Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #30426 Sitting 413 2011-11-28 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Xogħol ta' Back Office trasferit għal Għawdex

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'xogħol ta' back office hu maħsub li jiġi trasferit għal Għawdex matul din is-sena? Meta hu mistenni li jiġi trasferit f'kull każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt f’mistoqsija parlamentari numru 29797. Madankollu tajjeb ngħid ukoll li d-Dipartiment tal-Gvern Lokali beda l-proċess sabiex jinżel f’Għawdex il- Back Office tiegħu fosthom il- Monitoring Unit .

Għawdex — Xagħra - proġett tal-Qortin

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29795 u jgħid x’sar s’issa matul din is-sena fuq il-proġett tal-Qortin, ix-Xagħra Għawdex? X’jonqos isir u meta mistenni li jitlesta? Kemm kienet in-nefqa ta’ dan il-proġett sena b'sena s’issa u kemm hi mistennija li tkun in-nefqa totali tal-proġett sena b'sena mil-lum sa meta jitlesta?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi x-xogħol biex il-miżbla tal-Magħtab u dik tal-Qortin jinbidlu f’park għall-familja beda bl-interventi biex il-gassijiet li ħirġin jiġu maqbuda u ttrattati ħalli ma joħolqux ħsara lill-ambjent. Dan ix-xogħol tlesta' u issa beda jigi intensifikat ix-xogħol tar-rijabilitazzjoni. It-tender għall-ewwel fażi fil-Magħtab inħarget u l-kuntratt ingħata lill-Messrs Polidano Bros Ltd. It-tenders ghat tieni fażi, li tinkludi ukoll dik tal-Qortin, huma fi stat avvanzat biex jiġu ppublikati mid-Dipartiment tal-Kuntratti. Waqt li x-xogħol ta' l-ewwel fażi nbeda dak tat-tieni fażi tal-Magħtab, u l-miżbla tal-Qortin, mistenni li jinbdew f’nofs l-2012. Fil-kaz ta’ Wied Fulija bħalissa qed jiġi kkunsidrat jekk f'dan is-sit huwiex possibli li jiġi żvillupat PV Park flimkien ma rijabilitazzjoni ta' dan is-sit. Ta' min jinnota li l-WasteServ qed tagħmel diversi xogħolijiet f'dawn is-siti bil-ħaddiema tagħha. L-investiment li sar s’issa fuq il-Magħtab jammonta għal €9,760,000 u l-investiment li sar fuq il-Qortin huwa ta’ €1,170,000. Il-proġett tal-Magħtab huwa mistenni li jiġi jiswa €26,800,000 u dak tal-Qortin €5,300,000. Ix-xoghol fuq dawn il-progetti għandu jibqa sejjer biex jinżammu fi stat tajjeb izda l-investiment prinċipali għandu jkun komplut sa l-aħħar ta' l-2013.
Leg 11 PQ #30428 Sitting 413 2011-11-28 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Rabat Għawdex — bini ta' pixina

Question

B’referenza għat-tweġiba li tat għall-mistoqsija parlamentari 29792 dwar il-proġett tal-pixxina li se tinbena fir-Rabat, Għawdex, tista’ l-Ministru tgħid: a) jekk is-€6.2 miljun li huwa stmat li se jiswa l-proġett humiex diġà kommessi fl- accounts tal-Ministeru biex jintnefqu; b) min ħa l-offerta għall-konsulenza u assistenza fid-disinn tas-sistema mekkanika, elettrika u ambjentali tal-pixxina? Meta kienet ġiet ippubblikata din l-offerta? X’inhu n-numru tagħha? Meta ġiet assenjata? Kemm hu l-valur kontrattwali ta’ din l-offerta; u ċ) min ħa l-offerta għall-bini tal-pixxina? Meta kienet ġiet ippubblikata din l-offerta? X’inhu n-numru tagħha? Meta ġiet assenjata? Kemm hu l-valur kontrattwali tagħha?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Peress illi l-ispiża m'hijiex se titħallas mill-vot għall-2011, il-fondi għal dan il-proġett għadhom m'humiex kommessi. Ninsab infurmata li l-offerta numru GSC 7/2011 għall-Konsulenza u Assistenza fid-disinn tas-sistema Mekkanika, Elettrika u Ambjentali tal-pixxina ġiet ippubblikata fit-13 ta' Lulju 2011 u ġiet assenjata nhar l-14 t'Ottubru 2011 lill-Kumpanija Natare Corporation. Il-valur kontrattwali huwa ta' €101,000. Is-sejħa għall-offerti għall-bini tal-pixxina għadha ma ġietx ippublikata.
Leg 11 PQ #30429 Sitting 413 2011-11-28 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — żoni pedonali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jinħolqu żoni pedonali fir-Rabat u fl-irħula t'Għawdex? Jekk iva, fejn? Meta hemm il-ħsieb li jiġu introdotti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ San Lawrenz, minn fost il-Kunsilli Lokali ta’ Għawdex, għandu pjanijiet li jintroduċi żoni pedonali fil-lokalità tiegħu. Il-pjan hu maħsub li jsir is-sena d-dieħla.
Leg 11 PQ #30430 Sitting 413 2011-11-28 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Esperjenza tas-sajd lit-turisti f'Għawdex

