Legislature:
Category:
Reset
Active:

livelli ta' nitrati fl-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’kienu l-livelli ta’ nitrati li nstabu fl-ilma fl-1970, fl-1980, fl-1990 u kull sena mill-2000 sal-lum miż-żewġ korpi tal-ilma, il-Malta Mean Sea Level u l-Gozo Mean Sea Level, separatament, li jintużaw mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għall-ipproċessar u distribuzzjoni?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 30055, ninfurmah li l-informazzjoni mitluba tinkludi snin qabel is-sena 2000 meta twaqqfet l-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi, il-figuri eżistenti huma skont kif inġabru mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, dawn jirriflettu biss il-valuri ta’ minn fejn ittlla’ l-ilma li eventwalment jkun ippolixjat u/jew jitħallat mal-ilma mir-reverse osmosis. Tajjeb li jingħad li peress dawn il-valuri ittieħdu minn numru limitat ta’ boreholes, dawn m’humiex neċessarjament rappreżentativi tal-valuri medji tal-Water Table kollha kemm hi. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba għas-snin 1970, 1980 u 1990 li jikkumplimentaw l-informazzjoni mogħtija fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 30055.

livell ta' salinità fl-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’kienu l-livelli ta’ salinità li nstabu fl-ilma fl-1970, fl-1980, fl-1990 u kull sena mill-2000 sal-lum miż-żewġ korpi tal-ilma, il-Malta Mean Sea Level u l-Gozo Mean Sea Level, li jintużaw mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għall-ipproċessar u distribuzzjoni?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 30844, ninforma l-ill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni mitluba.

Għawdex — informazzjoni dwar il-boreholes

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm boreholes f’Għawdex li jintużaw għall-estrazzjoni tal-ilma destinat għax-xorb? Jista’ jgħid x’kien il-volum fis-sena 2000 u x’inhu llum il-volum tal-ilma estratt minn kull waħda minn dawn il-boreholes bħala persentaġġ tal-volum tal-ilma kollu estratt għall-ipproċessar u d-distribuzzjoni? Jista’ jgħid kemm huma l-livelli ta’ nitrati u ta’ salinità f’kull waħda minn dawn il-boreholes?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nistieden lill-Onorevoli Interpellant iressaq din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Onorevoli Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investimentli hu responsabbli mill-Korporazzjoni tal-Ilma.

livelli tal-ilma mitluf matul l-ipproċessar u d-distribuzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’kienu l-livelli tal-ilma mitluf matul l-ipproċessar u d-distribuzzjoni tal-ilma f’Għawdex kull sena mill-2000 ‘il hawn? Jista’ jgħid dawn il-livelli kif jikkomparaw mal-livelli f’Malta u mal-livelli Ewropej?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nistieden lill-Onorevoli Interpellant iressaq din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Onorevoli Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investimentli hu responsabbli mill-Korporazzjoni tal-Ilma.

Għawdex — volum tal-ilma ipproċessat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-volum tal-ilma proċessat kull sena mill-2000 sal-lum mill-water polishing plant li hemm Għawdex? Jista’ jgħid kemm hija l-kapaċità sħiħa ta’ proċessar ta’ ilma kull sena ta’ dan l-impjant?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nistieden lill-Onorevoli Interpellant iressaq din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Onorevoli Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investimentli hu responsabbli mill-Korporazzjoni tal-Ilma.
Leg 11 PQ #30849 Sitting 430 2011-12-09 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

proċessi, sistemi u metodi ta’ irrigazzjoni ta’ prodotti agrikoli

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’sar s’issa dwar l-aħjar proċessi, sistemi u metodi ta’ irrigazzjoni ta’ prodotti agrikoli? Saru xi rakkmandazzjonijiet s’issa dwar dan il-proġett? Kemm intnefqu flus fl-2010 u s’issa din is-sena fuq dan il-proġett? X’inhu ppjanat u programmat li jsir fl-2012 u fl-2013 mill-Ministeru tagħha fuq dan il-proġett? X’inhi n-nefqa stmata għal kull sena 2012-2013?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Filwaqt li nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-Mistoqsija 25861 ninsab infurmata li ġiet ippubblikata, ngħatat l-offerta u qiegħda ssir l-istallazzjoni ta' sistemi ta' irrigazzjoni komputeriżżata għall-Farm tal-Gvern b'valur ta' €63,514.43 li tkopri l-apparat u n-network ta' irrigazzjoni madwar il-farm li ser iservi biex tkun tista ssir riċerka meħtieġa fil-qasam ta' irrigazzjoni.

Intrapriżi f'Malta u Għawdex — aktar minn 250 ħaddiem

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm intrapriżi f’Malta u f'Għawdex separatament fl-aħħar tal-2010 u fl-aħħar ta’ Settembru ta' din is-sena u li kienu jħaddmu minn 250 ħaddiem ‘il fuq?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 29689.

Għawdex — Wied il-Mielaħ - Bini ta' sewage pumping station

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol li kellu jsir taħt it-tender għall-bini ta’ sewage pumping station f’Wied il-Mielaħ, l-Għarb, Għawdex tlestiex? Jekk fl-affermattiv, meta? Jekk fin-negattiv, x’jonqos isir? Meta mistenni li jitlesta?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 29801.

