Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #31329 Sitting 440 2012-01-26 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

studenti residenti Għawdex li ggradwaw

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm studenti li għandhom ir-residenza f’Għawdex iggradwaw mill-MCAST kull sena, mis-sena akkademika 1999-2000 sas-sena 2010-2011? Tista’ tagħti dan it-tagħrif skont l-Istitut, il-kors u l-Livell? Tista’ tagħti l-istess tagħrif dwar studenti residenti f’Malta?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba, minbarra dik tas-snin 1999, 2000 u 2001, qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra. Fis-snin indikati f’din it-tweġiba ma kinitx tinżamm l-informazzjoni mitluba.

kuntratti għal xogħlijiet f'Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30851 u jgħid kemm-il kuntratt ingħata għal xogħlijiet f’Għawdex matul din is-sena sal-lum? Jista’ jgħid lil min ingħataw dawn il-kuntratti u għal liema xogħlijiet ingħataw? Jista' jagħti l-valur ta’ kull kuntratt u jpoġġi kopja ta’ kull kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi lista ta’ kuntratti għal xogħlijiet f’Għawdex li ngħataw permezz tad-Dipartiment tal-Kuntratti matul is-sena 2011 (sat-12 ta’ Dicembru 2011), kif ukoll kopja ta’ kull kuntratt qegħdin jiġu mehmuża ma din ir-risposta. Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex fir-rigward ta’ kuntratti li ma jaqgħux taħt il-benchmark tad-Dipartiment tal-Kuntratti, jirreferi d-domanda tiegħu lill-Ministru għal Għawdex.
Leg 11 PQ #31319 Sitting 439 2012-01-25 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

returns dwar il-Vot kapitali tal-Ministeru

Question

Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-returns dwar il-Vot Kapitali tal-Ministeru tagħha li ntbagħtu lill-Budget Office fil-Ministeru tal-Finanzi għal Diċembru 2010, għal Novembru 2011 u għal Diċembru 2011?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant għar-returns dwar il-Vot Kapitali għal Diċembru 2010 u għal Diċembru 2011 hija kif murija fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. L-informazzjoni għax-xahar ta' Novembru 2011 hija preżentata ma' dik ta' Diċembru 2011.
Leg 11 PQ #31320 Sitting 439 2012-01-25 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Studenti Għawdxin li ggradwaw

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 30777, tista’ l-Ministru tgħid kemm studenti Għawdxin iggradwaw fl-aħħar tas-sena akkademika 2010/2011? Tista’ tgħid dawk li bdew jaħdmu f’Għawdex minn Lulju ’l hawn fejn bdew jaħdmu u x’inhuma l-kwalifiki tagħhom f’kull każ? Tista’ tgħid jekk għadhomx jaħdmu llum?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #31321 Sitting 439 2012-01-25 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Employment Aid Programme — nies impjegati

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 30778, tista’ l-Ministru tgħid kemm minn dawk li ġew ingaġġati kull sena fl-2009 u fl-2010 f’Malta u f’Għawdex, kull gżira għaliha, għadhom jaħdmu mal-istess employer illum, kemm qed jaħdmu ma’ employer differenti llum, kemm m’għadhomx jaħdmu llum u kemm hemm minnhom qed jirreġistraw għax-xogħol?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Proġett Infrastrutturali tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30787 u jgħid liema huma l-proġetti infrastrutturali tal-Gvern li l-Ministeru tiegħu qed jikkordina bħalissa f’Malta u f’Għawdex separatament? X’proġetti hemm maħsuba li jitwettqu fiż-żewġ gżejjer separatament fl-2012 u fl-2013 li l-Ministeru se jkun qed jikkordina?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

informazzjoni dwar il-konsum totali tal-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-konsum totali tal-ilma f’Malta u Għawdex separatament mis-sena 2000 sal-lum? Jista’ jgħid dan il-konsum kif kien imqassam fuq l-oqsma tal-industrija, tal-kummerċ u dak domestiku?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Raħħala Għawdxin — ħlas għat-tined