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-Ministeru tagħha hux qed jippromwovi l-esperjenza tas-sajd lit-turisti f'Għawdex? Jekk fl-affermattiv, x'sar s'issa?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru qiegħed f'diskussjonijiet biex jippromwovi din it-tip ta' esperjenza flimkien ma' esperjenzi l-oħra li Għawdex diġà qiegħed joffri.
Leg 11 PQ #30431 Sitting 413 2011-11-28 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Irmiġġ għall-jottijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk inħolqitx xi infrastruttura ġdida f’dawn l-aħħar sentejn ta’ faċilitajiet temporanji ta’ irmiġġ għall-jottijiet u bħala sapport għas-suq tal-cruise liners? Jekk fl-affermattiv, fejn inħolqu u meta? Jekk fin-negattiv, hemm xi pjan biex tinħoloq din l-infrastruttura? Jekk hemm, tista’ tpoġġi kopja ta’ dan il-pjan fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli minn Transport Malta.

Investiment barrani — ammont totali

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20555, jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29788 u jaġġorna l-qagħda ta’ investiment barrani u jgħid kemm kien l-ammont totali ta’ investiment barrani, f’Malta u f’Għawdex separatament, fl-aħħar tal-2010 u fl-aħħar ta’ Ġunju u ta’ Settembru ta’ din is-sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Gozo Channel — Public Service Contract

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 29303 u 29688 u jgħid min huwa r-related party li flimkien miegħu il-Gozo Channel Co. għamlet l-offerat biex tkompli topera is-servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim, jekk sar, bejn il-Gozo Channel Co u r-related party? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li sar bejn il-Gozo Channel Co – u msieħba oħra jekk hemm – dwar it-tmexxija tas-servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex taħt it-tender il-ġdida? Sar Public Service Contract mal-Gvern? Jekk fl-affermattiv, jista’ jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-kuntratt bejn il-Gozo Channel Co. Ltd u Gozo Ferries Co. Ltd ma jistax jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra peress li huwa ta’ natura kummerċjalment sensitiva. Rigward il-kuntratt ta’ Public Service obligation mal-Gvern, nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi d-domanda tiegħu lill-Ministru responsabbli mit-trasport.

intrapriżi f'Malta u f'Għawdex — ħaddiema

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29689, jista’ l-Ministru issa jgħid kemm kien hemm intrapriżi f’Malta u f'Għawdex separatament fl-aħħar ta’ Settembru ta' din is-sena skont in-numru ta’ ħaddiema li kienu jħaddmu, jiġifieri 0-9, 10-49, 50-249 u 250+?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba tkun disponibbli lejn Mejju 2012.
Leg 11 PQ #30084 Sitting 410 2011-11-21 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Proġetti marbuta ma' Eko-Għawdex

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 29683, tista’ l-Ministru tagħti l-informazzjoni kif mitluba u ċioe tgħid kemm intnefqu u kemm tħallsu flus fl-2010 u din is-sena s'issa separatament fuq proġetti, miżuri, eċċ. b’rabta ma’ eko-Għawdex? Tista’ tagħti dan it-tagħrif skont il-proġett, miżura, eċċ.? Tista’ tgħid kemm hemm flus kommessi li għadhom ma tħallsux?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li fl-2010 l-ispiża ta' fuq il-proġetti laħqet is-somma ta' €1,441,723 fil-waqt li sal-2011 hu mistenni li jkun sar xogħol b'valur ta' €5,699,999. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari Numru 30035.
Leg 11 PQ #30085 Sitting 410 2011-11-21 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Miżuri u proġetti — spejjeż

