Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħaddiema f'produzzjoni diretta u servizzi tas-suq

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien in-numru totali ta’ nies jaħdmu fis-settur ta’ produzzjoni diretta u fis-settur fis-servizzi tas-suq f’Malta u f’Għawdex separatament, fl-aħħar tal-2010 u fl-aħħar ta’ Settembru 2011?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Proġett Infrastrutturali tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-proġetti infrastrutturali tal-Gvern li l-Ministeru tiegħu qed jikkordina bħalissa f’Malta u f’Għawdex separatament? X’proġetti hemm maħsuba li jitwettqu fiż-żewġ gżejjer separatament fl-2012 u fl-2013 li l-Ministeru se jkun qed jikkoordina?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #30776 Sitting 427 2011-12-06 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Miżuri minn Eko Għawdex

Question

Tista’ l-Ministru tgħid liema miżuri, eċċ. minn Eko Għawdex: a) nbdew u tlestew s’issa; b) nbdew u għadhom ma tlestewx, meta mistennija jitlestew ċ) mistennija jibdew fl-2012; meta mistennija jitlestew? Tista’ l-Ministru tgħid kemm sewa/ kemm mistenni li jiswa kull proġett?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan t'Azzjoni Eko-Għawdex. Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ukoll għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari Numru 30084.

Studenti Għawdxin li ggradwaw

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5941, tista’ l-Ministru tgħid kemm studenti Għawdxin li ggradwaw fl-aħħar tas-sena akkademika 2010/2011 bdew jaħdmu jew sabu xogħol f’Malta u Għawdex separatament minn meta ggradwaw ’l hawn?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Kien hemm 100 student gradwat Għawdxi li ggradwaw fl-aħħar tas-sena akkademika 2010/2011 u li bdew jaħdmu minn Lulju 2011 'il hawn. Dawn sabu xogħol 83 f`Malta u 17 f`Għawdex. Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-gradwazzjoni ta' dawn l-istudenti saret bejn Novembru 2011 u Diċembru 2011.

Employment Aid Programme — nies impjegati

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew impjegati nies taħt l-iskema tal-Employment Aid Programme f’Malta u f’Għawdex separatament kull sena fl-2009, fl-2010 u din is-sena sal-lum? Tista’ tgħid kemm minn dawk li kienu impjegati kull sena f’Malta ġew ingaġġati għax-xogħol taħt Proċess A u taħt Proċess B? Kemm minnhom għadhom jaħdmu mal-istess employer li miegħu kienu tqabbdu jaħdmu? Kemm minn dawn qed jaħdmu ma’ employer differenti llum? Kemm minnhom m’għadhomx jaħdmu llum? Kemm minn dawk li m’għadhomx jaħdmu llum qed jirreġistraw għax-xogħol? Tista' tgħid ukoll kemm minn dawk li kienu impjegati kull sena f’Għawdex ġew ingaġġati għax-xogħol taħt Proċess A u taħt Proċess B? Kemm minnhom għadhom jaħdmu mal-istess employer li miegħu kienu tqabbdu jaħdmu? Kemm minn dawn qed jaħdmu ma’ employer differenti llum? Kemm minnhom m’għadhomx jaħdmu llum? Kemm minn dawk li m’għadhomx jaħdmu llum qed jirreġistraw għax-xogħol?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #30779 Sitting 427 2011-12-06 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proġett ESF — Closer to Europe

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’sar matul din is-sena s’issa f’ Malta u f’Għawdex separatament taħt il-Proġett ESF 4.94 – Closer to Europe ? Kemm kienet in-nefqa f’Malta u f’Għawdex separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li b’referenza għall-Proġett FSE 4.94 – Closer to Europe , matul din is-sena saret riċerka dwar id-djalogu soċjali kif ukoll kampanja ta’ informazzjoni li tindirizza kemm il-pubbliku ġenerali kif ukoll is-soċjetà ċivili. Dawn iż-żewġ attivitajiet huma ta’ benefiċċju kemm għal Malta kif ukoll għal Għawdex. In-nefqa sal-lum li għandha x’taqsam ma’ dawn l-attivitajiet tammonta għal €255,190.88. Barra minn hekk f’din is-sena saru wkoll erba’ sessjonijiet ta’ taħriġ f’Malta u oħra f’Għawdex. L-ispiża marbuta ma’ dan it-taħriġ f’Malta tammonta għal €23,608. Filwaqt li l-ewwel pagament li għandu x’jaqsam ma’ attivitajiet f’Għawdex jammonta għal €4,216.
Leg 11 PQ #30780 Sitting 427 2011-12-06 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Iskema għall-Proġetti minn Intrapriżi Privati għall-Turiżmu Sostenibbli 2007-2013 — intrapriżi privati

