Tista’ l-Ministru tagħti r-raġuni għaliex ir-riżultati tas-CT Scans li qed isiru fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex m’għadhomx jinqraw fl-istess sptar fejn hemm Konsulent Radjologu u qed jinqraw biss fl-Isptar Mater Dei? Tista’ l-Ministru taċċerta lill-Kamra li din il-miżura ma tteħditx biex jinħoloq post ġdid ta’ Konsulent Radjologu?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li peress li r-resident Speċjalista fir-Radjoloġija mhuwiex Konsulent Radjologu, qed tiġi applikata l-istess proċedura użata fl-Isptar Mater Dei, i.e. illi r-riżultati jiġu rrappurtati taħt is-superviżjoni ta' Konsulent Radjologu. Jiena nfurmata wkoll illi bħalissa hemm sejħa pendenti biex jimtela l-post ta' Konsulent Radjologu.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm nies jaħdmu fil-qasam tal-bunkering (il-forniment lill-vapuri u ajruplani b’karburanti minerali, lubrikanti u materjal ieħor relatat) f'Malta u f'Għawdex separatament fl-aħħar tal-2010 u fl-aħħar ta’ Awwissu ta’ din is-sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għat-tweġiba li tani għall-mistoqsija parlamentari 5947 dwar proġetti infrastrutturali f’Għawdex, jista’ l-Prim Ministru jgħidli x’sar s’issa fuq l-applikazzjoni msemmija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li hemm żewġ applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità ta’ Malta għall-Ambjent u l-Ippjanar għal proġetti infrastrutturali f’Għawdex li dettalji tagħhom qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jien infurmat ukoll illi PA 7305/05 tinsab fil-proċess li tiġi rtirata. L-applikant (MIP) beda it-taħdidiet mal-MEPA fuq proposti totalment differenti fuq l-istess sit biex jiġi akkomodat l-SME. Rigward PA 3051/03, wara li ġie kkunsidrat l-istudju tal-
appropriate assessment
, dan il-proġett huwa oġġezzjonabbli mil-lat ambjentali.
Peress li skont il-grant agreement u d-disbursement schedule il-proġett tat-triq tax-Xlendi kellu jitlesta, ikun magħluq u l-ispejjeż kollha mħallsa sal-aħħar kwart tal-2010, peress li din id-data tat-tlestija ġiet estiża sal-aħħar ta’ Frar 2011 u peress li dan il-proġett sal-lum għadu ma tlestiex, jista’ l-Prim Ministru jikkonferma li mhux se jintilfu flus Ewropej minħabba li dan il-proġett ma tlestiex fiż-żmien miftiehem? Jista’ jgħid jekk iż-żmien għat-tlestija ta’ dan il-proġett reġax ġie estiż? Jekk fl-affermattiv, għal liema raġunijiet reġa’ ġie estiż? Sa meta ġie estiż?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li dan il-proġett ġie estiż sal-aħħar ta’ Lulju 2012. Din l-estensjoni ngħatat mill-Awtorità ta’ Ġestjoni wara talba mill-Ministeru għal Għawdex biex isiru aktar xogħolijiet. L-ebda flus Ewropej ma huma mistennija li se jintilfu fuq dan il-proġett.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 29304 fejn il-Ministru qalet li x-xogħol tal-kuntratt għall-provvista, stallazzjoni, ittestjar u kummissjonar ta' apparat u servizzi anċillari tal-Biċċerija ta' Għawdex huwa prattikament lest u li l-biċċerija se tiftaħ formalment fil-futur qarib, tista' l-Ministru tagħti d-data ta’ meta se tiftaħ formalment il-biċċerija?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-data tal-ftuħ tal-biċċerija titħabbar fi ftit żmien ieħor.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29303 u jgħid min huwa r-related party li flimkien miegħu il-Gozo Channel co. għamlet l-offerat biex tkompli topera is-servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim, jekk sar, bejn il-Gozo Channel Co u r-related party? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li sar bejn il-Gozo Channel Co – u msieħba oħra jekk hemm – dwar it-tmexxija tas-servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex taħt it-tender il-ġdida? Sar Public Service Contract mal-Gvern? Jekk fl-affermattiv, jista’ jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Intrapriżi f'Malta u Għawdex — aktar minn 250 ħaddiem
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb minstoqsija parlamentari 29312 u jgħid kemm kien hemm intrapriżi f’Malta u f'Għawdex separatament fl-aħħar tal-2010 u fl-aħħar ta’ Settembru ta' din is-sena u li kienu jħaddmu minn 250 ħaddiem ‘il fuq?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba dwar kemm kien hawn intrapriżi fl-aħħar tas-sena 2010 tinsab fit-tabella hawn taħt. Informazzjoni dwar kemm kien hawn fl-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena għadha qed tinġabar.