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-gvern se jikkumpensa lir-raħħala Għawdxin tat-tined li għamlu? Kemm hemm raħħala Għawdxin li qegħdin jistennew biex jiġu kumpensati? X'inhu l-ammont li se jitolbu dawn ir-raħħala?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li taħt l-skema ta’ għajnuna għal ristrutturar fost l-applikanti kien hemm 27 raħħal Għawdxi li għamlu applikazzjoni għal għajnuna. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li attwalment qiegħda ssir stima ta’ kemm ir-raħħala ngħataw f’għajnuna għall-istruturar ta l-irziezet tagħhom. Dan l-ezercizju ta’stima għadu għaddej u mistenni jkun lest fi żmien qasir.

kwestjoni dwar persuni barranija li għadha Malta

Question

Jista' l-Ministru jara għaliex il-persuna barranija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għadha Malta u ma ġietx esegwita kontra tagħha ordni ta' tneħħija minn dawn il-gżejjer?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant kienet telqet minn Malta.

Għawdex — Kerċem - żvilupp illegali f'Tax-Xagħra

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu dwar l-iżvilupp illegali li qed isir f'outside develeopement zone f'Tax-Xagħra f'Kerċem Għawdex? X'inhi r-raġuni li l-applikazzjoni PA/05277/10 ġiet ikkonsidrata għalkemm l-applikanti naqsu milli jżommu mal-kundizzjonijiet li ġew mogħtija lilhom fil-permess PA/06506/98? Għaliex il-website tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ma turix ritratti tas-sit għall-applikazzjoni PA/05277/10 u dan meta r-ritratti ta' dan l-iżvilupp li diġà jeżisti illegalment jidher fl-applikazzjoni PA/03809/10 liema proġett propost jinsab ftit metri 'l bogħod minn PA/05277/10?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-iżvilupp indikat fl-interpellanza huwa kopert bil-permessi tal-iżvilupp kollha meħtieġa. Għaldaqstant l-Awtorita ser tkompli timmonitorja l-iżvillupp sabiex tassigura li x-xogħol isegwi dak kollu li ġie approvat. Il-permess oriġinali PA6506/98 baqa' jiġi emendat bil-permess PA1808/06 u iżjed tard bil-permess PA0734/10. Dan tal-aħħar għadu validu u ser jibqa hekk għal ħames snin minn meta ħareġ, i.e. sal-1 ta' Novembru 2015. Rigward l-applikazzjoni PA 5277/10, din tipproponi l-kostruzzjoni ta' boiler unit u silos bħala parti minn kumpless ta' farm. Din l-applikazzjoni għadha pendenti u qed tiġi rrakkomandata għar-rifjut mid-Direttorat tal-Ippjanar peress illi s-sit jinsab f'distanza ta' anqas minn 183 metri miż-żona tal-iżvilupp u għal raġunijiet ta' impatt viżwali. Minn investigazzjoni mid-Direttorat tal-Infurzar, fosthom diversi spezzjonijiet ta' monitoraġġ li l-aħħar waħda seħħet fil-11 ta' Jannar 2012, ma jirrużultax illi l-iżvilupp diġa' sar. Ġejna nfurmati li r-ritratti ta' dan l-iżvilupp ma dehrux fuq il-website tal-MEPA għax kien hemm xi problemi tekniċi. Iżda issa dawn ir-ritratti reġgħu ġew disponibbli għal pubbliku.

Għawdex — tisfija tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-volum li l-impjant għat-tisfija tad-drenaġġ f’Għawdex kapaċi jipproċessa f'sena? Jista’ jgħid meta ġie inawgurat dan l-impjant u x’inhu l-volum li pproċessa kull sena mill-2000 sal-2011?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

volum ta’ drenaġġ iġġenerat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-volum ta’ drenaġġ iġġenerat kull sena f’Malta u f’Għawdex separatament mill-2000 sal-2011?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ma żżommx din it-tip ta’ statistika.

informazzjoni dwar konsum tal-ilma fl-oqsma differenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-konsum tal-ilma fl-oqsma tal-industrija, tal-kummerċ, tat-turiżmu, tal-agrikoltura u fil-qasam domestiku f’Malta u f’Għawdex separatament kull sena mill-2000 sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

ilma li ġie trasferit minn Malta għal Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ilma ġie trasferit minn Malta għal Għawdex kull sena mill-2009 sal-aħħar tal-2010 u minn Jannar sal-lum? Jista’ jagħti din l-informazzjoni xahar b'xahar?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nistieden lill-Onorevoli Interpellant iressaq din il-mistoqsija parlamentari lill-Onorevoli Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investimentli hu responsabbli mill-Water Services Corporation.
Leg 11 PQ #30937 Sitting 437 2012-01-23 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

