitoraġġ Ambjentali' ġew approvati f'Jannar 2010 u jkopru t-territorju kollu tal-Gżejjer Maltin, kif ukoll dak tal-baħar madwar il-Gżejjer fuq raġġ ta' 1 mil nawtiku mill-kosta. F'dan il-perjodu, Ottubru 2011, it-tenders għall-istudji primarji, l-istrateġija għall-monitoraġġ u x-xiri tat-tagħmir qegħdin fil-fażi kuntrattwali finali wara li kellhom jerġgħu jinħargu minħabba li m'għaddewx fil-fażi amministrattiva. Bħalissa għaddejjin diskussjonijiet bejn il-kuntratturi u d-dipartiment tal-kuntratti biex jiġu ffirrmati l-kuntratti. Kif il-kuntratti jibdew iseħħu dawn għandhom jipproduċu riżultati minn madwar nofs is-sena 2012.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28929 u jgħid kemm daħlu cruiseliners f’Għawdex din is-sena sal-lum? Jista’ jgħid kemm minnhom rabtu mal-baga li tqiegħdet ix-Xlendi? Jista’ jgħid kemm passiġġieri niżlu l-art f’Għawdex mill-cruiseliners li daħlu Għawdex?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li minn Jannar sat-13 t’Ottubru 2011 daħlu 4 cruiseliners f’Għawdex. L-ebda cruise liner m’għamel użu mill-baga tax-Xlendi. Ma tinżammx informazzjoni rigward kemm passiġġieri niżlu l-art f’Għawdex mill-cruiseliners li daħlu.
B’referenza għat-tweġiba li ta għall-mistoqsija parlamentari 28498 dwar dependency ratio f’Malta u Għawdex separatament, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien kull sena n-numru ta’ nies li kellhom:
a) inqas minn 15-il sena;
b) 65 sena jew aktar; u
ċ) bejn 15 u 65 sena
f’Malta u Għawdex separatament fl-2009 u fl-2010?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28927 u jgħid kemm tħallsu fondi Ewropew f’Għawdex fl-2010 u din is-sena sal-lum taħt il-programm finanzjarju 2007-2013? Fuq liema proġetti/miżuri eċċ. tħallsu u kemm tħallsu fuq kull proġett, skema, eċċ.?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li mill-Programmi Operattivi ta’ Koeżjoni 2007-2013 f’Għawdex tħallsu € €7,817,528.82 fl-2010, filwaqt li € €5,336,949.29 oħra tħallsu din is sena sat-30 ta’ Settembru. Qed inpoġġi fuq l-mejda tal-kamra kopja tal-lista tal-proġetti relevanti u kemm tħallsu fuq kull proġett.
Għawdex — xogħol u titjib tal-ħiliet tar-riżorsi umani
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28493, tista' l-Ministru tgħid skont il-kuntratt sa meta għandu jitlesta r-rapport li ġie kkummissjonat biex janalizza s-sitwazzjoni preżenti u jagħti pariri dwar strateġija marbuta mal-ħolqien tax-xogħol u t-titjib tal-ħiliet tar-riżorsi umani f’Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont il-kuntratt il-kuntrattur intalab li jlesti x-xogħol fi żmien ħmistax -il ġimgħa.
Kif indikat f'risposta għall-Mistoqsija Parlamentari 28493 ir-rapport tlesta u ġie ppreżentat lill-Ministeru għal Għawdex. Il-Ministeru qiegħed fil-proċess ta' konsultazzjoni mal-entitajiet konċernati, fosthom il-Malta Enterprise u l-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ.
Wara dan il-proċess il-Ministeru jkun jista' jagħlaq il-fażi tal-istudju u jkun f'pożizzjoni li jippreżenta d-dokument fuq il-Mejda tal-Kamra.
Għawdex — Wied il-Mielaħ - Bini ta' sewage pumping station
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol li kellu jsir taħt it-tender għall-bini ta’ sewage pumping station f’Wied il-Mielaħ, l-Għarb, Għawdex tlestiex? Jekk fl-affermattiv, meta? Jekk fin-negattiv, x’jonqos isir? Meta mistenni li jitlesta?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Konċessjoni ta' privattiva — applikanti residenti Għawdxin
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il konċessjoni ta’ privattiva ngħatat fl-2010 u din is-sena sal-aħħar ta’ Settembru? Kemm minnhom saru minn applikanti residenti f’Għawdex? X’kien is-suġġett/prodott/attività/eċċ. ta’ kull konċessjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma t-80 proġett jew skema differenti b’rabta ma’ Eko-Għawdex li għandhom budget ta’ €25 miljun fuq medda ta’ tliet snin? Jista’ jgħid kull proġett kemm se jiswa flus?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 29301.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont totali ta’ investiment barrani f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar tal-2010 u fl-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 28516.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28515 u jgħid kemm kien il-valur tal-esportazzjoni minn Għawdex u minn Malta separatament ta’ affarijiet ta’ merċa (goods) xahar b'xahar sal-aħħar fl-2010 u sa l-aħħar ta’ Settembru din is-sena maqsumin skont l-areas ġeografiċi ewlenin u skont il-prodotti esportati?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il -Mejda tal-Kamra
Tista’ l-Ministru tgħid meta mistenni jitlesta minn kollox il-proġett taż-Żewwieqa? Tista’ tgħid jekk intalbitx xi approvazzjoni/jiet għall-estensjoni taż-żmien għat-tlestija tal-proġett? Kemm se jiswa b’kollox dan il-proġett? Kemm tħallsu flus s’issa? Kemm hemm flus kommessi biex jitħallsu din is-sena u s-sena dieħla rispettivament?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li ġiet approvata t-talba għall-estensjoni taż-żmien ta' dan il-proġett li huwa mistenni li jkun lest lejn l-aħħar tas-sena d-dieħla. Il-proġett se jiswa madwar €5m (vat inkluż). S'issa tħallsu €839,709.66 (vat inkluż).