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29683, tista’ l-Ministru tgħid x’inhuma l-proġetti, miżuri eċċ. li: a) tlestew u tħallsu kollha; b) tlestew u tħallsu biss in parti; ċ) li nbdew u għadhom ma tħallsux; u d) li għadhom ma nbdewx u hemm il-flus kommessi għalihom? Tista’ tgħid għal kull proġett kemm tħallsu flus s’issa u kemm baqgħalhom jitħallsu? Tista’ tgħid x’inhuwa l-valur kuntrattwali ta’ kull proġett, miżura, eċċ.?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li s'issa tlestew numru ta' proġetti, fosthom tindif tal-widien f'diversi siti f'Għawdex, taħwil ta' siġar, kampanja ta' pubbliċità barra minn Malta għas-settur tal-Għadds, diversi kampanji dwar l-ambjent, stili ta' ħajja tajbin u suġġetti oħra, ir-riforma fit-trasport pubbliku, l-kiri ta' karozza elettrika mill-Ministeru għal Għawdex, Strateġija għar-Riżorsi Umani f'Għawdex, korsijiet dwar l-użu tal-pestiċidi, energy audits fuq proprjetajiet tal-Gvern, investimenti biex binjiet tal-Gvern isiru aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija u l-masterplan taċ-Ċittadella. Ninsab infurmata wkoll li hemm numru ta' proġetti oħra li għaddejjin bħalissa. Fost dawn hemm il-proġett tal-ħolqien ta' Ċentru ta' Riċerka u Innovazzjoni fl-Agrikoltura fil-Farm Sperimentali tax-Xewkija, x-xiri ta' tagħmir li jagħmel possibbli r-riċerka dwar l-użu tal-ilma fl-agrikoltura, l-iżvilupp ta' politika reġjonali għal Turiżmu Rurali f'Għawdex, pubbliċita għal Għawdex bħala destinazzjoni għas-settur tal-MICE, il-Ġnien Tlett Għoljiet f'Marsalforn, ir-restawr u afforestazzjoni tal-barriera tal-Qortin ta' Isopu fin-Nadur, proġett finanzjat mill-Unjoni Ewropea li jittratta Restawr Ekoloġiku, t-tkabbir tas-sistema ta' Pannelli Fotovoltajċi fuq il-Ministeru għal Għawdex, it-twaqqif ta' wind monitoring mast fl-Għarb, diversi azzjonijiet u kampanji fl-iskejjel u fil-komunità, żewġ skemi għall-Kunsilli Lokali u l-Għaqdiet Volontarji, restawr u bini ta' ġibjuni, l-introduzzjoni tal-Programm Homestart f'Għawdex, l-iżvilupp ta' faċilitajiet ta' child care f'Għawdex, l-implimentazzjoni tal-masterplan taċ-Ċittadella u l-inizjattiva Arti Pubblika f'Għawdex. Nirreferi wkoll lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari Numru 30035.

Learning Support Assistants — interview

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li s- supply learning support assistants li huma Għawdxin u li għamlu u spiċċaw il-kors f'Ġunju 2011, għadhom sal-lum jistennew biex jiġi msejħa għall- interview biex isiru learning support assistants 2? Wara li ihom li gradwaw mill-5 ta' Diċembru tal-2010, tista' tgħid jekk huwiex minnu li l- interview iridu jistennew sentejn oħra sakemm il-grupp ta' erbtax li qegħdin jagħmlu dan il-kors fiċ-Ċentru tal-Università t'Għawdex jispiċċaw dan il-kors?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Bħalissa ma hemm ebda sejħa għal-learning support assistants. Is-Sezzjoni għar-Riżorsi Umani u Żvilupp fi ħdan fid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi bħalissa qed iħejji s-sejħa għall-applikazzjonijiet ta’ learning support assistants 2 miftuħa għall-applikanti Maltin u Għawdxin.
Leg 11 PQ #30037 Sitting 409 2011-11-16 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Rabat (Għawdex) — Triq Fortunato Mizzi - tibdil fix-xogħlijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk sarx programm għax-xogħol ta' tibdil tat-Triq Fortunato Mizzi fir-Rabat, Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru responsabbli mill-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni.