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm entrapriżi privati Maltin u Għawdxin separatament gawdew mill-Iskema għall-Proġetti minn Intrapriżi Privati għall-Turiżmu Sostenibbli 2007-2013 ko-finanzjata mill-Unjoni Ewropea taħt kull waħda mis-sejħiet li ħarġu s’issa? X’inhuma l-proġetti li twettqu/għandhom jitwettqu f’Malta u f’Għawdex separatament taħt kull sejħa? X’inhu l-valur totali taħt kull sejħa ta’ dawn il-proġetti li twettqu f’ Malta u f’Għawdex separatament? Jista jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal- grant agreement li jinkludi l- implementation u d-disbursement schedule dwar din l-iskema?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 22878. Inżid li l-evalwazzjoni tat-tielet sejħa waslet biex tintemm u b’hekk jiġu allokati madwar €2 miljuni oħra lil entrapriżi turistiċi.

Waste Treatment and Transfer Facility ta’ Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’sar s’issa fuq il-proġett tal-Waste Treatment and Transfer Facility ta’ Għawdex? X’jonqos isir? Meta mistenni li jitlesta?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li fuq il-proġett tal-Waste Treatment and Transfer Facility ta’ Għawdex s’issa: · Inbniet u giet irranġata t-triq li twassal għall-Impjant tar-Riċiklaġġ kif ukoll Triq Lambert. · Tnaddfet il-barriera u l-madwar ta’ fejn ser jinbena l-impjant · Ingħata l-kuntratt tal-Project Management u Supervision · Inħareg is-sejħa għall-offerti għad-disinn u l-bini tal-faċilità li diġà għalqet u huwa mistenni li dan il-kuntratt jingħata fi żmien qarib. Huwa ppjanat li l-proġett tal-Waste Treatment and Transfer Facility jitlesta fi żmien sentejn minn meta jingħata l-kuntratt.

Labour Supply

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienet il-labour supply, rġiel għalihom u nisa għalihom, f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar ta’ kull sena mill-2009 sal-2010 u fl-aħħar ta’ Lulju – Awissu 2011? Tista’ tgħid kemm minnhom, f’kull każ, kienu jaħdmu bi qliegħ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ħaddiema fis-settur privat fil-produzzjoni diretta u servizz tas-suq

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien in-numru totali ta’ ħaddiema fis-settur privat,fi produzzjoni diretta u f’servizzi tas-suq separatament, rġiel għalihom u nisa għalihom, f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar ta’ kull sena mill-2009 sal-2010 u fl-aħħar ta’ Lulju – Awissu 2011? Tista’ tagħti din l-informazzjoni kategorizzata skont in-NACE Code?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ħaddiema fis-settur pubbliku

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien in-numru totali ta’ ħaddiema fis-settur pubbliku, rġiel għalihom u nisa għalihom, f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar ta’ kull sena mill-2009 sal-2010 u fl-aħħar ta’ Lulju – Awissu 2011? Tista’ tagħti din l-informazzjoni kategorizzata skont in-NACE Code?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ħaddiema self-emloyed

Question

Tista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema self-employed, rġiel għalihom u nisa għalihom, f’Malta u f’Għawdex separatament, fl-aħħar ta’ kull sena mill-2009 sal-2010 u fl-aħħar ta’ Lulju – Awissu 2011?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ħaddiema fis-settur tal-produzzjoni u settur tas-servizz tass-suq

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien in-numru totali ta’ nies jaħdmu (i) fis-settur ta’ produzzjoni diretta u (ii) fis-settur fis-servizzi tas-suq f’Malta u f’ Għawdex separatament, fl-aħħar ta’ kull sena mill-2003 sal-2009 u fl-aħħar ta’ Lulju 2010?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