Malta
Għawdex
Total
0-9
53,399
4,168
57,567
10-49
1,355
83
1,438
50 +
352
5
357
Nota: Il-kategorija 50-249 u 250+ huma miġbura taħt kategorija waħda (50+) minħabba kunfidenzjalità tal-informazzjoni.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid x'inhi r-raġuni li l-Konslu Malti għall-Kanada għadu ma ġiex appuntat peress li hemm nies li għandhom bżonn l-assistenza tiegħu u għadhom qed jistennew?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hemmx Konslu ta' Malta għall-Kanada li għadu ma ġiex appuntat u li l-Konsli ta' Malta fil-Kanada huma:
Konsul General (Career Officer):
Toronto - Ms Ruth Mary Farrugia, Konslu Ġeneral li ħadet il-kariga tagħha fl-1 ta' Awissu 2011
Konsli Onorarji:
Ottawa - Sur Rupert Agius Paese
Quebec - Sur Luc Bigras
Vancouver - Sur Stephen Douglas Holmes
Newfoundland - Ms Frances Pugliesevich Boland
Rigward l-Transport Malta Customer Care Course, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li 13-il Għawdxi li applikaw biex jingħataw liċenzja tas-sewqan biex issuqu t-taxis wara li spiċċaw il-kors minflok ma dawn ingħataw il-liċenzja biex issuqu taxi, ingħataw il-liċenzja biex issuqu Chauffeur Driven Car li huma ma applikawx għaliha għaliex lanqas għandhom dawn it-tip ta' vetturi? Jekk dan kien żball ta' Transport Malta, x'hemm li jżomm milli joħorġu tags oranġjo minflok kannella biex dawn ikunu jistgħu jsuqu t-taxis?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li dawn il-persuni kienu awtoriżżati jsuqu biss vetturi għall-kiri (chauffer driven), u ma kenux awtoriżżati jsuqu taxis. Infurmat wkoll li ma jirriżultax lill-awtorità li għamlet xi żball.
Skont ir-regolamenti l-ġodda dwar is-servizzi tat-taxi, dawk il-persuni li fid-data meta daħlu fis-seħħ l-istess regolamenti kienu awtoriżżati li jsuqu taxi, huma eżentati milli jagħmlu l-kors u joqgħodu għall-eżamijiet li llum huma meħtieġa biex jinħareġ permess ta’ xufier ta’ taxi. Għalhekk, minħabba li dawn il-persuni ma kenux awtorizzati biex isuqu taxis fid-data li daħlu fis-seħħ ir-regolamenti l-ġodda, din l-eżenzjoni ma tapplikax fil-każ tagħhom u huma meħtieġa jgħaddu mill-proċess sħiħ biex jiksbu permess ta’ xufiera ta’ taxi, li fost l-oħrajn jinkludi attendenza għal kors speċifiku approvat mill-Awtorità, liema kors digà qiegħed jingħata fuq bażi regolari minn żewġ entitajiet li ġew approvati minn Transport Malta. Ninsab infurmat ukoll li wħud minn dawn il-persuni digà kellhom laqgħat separati ma’ dawn l-entitajiet, bl-iskop li dan il-kors jingħatalhom f’Għawdex stess.
