Legislature:
Category:
Reset
Active:

dejn nazzjonali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien id-dejn nazzjonali gross fl-aħħar ta' kull sena mill-1986 sal-2011 u fl-aħħar ta' Settembru ta' din is-sena? Jista' jgħid jekk il-gvern għandux pjan/programm biex jibda jitnaqqas id-dejn nazzjonali? Jekk fl-affermattiv, x'inhuwa l-pjan/programm? Jista' jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra? X'miżuri huma maħsuba li jittieħdu biex jonqos id-dejn nazzjonali?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

operaturi tal-lotterija — drittijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma l-miżuri baġitarji ewlenin li ttieħdu matul din is-sena biex jibdew jitħallsu drittijiet ogħla ta' konċessjoni mill-operatur lokali tal-lotteriji? Kemm ġabar flus din is-sena s'issa u kemm hu mistenni li jkun ġabar b'kollox permezz ta' din il-miżura sal-aħħar tas-sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

riforma tal-pensjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma l-mizuri/inizjattivi baġitarji ewlenin li ttieħdu matul din is-sena għar-riforma tal-pensjoni u għar-rinforzar tagħha? Kemm ġabar flus din is-sena s'issa u kemm hu mistenni li jkun ġabar b'kollox permezz ta' din il-miżura sal-aħħar tas-sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill- Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

taxxa tar-reġistrazzjoni ta' karozzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma l-mizuri/inizjattivi baġitarji ewlenin li ttieħdu matul din is-sena biex tiżdied it-taxxa tar-reġistrazzjoni ta' karozzi mill-Euro 1 sa 3 u eqdem? Kemm ġabar flus din is-sena s'issa u kemm hu mistenni li jkun ġabar b'kollox permezz ta' din il-miżura sal-aħħar tas-sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill- Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

rati ta' taxxa tas-sisa fuq prodotti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma l-mizuri/inizjattivi baġitarji ewlenin li ttieħdu matul din is-sena biex jiżdiedu r-rati ta' taxxa tas-sisa fuq telefonija ċellulari, fuq siment u fuq prodotti tat-tabakk? Kemm ġabar flus din is-sena s'issa u kemm hu mistenni li jkun ġabar b'kollox permezz ta' din il-miżura sal-aħħar tas-sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

taxxa tal-VAT u mil-liċenzji tal-karozzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'miżuri baġitarji ewlenin li ttieħdu matul din is-sena, partikularment f'miżuri ta' inċentivi pekunjarji, biex tiżdied l-effiċjenza fil-ġbir ta' arretrati ta' flus li l-gvern għandu jieħu mit-taxxa tal-VAT u mil-liċenzji tal-karozzi? Kemm ġabar flus din is-sena s'issa u kemm hu mistenni li jkun ġabar b'kollox permezz ta' dawn il-miżuri sal-aħħar tas-sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Għawdex — sezzjoni tal-konsumatur

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati f'Għawdex jaħdmu mas-sessjoni tal-konsumatur f'Għawdex? X'inhi r-raġuni li hemm uħud minnhom li għadhom ma ġewx jaħdmu ma ġewx ingaġġati full-time mal-istess dipartiment?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li mal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur hemm żewġ part-timers li jaħdmu fuq bażi ta' 30 siegħa fil-ġimgħa.
Leg 11 PQ #38165 Sitting 525 2012-11-21 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

talba għal review ta' studenta

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 37128, peress li ntalab review tal-każ u ntbagħtu d-dokumentazzjoni kollha, tista' l-Ministru tara li dan il-każ jiġi mistħarreġ kemm jista' jkun malajr?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Fit-tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari 37128 hemm miktub biex issir talba mill-ġenituri jew mill-iskola tal-istudenta kkonċernata għal review tal-każ. Il-Bord tal-Appell għadu ma rcieva l-ebda talba biex isir review tal-każ.

garanziji finanzjarji

Question

B'referenzija għall-mistoqsija parlamentari 38144 u cioè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa l-valur tal-garanziji finanzjarji li l-gvern għandu llum biex jagħmel tajjeb għal self li għandhom korpoazzjonijiet, fondazzjonijiet, awtoritajiet , korpi u organizzazzjonijiet oħra parastatali? Jista' jagħti d-data ta' meta ngħatat kull garanzija u d-data ta' meta l-gvern mistenni li jinħall minnhom?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Għawdex — fond konsolidat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa kapitali tal-gvern mill-fond konsolidat f'Għawdex kull sena mill-2004 sal-lum? Jista' jagħti dan it-tagħrif skont in-natura tal-investiment, per eżempju investiment produttiv, infrastruttura u soċjal? Jista' jagħti dan l-investiment bħala persentaġġ tan-nefqa kollha f'Malta mill-fond konsolidat għall-istess oqsma ta' investiment?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Għawdex — fondi Ewropej

