Sptar Ġenerali t'Għawdex — Gate ta' Għajn Qatet magħluqa
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li l-gate ta' Għajn Qatet tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex qiegħda tingħalaq fis-7:00pm anke għall-pedestrians? Ma tarax li din id-deċiżjoni hija waħda irraġonevoli u qiegħda toħloq hardship u tbatija bla bżonn, mhux biss lil dawk il-persuni li jkollhom jiffrekwentaw l-isptar, imma anki għall-ħaddiema nurses u dawk kollha li jispiċċaw xogħol wara s-7:00pm, speċjalment fil-preżent meta r-Rabat huwa litteralment magħluq minħabba x-xogħol li qed isir?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-gate ta' wara tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex qed tinżamm miftuħa sat-8.00p.m.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li mill-Isptar Mater Dei m'għadux ikun hemm servizz ta' trasport pubbliku għaċ-Ċirkewwa kif kien hemm qabel kull siegħa? Jaf li biex l-Għawdxin li jaħdmu fl-Isptar Mater Dei u li jridu jaqbdu bus għaċ-Ċirkewwa iridu joqogħdu jistennew karozza tal-Arriva ġejja mill-Airport? Ma jarax li l-fatt li l-vjaġġ idum tliet sigħat biex jasal mill-Isptar Mater Dei għaċ-Ċirkewwa hija traġedja għal dawk li jużaw is-servizz tal-Arriva?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol — spezzjonijiet f'Għawdex
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm saru spezzjonijiet fuq il-postijiet tax-xogħol f'Għawdex minn spetturi tal-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol fl-2008, fl-2009 u fl-2010? Kemm nies instabu ħatja ta' ksur tar-regolamenti u x'passi ttieħdu kontrihom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Issa li din is-sena jkunu għaddew it-tliet snin tal-ammont ta' flus ivvotati minn dan il-Parlament għal Eko Għawdex, tista' l-Ministru telenka item, item x'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin fuq il-programm Eko-Għawdex u bl-ammont ta' flus li ntnefqu f'kull miżura?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kif diġa ssemma fid-diskors tal-baġit għas-sena 2012, dan il-perjodu ma jiskadix din is-sena. Peress li għad hemm ħafna proġetti għaddejjin ma kienx possibbli li l-informazzjoni mitluba tiġi kompilata fi żmien qasir. Għaldaqstant l-informazzjoni kollha tkun tista tingħata f'seduta oħra.
Għall-kumplament tal-mistoqsija, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 29683.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x’miżuri ttieħdu matul din is-sena sal-lum mill-Gvern u mill-Awtorità ta' Malta dwar it-Turiżmu biex jirreklamaw lil Għawdex bħala destinazzjoni distinta? X’kienet in-nefqa fuq dawn il-miżuri? X’miżuri mistennija jittieħdu matul l-2012? Kemm hija mistennija li tkun in-nefqa fuq il-miżuri li se jittieħdu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-Awtorità ta’ Malta għat-Turiżmu tqis lill-Għawdex bħala destinazzjoni unika b’attrazzjoni qawwija għal diversi tipi ta’ turiżmu, u għaldaqstant tirreklama u tippromovi l-Gżira Għawdxija bħala destinazzjoni distinta.
Sabiex tattira turiżmu addizzjonali għal Għawdex, l-Awtorità ta’ Malta għat-Turiżmu tieħu diversi inizjattivi fosthom billi talloka fondi addizzjonali għal ftehim ta’
joint marketing
ma’
tour operators u speċjalisti
li jirreklamaw u jbiegħu lil Għawdex bħala destinazzjoni differenti minn Malta. Din il-promozzjoni u reklamar tkun iffukata u esklussiva għal Għawdex u l-attrazzjonijiet u prodott li l-gżira toffri. Fost il-prodotti li l-awtorità, t-
tour operators
, speċjalisti u linji ta’ l-ajru jirreklamaw għal Għawdex nsemmi fost oħrajn,
self catering holidays
fi djar ta’ karattru u farmhouses tipiċi f’Għawdex, btajjel ta’
wellness
u
spa
, btajjel attivi u sportivi li jinkludu attivitajiet bħal
scuba diving, abseiling,
ċikliżmu
, walking/trekking fil-kampanja, art & painting holidays
, turiżmu agrarju u gastronomiku, kif ukoll btajjel li jinkludu żwieġ u qamar il-għasel f’Għawdex.
Apparti r-reklamar u attivitajiet ta’ promozzjoni, l-Awtorità ta’ Malta għat-Turiżmu torganizza ukoll żjarat għal ġurnalisti, krews tat-televiżjoni u aġenti ta’ l-ivjaġġar speċifiċi għal Għawdex. Dawn iż-żjarat jiġġeneraw
exposure
kbir fil-media internazzjonali, ta’ valur ferm għola minn nefqa li ssir biex dawn jiġu organizzati. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra numru ta’ kopji li jixhdu ftit minn din l-attivita.