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern jemminx li s-servizz tal-ajru bejn Malta u Għawdex, li tant huwa meħtieġ għall-iżvilupp turistiku ta’ Għawdex, ma jistax jopera jekk ma jkunx issussidjat? Jista’ jgħid jekk il-Gvern hux lest li jissussidja dan is-servizz?
Ċimiterju ta' Santa Marija — konċessjoni tal-oqbra l-ġodda
Question
Tista' l-Ministru tgħid meta se jsiru l-kuntratti għall-konċessjoni tal-oqbra l-ġodda fiċ-Ċimiterju ta’ Santa Marija? Tista’ tgħid jekk ix-xogħol fuq dawn l-oqbra tlestiex? Jekk le, x’jonqos isir? Jekk iva, meta tlesta? X’jonqos isir biex dawn il-kuntratti jsiru?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li fil-ġimgħat li ġejjin ser jiġu ffirmati l-kuntratti għall-konċessjoni tal-oqbra. Għar-rigward tal-permess jiena nfurmata wkoll illi fil-ġranet li ġejjin għandha tittieħed deċiżjoni finali mill-MEPA.
Kummissjoni Ewropea għall-Perjodu ta' Programmazzjoni — applikazzjonijiet pendenti
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema proġetti, skemi, eċċ. ġew approvati s’issa mill-Kummissjoni Ewropea għall-Perjodu ta’ Programmazzjoni 2007-2013? Jista' jgħid kull proġett meta kien approvat? Jista’ jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għand il-Kummissjoni? Dwar liema proġetti, skemi, eċċ. huma l-applikazzjonijiet pendenti? Meta ġew sottomessi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Kif kelli diġà l-opportunità li ninforma lill- membri tal-Kamra fi sfond ta’ mistoqsijiet preċedenti, l-Kummissjoni Ewropea tapprova biss proġetti maġġuri (li għandhom valur ta’ aktar minn 50 miljun Ewro). Bħalissa m’hemm l-ebda applikazzjoni pendenti għand il-Kummissjoni. Il-Proġetti approvati sa issa mill- Kummissjoni huma tlieta. Dawn huma
· · CF 117 -
Improving the TEN-T Road Infrastructure
(Phase 1)- Approvat fi Frar 2010
· · CF118-
Rehabilitation and Restoration of Closed Landfills
;- Approvat f’Lulju 2010; u
· · CF116 -
Malta South Sewage Treatment Infrastructure
– Approvat F’Novembru 2010.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu f’għajnuna finanzjarja u fiskali separatament mill-Malta Enterprise kull sena lill-kumpaniji li twaqqfu f’Għawdex u f’Malta separatament fl-2010 u din is-sena sal-lum? Jista’ jgħid dawn il-kumpaniji kemm qed iħaddmu nies illum, f’Malta u f’Għawdex separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni dwar kumpaniji ġodda mwaqqfa f’Malta u f’Għawdex u l-impjieg tagħhom diġà ingħatat fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29056. L-assistenza finanzjarja ammontat għal €1,297,029 f’Malta. Intrapriżi Għawdxin talbu u ingħataw art minn fejn joperaw. L-assistenza fiskali tiġi approvata sentejn b’lura u għalhekk ma hix disponibbli għas-snin 2010 u 2011.
Intrapriżi f'Malta u Għawdex — aktar minn 250 ħaddiem
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm intrapriżi f’Malta u f'Għawdex separatament fl-aħħar tal-2010 u fl-aħħar ta’ Settembru ta' din is-sena u li kienu jħaddmu minn 250 ħaddiem ‘il fuq?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risosta se tingħata f’seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tgħid x’inhuma t-80 proġett jew skema differenti b’rabta ma’ Eko-Għawdex li għandhom baġit ta’ €25 miljun fuq medda ta’ tliet snin? Tista’ tgħid kull proġett kemm se jiswa flus?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li t-80 miżura b'rabta ma' Eko-Għawdex huma dawk ippubblikati fid-Dokument 'Eco-Gozo: A Better Gozo. Proposed Action 2010-2012' imqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra f'Ottubru 2009 waqt id-Diskors tal-Budget għas-sena 2010. Jiena nfurmata wkoll illi diffiċli wieħed jgħid minn issa kemm se tkun l-ispiża finali għall-implimentazzjoni kompleta tal-Pjan t'Azzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu/se jitħallsu f’għajnuna finanzjarja mill-Malta Enterprise il-200 sid ta’ negozju f’Għawdex li pparteċipaw fl-iskema MicroInvest?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi sal-lum mill- 200 applikazzjoni ta’ negozjanti Għawdxin milqugħa mill-Malta Enterprise, ġew approvati 151 li taħt l-iskema Microinvest se jieħdu total ta’ €824,722.81 fi krediti ta’ taxxa. Fadal 25 applikazzjoni li qed jiġu proċessatu u li huwa stmat li se jieħdu madwar €170,000. L-applikazzjonijiet l-oħra ġew irtirati jew ma kenux eliġibbli.