ħaddiema li għamdom xogħol part-time bħala xogħol primarju

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien in-numru totali ta’ nies, rġiel għalihom u nisa għalihom li kellhom xogħol part-time bħala x-xogħol primarju tagħhom f’Malta u f’Għawdex separatament, fl-aħħar ta’ kull sena mill-2009 sal-2010 u fl-aħħar ta’ Lulju – Awissu 2011?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #30731 Sitting 425 2011-12-05 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Proġetti għal Għawdex finanzjati mill-Unjoni Ewropea

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’inhuma l-proġetti, l-iskemi, eċċ. għal Għawdex li huma kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea għas-snin 2007-2013 u li se jitlestew fl-2012? Tista’ tgħid liema minnhom diġà qed jitwettqu? Meta bdew jitwettqu? Meta mistenni li jitlestew dawk li diġà qed jitwettqu u mhux se jkunu lesti fl-2012? Meta bdew jitwettqu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proġetti li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex huma skont it-tabella annessa. Rigward proġetti oħra li qed isiru f'Għawdex nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Onorevoli Prim Ministru.
Leg 11 PQ #30732 Sitting 425 2011-12-05 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — proċess biex jitwaqqaf mużew ta' arti moderna u kontemporanja ta' livell nazzjonali

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk bediex il-proċess biex f'Għawdex jitwaqqaf mużew ta' arti moderna u kontemporanja ta' livell nazzjonali? Jekk fin-negattiv, meta hu mistenni li jinbeda? Fejn hu s-sit li fuqu mistenni li jitwaqqaf dan il-mużew?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 19965.
Leg 11 PQ #30733 Sitting 425 2011-12-05 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Programmi taħt il-Vot Kapital III Item 7211

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’inhuwa programmat li jsir fl-2012 bil-fondi taħt il-Vot Kapitali III item 7211 (i) EU Structural Funds 2007-2013 - Ministry? Tista’ tagħti l-ispiża stmata għal kull proġett? Tista’ tagħti d-data tal-bidu u tat-tmiem ta’ kull proġett?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija skont it-tabella hawn annessa.
Leg 11 PQ #30734 Sitting 425 2011-12-05 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Xogħlijiet fuq uffiċċji ta' back offices

Question

Tista’ l-Ministru issa tgħid fejn huwa s-sit magħżul għall-uffiċċji relatati ma' back office? Meta beda, jekk beda, x-xogħol fuq dawn l-uffiċċji? Jekk ma nbediex meta mistenni li jinbeda? Meta mistenni li jitlesta? Liema xogħol ta’ back office ġie magħżul li jiġi trasferit għal Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li s-sit magħżul għall-uffiċċji relatati ma' back office jinsab f'parti mill-iskola Roża Magro fix-Xewkija. Ix-xogħlijiet fuq dan is-sit bdew f'Lulju 2010 u għandhom jitlestew f'Jannar 2012. Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari Numru 29797.
Leg 11 PQ #30768 Sitting 425 2011-12-05 Oral · Interim From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proġetti taħt il-Programm Baġitarju 2007 — 2013

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhuma l-proġetti, l-iskemi, eċċ. għal Għawdex li huma ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea taħt il-Programm Baġitarju għas-snin 2007-2013 li diġà qed jitwettqu u li se jitkomplew matul l-2012 u 2013? Meta mistenni li jitlesta kull proġett, skema, eċċ? Kemm hija stmata li se tkun in-nefqa fuq kull proġett, skema, eċċ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari se tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #30769 Sitting 425 2011-12-05 Oral · Interim From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proġetti taħt il-Programm Baġitarju 2007 — 2013 li se jibdew jitwettqu

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhuma l-proġetti, l-iskemi, eċċ. għal Għawdex li huma ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea taħt il-Programm Baġitarju għas-snin 2007-2013 li se jibdew jitwettqu matul is-sentejn 2012-2013? Meta mistenni li jibdew jitwettqu? Meta mistenni li jitlesta kull proġett, eċċ? Kemm hija stmata li se tkun in-nefqa fuq kull proġett, skema, eċċ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari se tingħata f’xi seduta oħra.