Huwa kkalkulat li matul s-sena 2011 l-Awtorità se tkun nefqet madwar Euro 1.4 miljun fuq dawn l-attivitajiet sabiex tippromwovi lil Għawdex bħala destinazzjoni distinta. In-nefqa tal-MTA fi promozzjoni li tinkludi kemm 'l Malta kif ukoll lil Għawdex hija akbar.
Matul l-2012 il-miżuri li se jittieħdu se jkomplu jibnu fuq ix-xogħol li sar dawn l-aħħar snin u nippjanaw li nifirxu iżjed l-promozzjoni ta’ Għawdex fis-swieq barranin, speċjalment swieq ġodda u sekondarji. Fost il-miżuri diġà ppjanati għall-2012 nista nsemmi li l-Awtorità se,
1. Taħdem sabiex tikkonsolida l-promozzjoni ta’ Għawdex fis-suq Ingliż u żżid l-impenn biex jiġu attirati
tour operators’
u speċjalisti ġodda, attivi f’niċeċ ta’ prodotti differenti mis-swieq Ġermaniż, Franċiż, Taljan u Nordiku.
2. Taħdem ma’ dawk it-
tour operators
li diġa jbiegħu l-Għawdex u tinċentivahom sabiex ikabbru l-attivita tagħhom f’Għawdex
3. Tippromovi vaganzi li jaqsmu l-btala bejn iż-żewġ gżejjer ma’ dawk l-operaturi li s’issa joffru btajjel Malta biss.
4. Torganizza iżjed żjarat ta’ ġurnalisti, krews tat-televiżjoni u aġenti ta’ l-ivjaġġar speċifikament għal Għawdex
5. Tkompli tirriklama l-Għawdex bħala destinazzjoni distinta fuq mezzi varji ta’ reklamar bħalma huma gażżetti,
magazines
, radju, internet u siti oħra bħalma huma
inflight magazines
u
outdoor media
bħal posters fi stazzjonijiet tal-ferrovija jew
bus/tram stops
.
6. Tippromovi speċifikament l-Għawdex waqt fieri prinċipali bħal WTM fl-Ingliterra u ITB fil-Ġermanja, kif ukoll fieri oħra iżgħar madwar l-Ewropa li l-Awtorità tipparteċipa fihom
7. Tkompli tattira u tinċentiva kumpaniji tal-‘
Cruise liners’
sabiex jagħmlu l-waqfiet tagħhom ġewwa Għawdex ukoll.
8. Tinċentiva operaturi minn swieq ġodda bħalma huwa s-suq Iżraelit u dak mill-Emirati li llum tela’ għal iktar minn 30,000 ruħ sabiex ikomplu jiddeversifikaw l-attività tagħhom u żżidu btajjel f’Għawdex mal-prodott li diġa joffru.
9. Tkompli tippromwovi lil Għawdex fil-qasam tal-MICE, billi tibni fuq l-attività li saret din is-sena fil-fiera IMEX fi Frankfurt u tifrixha għal fieri speċjalizzati oħra bħal EIBTM f’Barċellona u
workshops
speċjalizzati fi swieq oħra.
Il-Budgets għas-sena 2012 għadhom qegħdin jiġu finalizzati pero huwa previst li n-nefqa għall-promozzjoni ta’ Għawdex jiżdiedu.
MTA — promozzjoni ta' Għawdex - suq turistiku bħala destinazzjoni rurali unika
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x’miżuri ttieħdu matul din is-sena sal-lum mill-Gvern u l-Awtorità ta' Malta dwar it-Turiżmu biex jippromwovu lil Għawdex fis-suq turistiku bħala destinazzjoni rurali unika? X’kienet in-nefqa fuq dawn il-miżuri? X’miżuri mistennija jittieħdu matul l-2012? Kemm hija mistennija li tkun in-nefqa fuq il-miżuri li se jittieħdu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-bażi ta’ kull promozzjoni li ssir għal gżira Għawdxija tibni fuq il-karratteristika rurali unika li Għawdex sal-lum iħaddan.
Għaldaqstant ġentilment nirreferi li l-Onorevoli Interprellant għat-tweġiba mogħtija għal-mistoqsija parlamenti 29798 li telenka l-attivita u l-miżuri li l-Awtorità ta’ Malta għat-Turiżmu qiegħda tippjana għas-sena 2012.