MEPA — laqgħat tal-Bord tal-EPC

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li s-seduti tal-Bord tal-Environment and Planning Commission (EPC) tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar jibdew isiru Għawdex sabiex l-Għawdxin u r-rappreżentanti tagħhom jiffrankaw it-tbatija u l-iskariġġ meta jkollhom jattendu Malta?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nistieden lill-Onorevoli Interpellant jressaq din il-mistoqsija lill-Onorevoli Prim Ministru li hu responsabbli mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar

regolaturi taċ-ċilindri tal-gass

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk skont ir-regolamenti relattivi regolaturi taċ-ċilindri tal-gass li jistgħu jinbiegħu f'Malta, għandux ikollhom inkorporat fihom built-in access flow valve bħala prekawzjoni? Jekk le, għaliex?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda tieghu lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali.
Leg 11 PQ #30078 Sitting 409 2011-11-16 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali t'Għawdex — sodod fil-wards

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm sodod f’kull ward fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex? Tista’ tgħid kemm hemm nurses, nursing aids, hospital auxiliaries, eċċ. assenjati ma’ kull ward?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #30079 Sitting 409 2011-11-16 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali t'Għawdex — riżultati ta' CT Scans

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29790, tista' l-Ministru tgħid min ħa d-deċiżjoni li r-riżultati tas-CT Scans fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex jiġu rapportati taħt is-superviżjoni ta' konsulent radjologu? Peress li r-riżultati tas-CT Scans li jsiru f'Għawdex huma aċċessibbli mill-isptar f'Malta, għaliex ir-riżultati ma jiġux rapportati f’Għawdex taħt is-superviżjoni online f’Malta?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li d-deċiżjoni li r-riżultati tas-CT Scans fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex jiġu rrapurtati taħt is-superviżjoni ta' konsulent radjologu ttieħdet mill-Medical Imaging Department (MID) tal-Isptar Mater Dei. Dwar il-possibilità ta' jekk ir-riżultati jiġux rrapportati f'Għawdex taħt is-superviżjoni online f'Malta hija xi ħaġa li tista' tiġi deċiża mill-MID tal-Isptar Mater Dei.
Leg 11 PQ #30080 Sitting 409 2011-11-16 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Standards Item of expenditure tal-vot rikorrenti

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’hemm flus kommessi biex jitħallsu din is-sena taħt kull standard item of expenditure tal-vot rikorrenti tal-Ministeru għal Għawdex sal-aħħar ta’ Ottubru ta’ din is-sena?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, li tkopri sal-11 ta' Novembru 2011.
Leg 11 PQ #29804 Sitting 408 2011-11-15 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Tiġdid tal-liċenzji ta' għaddasa

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta’ liċenzji ġodda u ta’ tiġdid ta’ liċenzji għall-għaddasa kull xahar matul din is-sena?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-liċenzji għall-għaddasa ma jaqgħux taħt il-kompetenza tal-Ministeru għal Għawdex.

Riforma fit-trasport pubbliku — bus taċ-Ċirkewwa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif jista' jsejjaħ ir-riforma tat-Trasport Pubbliku bħala waħda bil-għaqal u bis-serjetà meta fit-3 ta' Novembru 2011, Għawdxi rikeb vettura tal-Arriva lejn id-direzzjoni taċ-Ċirkewwa fil-5:00pm fejn il-loġoġ tal-Furjana u x'ħin id-driver wasal ftit 'il bogħod minn fejn hemm l-iljuni, dan reġa' dawwar lura lejn il-Belt għaliex qal li telaq siegħa qabel, bil-konsegwenza li dan l-Għawdxi qabad il-bus fil-5:30pm u wasal iċ-Ċirkewwa fis-7:05pm?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qabel xejn messu jisma lill-kostitwenti tiegħu biex jiġġudika jekk ir-riforma tatx jew le lill-Għawdxin servizz li qatt ma kellhom bħalu. Dwar il-każ speċifiku msemmi minnu, l-allegat nuqqas tal-operatur qed jiġi nvestigat.