Vot Kapitali tal-Ministeru għal Għawdex — item of expenditure
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa taħt kull item of expenditure tal-vot kapitali tal-Ministeru għal Għawdex għas-sena 2010 u sal-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba, jiġifieri n-nefqa taħt kull item of expenditure tal-vot kapitali tal-Ministeru għal Għawdex għas-sena 2010 u sal-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena, qegħdha tidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Vot Kapitali tal-Ministeru għal Għawdex — virements
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’virements saru taħt kull item of expenditure tal-vot kapitali tal-Ministeru għal Għawdex din is-sena sal-aħħar ta’ Settembru?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-valur tal-esportazzjoni minn Għawdex u minn Malta separatament ta’ affarijiet ta’ merċa (goods) xahar b'xahar sal-aħħar tal-2010 u sa l-aħħar ta’ Settembru din is-sena maqsumin skont l-areas ġeografiċi ewlenin u skont il-prodotti esportati?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 29384.
Għawdex — Malta Dairy Products - pjanijiet tal-Malta Enterprise
Question
Jista’ l-Minstru jgħid x’inhuma l-pjanijiet tal-Malta Enterprise għall-aħjar użu tas-sit fejn topera l-Malta Dairy Products, f’Għawdex?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi oriġinarjament, il-Milk Marketing Undertaking kienet topera fuq medda kbira ta’art ġewwa x-Xewkija, Għawdex. Din l-art li hija proprjetà tal-gvern inqasmet f’żewġ biċċiet fejn bħalissa il-kumpanija Malta Dairy Products qed topera minn parti żgħira, filwaqt li l-parti l-kbira minn din l-art issa għaddiet f’idejn il-Ministeru għal Għawdex biex tintuża għal proġett propost minnhom.
Konċessjoni ta' privattiva — applikanti residenti Għawdxin
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il konċessjoni ta’ privattiva ngħatat fl-2010 u din is-sena sal-aħħar ta’ Settembru? Kemm minnhom saru minn applikanti residenti f’Għawdex? X’kien is-suġġett/prodott/attività/eċċ. ta’ kull konċessjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi fl-2010 kien hemm 24 konċessjoni ta' privattivi. Dawn ingħataw lil 13-il applikant barrani, u 11 il-applikant Malti, iżda lil l-ebda applikant li kellu indirizz minn Għawdex.
Ninsab infurmat ukoll illi sa Settembru ta' din is-sena kien hemm 10 konċessjonijiet ta' privattivi. Dawn ingħataw lil 7 applikanti barranin, u 3 applikanti Maltin, iżda lil l-ebda applikant li kellu indirizz minn Għawdex.
Qed inpoġġi fuq il Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Vot Kapitali tal-Ministeru għal Għawdex — item of expenditure
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28502 u jgħid x'kienet in-nefqa taħt kull item of expenditure tal-vot kapitali tal-Ministeru għal Għawdex għas-sena 2010 u sal-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 28502.
Vot Kapitali tal-Ministeru għal Għawdex — virements
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28504 u jgħid x’virements saru taħt kull item of expenditure tal-vot kapitali tal-Ministeru għal Għawdex din is-sena sal-aħħar ta’ Settembru?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 28504.
Tista’ l-Ministru tgħid x’virements saru taħt kull standard item of expenditure tal-vot rikorrenti tal-Ministeru għal Għawdex din is-sena sal-aħħar ta’ Settembru?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm intnefqu u kemm tħallsu flus fl-2010 u din is-sena s'issa fuq proġetti, miżuri, eċċ. b’rabta ma’ eko-Għawdex? Tista’ tagħti dan it-tagħrif skont il-proġett, miżura, eċċ.? Tista’ tgħid kemm hemm flus kommessi li għadhom ma ntnefqux?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li għas-snin 2010 u 2011, l-ammont totali minfuq flimkien ma dak kommess huwa ta' €7,141,722.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29307 u jgħid jekk il-Gvern jemminx li s-servizz tal-ajru bejn Malta u Għawdex, li tant huwa meħtieġ għall-iżvilupp turistiku ta’ Għawdex, ma jistax jopera jekk ma jkunx sussidjat? Jista’ jgħid jekk il-Gvern hux lest li jissussidja dan is-servizz?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor.Interpellant għat-tweġiba li tajt f’Mistoqsija Parlamentari nru.7529.