MTA — Aċċess bil-baħar u bl-ajru bejn Malta u Għawdex
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x’miżuri ttieħdu matul din is-sena s’issa mill-Gvern u l-Awtorità ta’ Malta dwar it-Turiżmu biex jiffaċilitaw l-aċċess bejn Malta u Għawdex bil-baħar u bl-ajru? X’kienet in-nefqa fuq dawn il-miżuri? X’miżuri mistennija jittieħdu matul l-2012? Kemm hija mistennija li tkun in-nefqa fuq il-miżuri li se jittieħdu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-aċċesibilità regolari u puntwali bejn Malta u Għawdex hija essenzjali sabiex jitkattar it-turiżmu f'Għawdex u għaldaqstant l-Awtorità tat-Turizmu ssegwi b'interess il-proġetti li qiegħed jimplimenta l-Gvern u Trasport Malta sabiex ittejjeb din l-aċċessibilità bejn Malta u Għawdex. Da parti tagħha l-Awtorità tat-Turizmu qegħda tkompli bil-ħidma tagħha sabiex ittejjeb l-aċċessibilità bl-ajru lejn il-gżejjer Maltin, liema accessibilità tgħin sabiex tiffaċilita li turisti jiġu kemm għall zjara f’Malta kif ukoll għal żjara f’Għawdex.
Ir-rotot lejn il-gzejjer Maltin telgħu minn sebgħa u ħamsin fl-2009 għall ħamsa u sebgħin fl-2011.
Għawdex — Wied il-Mielaħ fl-Għarb - sewage pumping station
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29313 u jgħid jekk ix-xogħol li kellu jsir taħt it-tender għall-bini ta’ sewage pumping station f’Wied il-Mielaħ, l-Għarb, Għawdex tlestiex? Jekk fl-affermattiv, meta? Jekk fin-negattiv, x’jonqos isir? Meta mistenni li jitlesta?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi x-xogħol fuq is-sewage pumping station f’Wied il-Mielaħ l-Għarb, huwa lest u bdiet taħdem f’Ġunju, 2011.
Għawdex — ħolqien tax-xogħol u titjib fir-riżorsi umani
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29391 dwar ir-rapport li ġie kkummissjonat biex janalizza s-sitwazzjoni preżenti u jagħti pariri dwar strateġija marbuta mal-ħolqien tax-xogħol u t-titjib tal-ħiliet tar-riżorsi umani f’Għawdex, tista’ l-Ministru tgħid meta mistenni li jitlesta l-proċess ta' konsultazzjoni mal-entitajiet konċernati, fosthom il-Malta Enterprise u l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Numru 29391.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk uffiċjali tal-Ministeru tagħha attendewx konferenzi, eċċ tas-CIPD Conference matul din is-sena sal-aħħar ta’ Ottubru? Jekk iva, min huma l-uffiċjali li attendew? Għalxiex attendew? Kif ġew magħżula? X’kienet in-nefqa f’kull każ?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li d-Direttur Ġenerali (Operations) attenda konferenza organizzata mis-CIPD matul din is-sena sal-aħħar ta' Ottubru. Għall-kumplament tal-mistoqsija nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 14219.
Tista’ l-Ministru tgħid fejn wasal il-proġett tal-pixxina li se tinbena fir-Rabat, Għawdex? X’jonqos isir? Meta mistenni li tkun lesta minn kollox biex tibda tintuża? Kemm huwa kkalkulat li jkun in-numru ta’ persuni li jagħmlu użu minn din il-pixxina matul is-sena? Kemm hu mistenni li se tiġi tiswa? Minn liema Vot se titħallas?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li:
1. (i) Sal-lum saru l-pjanti preliminari u ġiet sottomessa applikazzjoni lill-MEPA, liema applikazzjoni ġiet approvata.
(ii) Saret sejħa għall-offerti għall-Konsulenza u Assistenza fid-disinn tas-sistema Mekkanika, Elettrika u Ambjentali tal-pixxina. Is-sejħa għalqet, ġiet aġġudikata u fil-futur qarib ser jiġi ffirmat il-kuntratt mal-kumpanija magħżula.