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa kollha ta' fondi Ewropej f'Għawdex kull sena mill-2004 sal-lum? Jista' jgħid kemm flus tħallsu s'issa minn din in-nefqa? Jista' jagħti dan it-tagħrif skont in-natura tal-investiment, per eżempju investiment produttiv, infrastruttura u soċjal u jgħid x'inhuma l-proġetti f'kull każ u jagħti n-numru ta' referenza ta' kull proġett? Jista' jagħti dan l-investiment bħala persentaġġ tan-nefqa kollha f'Malta ta' fondi Ewropej għall-istess oqsma ta' investiment?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Leg 11 PQ #38204 Sitting 525 2012-11-21 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — proġetti, programmi u miżuri

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm proġetti, programmi u miżuri oħra ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea li qed jitwettqu f'Għawdex bħalissa? Jista' jgħid kemm huwa maħsub li jintefqu u jitħallsu fondi Ewropej f'Għawdex mil-lum sal-aħħar tal-2015? Jista' jagħti l-istess tagħrif għal Malta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat illi sabiex tiġi ikkompilata din l-informazzjoni, tirrikjedi ħafna xogħol. Għaldaqstant, naħseb li jkun aktar għaqli li dan l-impenn jintuża fuq xogħol aktar produttiv. Madankollu, jekk l-Onorevoli Interpellant jixtieq x’informazzjoni partikulari jista’ jagħmel dan bil-libertà kollha u tingħatalu l-informazzjoni li hemm bżonn.
Leg 11 PQ #38139 Sitting 524 2012-11-20 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

MCAST — studenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm studenti jsegwu korsijiet fl-MCAST f’Malta u f’Għawdex separatament? Tista' tgħid kemm hemm Għawdxin isegwu korsijiet fl-fl-MCAST f'Malta u Għawdex separatament? Tista' tagħti dan it-tagħrif skont il-kors li qed isegwu l-istudenti u skont is-sena tal-kors li waslu fiha?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #38140 Sitting 524 2012-11-20 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

ITS — studenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm studenti jsegwu korsijiet fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi f’Malta u f’Għawdex separatament? Tista' tgħid kemm hemm Għawdxin isegwu korsijiet fl-istitut f'Malta u Għawdex separatament? Tista' tagħti dan it-tagħrif skont il-kors li qed isegwu l-istudenti u skont is-sena tal-kors li waslu fiha?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #38141 Sitting 524 2012-11-20 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Trasferiment ta' xogħol ta' back office għal Għawdex

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 37933, jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-misoqsija fl-intier tagħha u jgħid meta hu maħsub li xogħol ta’ back office jiġi trasferit għal Għawdex fl-2013 u 2014? Meta hu mistessi li jiġi trasferit f’kull każ? Meta hu mistenni li jiġu konklużi d-diskussjonijiet li hemm għaddejjin bħalissa sabiex jiġi deċiż xogħol ieħor li għandu jiġi trasferit għal Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ma għandi xejn x’inżid mar-rispsota li tajt f’mistoqsija Parlamentari numru 37933.

korporazzjonijiet, fondazzjonijiet u awtoritajiet — Garanziji finanzjarji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa tal-garanziji finanzjarji li l-gvern għandu llum biex jagħmlu tajjeb għal self li għandhom korporazzjonijiet, fondazzjonijiet, awtoritajiet u kopri u organizzazzjonijiet oħra parastatali? Jista' jagħti dan it-tagħrif kull entità għaliha? Jista' jagħti d-data ta' meta ngħatat kulll garanzija?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Għawdex — nefqa kapitali - investiment produttiv, infrastruttura, u soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa kapitali tal-Gvern f'Għawdex kull sena mill-2004 sal-lum? Jista' jagħti dan it-tagħrif skont in-natura tal-investiment bħal per eżempju investiment produttiv, infrastruttura u soċjal?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Parlament il-Ġdid u t-Teatru miftuħ — bini skont il-pjanti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-bini tal-Parlament il-Ġdid u t-Teatru miftuħ humiex qegħdin jinbnew 100% skont il-pjanti approvati? Jekk le, għaliex l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ma ħarġitx Stop and Enforcement Notice u waqqfet ix-xogħlijiet?

Response (MARCO, MARIO DE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

entitajiet li ġew privatizzati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 36845, 37626 u 37931 u jgħid kemm entitajiet ġew privatizzati mill-1999 sa Diċembru 2011? Liema huma? Kemm kienu jħaddmu nies magħhom kull waħda minnhom f’Malta u f’Għawdex separatament meta ġew privatizzati? Liema huma l-entitajiet privati li twaqqfu minflok l-entitajiet li ġew privatizzati? Kemm qed iħaddmu nies magħhom illum f’Malta u f’Għawdex separatament kull waħda minnhom l-entitajiet privati li twaqqfu minflok l-entitajiet li ġew privatizzati?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Intepellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Leg 11 PQ #38134 Sitting 523 2012-11-19 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proġett ta' fixed link bejn Malta u Għawdex — tender

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 37713, jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhuma l-istudji li jmiss u li dwarhom tfassal tender li bħalissa qiegħed għall-approvazzjoni tad-direttur tal-kuntratti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-istudji li jmiss u li dwarhom tfassal tender li bħalissa qiegħed għall-approvazzjoni tad-direttur tal-kuntratti, huma studji ta’ fattibilità (full feasibility study) għall-link bejn Malta u Għawdex.