Investiment barrani — ammont totali

Question

B’referenza għat-tweġiba li ta għall-mistoqsija parlamentari 20555, jista’ l-Ministru jaġġorna l-qagħda ta’ investiment barrani u jgħid kemm kien l-ammont totali ta’ investiment barrani, f’Malta u f’Għawdex separatament, fl-aħħar tal-2010 u fl-aħħar ta’ Ġunju u ta’ Settembru ta’din is-sena?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 30081.

Investiment barrani — ammont totali

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20555, jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29788 u jaġġorna l-qagħda ta’ investiment barrani u jgħid kemm kien l-ammont totali ta’ investiment barrani, f’Malta u f’Għawdex separatament, fl-aħħar tal-2010 u fl-aħħar ta’ Ġunju u ta’ Settembru ta’ din is-sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-investiment barrani f’entitajiet li għandhom l-indirizz tagħhom f’Malta hu ta’ €12.4 biljun. L-istess informazzjoni għal dawk l-entitajiet li għandom l-indirizz tagħhom f’Għawdex kien jammonta għal €4.1 miljun fl-aħħar tas-sena 2010. Aġġornament ta’ din l-informazzjoni jkun disponibbli fi Frar 2012.

Ħaddiema self-employed

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema self-employed, rġiel għalihom u nisa għalihom, f’Malta u f’Għawdex separatament, fl-aħħar ta’ l-2010 u fl-aħħar ta’ Settembru 2011?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ħaddiema fis-settur pubbliku

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien in-numru totali ta’ ħaddiema fis-settur pubbliku, rġiel għalihom u nisa għalihom, f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar ta’ l-2010 u fl-aħħar ta’ Settembru 2011? Tista’ tagħti din l-informazzjoni kategorizzata skont in-NACE Code?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Malta Enterprise — funzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-funzjonijiet li jitwettqu u s-servizzi li jingħataw mill-Uffiċċju tal-Malta Enterprise f’Għawdex illum?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari numru 23162.
Leg 11 PQ #30791 Sitting 429 2011-12-07 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Programm elettorali tal-gvern

Question

Tista’ l-Ministru tgħid liema huma l-miżuri mill-programm elettorali tal-Gvern li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha? Tista’ tgħid liema minnhom twettqu s’ issa? Kemm kienet in-nefqa fuq kull miżura? Tista’ tgħid kemm hu stmat il-valur ta’ kull proġett, programm, eċċ.li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha u għadhom iridu jitwettqu? Liema minn dawn il-programmi, inizjattivi, eċċ. huma/se jkunu ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 23165.
Leg 11 PQ #30792 Sitting 429 2011-12-07 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — ħidma

Question

Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapporti li l-Ministeru tagħha ħareġ matul din il-leġislatura dwar il-ħidma tagħha għall- perjodu 2008-2013.

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti maħruġa mill-Ministeru għal Għawdex għas-snin imsemmija.
Leg 11 PQ #30843 Sitting 429 2011-12-07 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

San Lawrenz — Triq Franġisk Portelli - xogħlijiet

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30437, tista’ l-Ministru tgħid x'xogħlijiet saru s’issa fuq Triq Franġisk Portelli, San Lawrenz? Tista’ tgħid kemm se jiswew ix-xogħlijiet li se jsiru fuq din it-triq u fuq Triq San Lawrenz? Minn liema Vot kapitali se jitħallsu dawn ix-xogħlijiet?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li fi Triq Franġisk Portelli qegħdin isiru xogħlijiet fuq servizzi u ġew manifatturati concrete units tas-service culvert. Il-valur tal-kuntratt huwa ta’ €684,099. Dawn se jitħallsu mill-Vot kapitali tat-toroq.
Leg 11 PQ #30782 Sitting 428 2011-12-07 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — valuri ta' kull progett

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’inhuma l-programmi, l-inizjattivi, l-iskemi, il-proġetti u xogħlijiet li l-Ministeru tagħha se jwettaq f’Għawdex sena sena fl-2012 u fl-2013? Kemm hu stmat il-valur ta’ kull proġett, programm, eċċ.? Liema minn dawn il-programmi, inizjattivi, eċċ. huma/se jkunu ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea? Meta bdew jitwettqu/meta mistenni li jibdew jitwettqu u meta huwa mistenni li jitlestew/jispiċċaw?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 22880.

Karti tal-Identità

Question

Jista’ l-Ministru jagħti n-numru ta’ persuni li ttrasferew ir-residenza u l-karta tal-identità tagħhom minn Malta għal Għawdex kull xahar fl-2010 u fl-2011 sal-lum?

Response (GATT, AUSTIN)

L-uffiċċju Elettorali - li jiġbor l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant - ma jaqax taħt ir-responsabbilta' Ministerjali tiegħi.

Ħaddiema fis-settur privat — produzzjoni diretta

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien in-numru totali ta’ ħaddiema fis-settur privat, fi produzzjoni diretta u f’servizzi tas-suq separatament, rġiel għalihom u nisa għalihom, f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar ta’ l-2010 u fl-aħħar ta’ Settembru 2011? Jista’ jagħti din l-informazzjoni kategorizzata skont in-NACE Code?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

persuni li għandhom xogħol part-time

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien in-numru totali ta’ nies, irġiel għalihom u nisa għalihom, li kellhom xogħol part-time bħala x-xogħol primarju tagħhom f’Malta u f’Għawdex separatament, fl-aħħar ta’ l-2010 u fl-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.