2. Il-proġett huwa mistenni li jitlesta fi żmien 22 xahar mill-iffirmar tal-kuntratt.
3. Peress li l-użu tal-pixxina huwa mifrux ħafna, huwa kkalkulat li:
(i) waterpolo clubs
se jużaw din il-faċilità 100% tal-membri
(ii) football clubs
80% tal-membri
(iii) Diviżjoni tal-Edukazzjoni 50% tal-istudenti
(iv) Kumpless Sportiv t’Għawdex/Skola Sport 100% tal-membri
(v) Sptar Ġenerali t’Għawdex 20% tal-pazjenti
(vi) Gruppi tal-
fitness
100% tal-parteċipanti
(vii)Oħrajn
4. Il-proġett huwa stmat li se jiswa € 6.2 miljun
5. Il-proġett se jkun iffinanzjat mill-fondi ta’ Eko-Għawdex/Ministeru għal Għawdex.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Ministeru tagħha żviluppax pjan għall-promozzjoni tat-turiżmu f’Għawdex? Jekk fl-affermattiv, tista’ tpoġġi kopja ta’ dan il-Pjan fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jien infurmata li l-Ministeru għal Għawdex, qed jaħdem mill-qrib mal-entitajiet kompetenti f'dan is-settur, b'mod partikolari mal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu, l-Assoċjazzjoni tat-Turiżmu f’Għawdex, il-Kamra tal-Kummerċ f’Għawdex, kif ukoll ma' diversi entitajiet oħra involuti fis-settur tat-turiżmu.
Il-ħidma tal-Ministeru għal Għawdex, kienet imfassla fuq il-prijoritajiet tas-settur turistiku f’Għawdex. Firxa wiesgħa ta’ reklamar intenzjonat li jippromwovi lil Għawdex bħala destinazzjoni distinta bil-għan li jkompli jżid l-għarfien dwar il-karratteristiċi uniċi ta’ Għawdex kif ukoll biex jissaħħaħ il-valur tad-destinazzjoni Malta bħala Nazzjon. Dan kollu sar fl-isfond tal-viżjoni Eko-Għawdex u l-Pjan Nazzjonali dwar it-Turiżmu.
Tista' l-Ministru tgħid kemm impjegati tal-Ministeru tpoġġew fuq roster din is-sena s’issa? X’inhu l-grad tagħhom u f’liema fergħa qegħdin jaħdmu? Fejn kienu jaħdmu qabel ma nagħtaw ir-roster? Min talab għar-roster f’kull każ u min approvah?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’sar s’issa matul din is-sena fuq il-proġett tal-Qortin, ix-Xagħra Għawdex? X’jonqos isir u meta mistenni li jitlesta? Kemm kienet in-nefqa ta’ dan il-proġett sena b'sena s’issa u kemm hi mistennija li tkun in-nefqa totali tal-proġett sena b'sena mil-lum sa meta jitlesta?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
B’referenza għat-tweġiba li tat għall-mistoqsija parlamentari 21712 fejn qalet li l-biċċerija se tiftaħ formalment fil-futur qarib, tista' l-Ministru tgħid sewwa sew meta mistennija tiftaħ?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 29687.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’xogħol ta’ back office hu maħsub li jiġi trasferit għal Għawdex fl-2012, 2013 u 2014? Meta hu mistenni li jiġi trasferit f’kull każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li bħalissa għadhom għaddejjin diskussjonijiet biex jiġi deċiż ix-xogħol li għandhu jiġi trasferit għal Għawdex.
Jista' l-Ministru jara li l-anzjana, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, tagħmel l-MRI fl-iqsar żmien possibbli peress li d-data li ġiet iffissata lilha hija 3 ta' April 2012 u din għandha bżonnu b'mod imminenti u ma taffordjax tmur tagħmlu privat?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li, skont il-konsulent tal-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant, l-eżami tal-MRI mhuwiex meħtieġ b’mod urġenti. Madankollu, b’riżultat tal-ftehim milħuq bejn il-gvern u sptar privat, din il-persuna se tibbenefika b’tali mod li l-eżami tal-MRI tagħha ser isir fi Frar li ġej.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Awtorità ta' Malta dwar ir-Riżorsi ma tawx il-licence A lill-individwu, li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, liema student kien m'oħrajn sħabu li attendew l-MCAST x-Xewkija Għawdex?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l- Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi m’għandiex informazzjoni fir-rekords tagħha dwar l-individwu li d-dettalji tiegħu ngħataw ma’ din il-mistoqsija parlamentari.
B’referenza għat-tweġiba li ta għall-mistoqsija parlamentari 20555, jista’ l-Ministru jaġġorna l-qagħda ta’ investiment barrani u jgħid kemm kien l-ammont totali ta’ investiment barrani, f’Malta u f’Għawdex separatament, fl-aħħar tal-2010 u fl-aħħar ta’ Ġunju u ta’ Settembru ta’din is-sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Standard Item of Expenditure — vot rikorrenti tal-Ministeru għal Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa taħt kull standard item of expenditure tal-vot rikorrenti tal-Ministeru għal Għawdex sal-aħħar ta’ Ottubru ta’ din is-sena? Jista’ jgħid x’hemm flus kommessi biex jitħallsu din is-sena taħt kull standard item?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill- Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu lill-Minstru responsabbli għal Ghawdex.