ħlas ta' Fondi Ewropej

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30719 u jgħid kemm tħallsu fondi Ewropej kull sena mill-2007 sal-lum taħt il-programm finanzjarju 2007-2013 f’Malta u f’Għawdex separatament? Jista’ jgħid fuq liema proġetti/miżuri eċċ. tħallsu u kemm tħallsu fuq kull proġett, skema, eċċ.?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, tabella li turi kemm tħallsu fondi Ewropej mit-Teżor kull sena mill-2007 sal-lum taħt il-programmi ta’ Koeżjoni 2007-2013, kif ukoll kopja tal-lista ta’ proġetti/skemi/miżuri hekk kif mitlub.
Leg 11 PQ #30940 Sitting 437 2012-01-23 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

tkabbir ta' siġar u pjanti ta' valur ġenetiku

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għal mistaqsija parlamentari 30436, tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Ministereu tagħha għandux imsieħba miegħu fil-proġett ta’ Ċentru Mediterranju fir-Riċerka, Żvilupp u Innovazzjoni fil-Farm Sperimentali fix-Xewkija? Jekk fl-affermattiv, min huma? Hemm xi ftehim magħhom? Jekk fl-affermattiv, tista’ tpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra? Meta mistenni li jitlesta dan il-proġett? Kemm hu stmat li se jiswa? Se jkun finanzjat minn Fondi Ewropej?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-proġett ta' Ċentru Mediterranju fir-Riċerka, Żvilupp u Innovazzjoni fil-Farm Sperimentali fix-Xewkija ser isir bi sħab mal-Università ta' Malta u li sar l-abbozz tal-ftehim relatat. Jiena nfurmata wkoll li l-proġett ma huwiex għal terminu ta' żmien fiss iżda mistenni li jkun proġett on-going u li l-ispiża kapitali inizjali għal dan iċ-ċentru hija stmata madwar miljun ewro mill-fondi ta' Eko-Għawdex.

politika reġjonali għal Għawdex dwar l-ilma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx politika reġjonali għal Għawdex dwar l-ilma? Jekk hemm, x’inhi? Min hu responsabbli għat-twettiq tagħha?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gżejjer ta’ Malta u Għawdex huma kkunsidrati bħala baċin idrologiku wieħed; u dan minħabba li l-karatteristiċi u kundizzjonijiet idroloġiċi tagħhom huma simili. Minħabba f’dan il-fatt ma hemmx politika reġjonali separata għal Għawdex dwar l-ilma; iżda politika komuni għaż-żewg gżejjer.

Ħsarat minħabba maltempata

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-istima tal-ħsarat li ġraw f'Għawdex minħabba l-maltempata riċenti? X'inhi r-raġuni li l-applikazzjonijiet biex wieħed japplika biex jiġi kumpensat ingħalqu f'temp ta' sigħat, bil-konsegwenza li ħafna bdiewa li sofrew ħsara lanqas kienu jafu? Kemm persuni applikaw biex jiġu kumpensati u meta se jiġu kumpensati?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant ghar-risposta tal-mistoqsija 30927. Barra minn hekk, ninsab infurmat ukoll li kien hemm żmien qasir biex wieħed japplika għar-raġuni li biex dan l-istudju ikun effettiv, il-verifika tal-ħsarat fuq il-post riedet issir fi żmien qasir biex tkun stabbilita b’mod ċar l-konnessjoni bejn il-ħsarat u l-maltemp u li l-għaqdiet tal-produtturi ġew avżati biex jinfurmaw il-bdiewa memebri tagħhom dwar dawn l-applikazzjonijiet. F’Għawdex kien hemm 74 applikazzjonijiet li ġew kollha vverifikati.
Leg 11 PQ #31169 Sitting 437 2012-01-23 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali t'Għawdex — ippreparar tal-ikel

Question

Tista' l-Ministru tgħid fejn wasal it-tendering process għar-rigward l-ippreparar tal-ikel fl-Isptar ta' Għawdex? Jekk it-tender tingħata lill-privat, tista' tgħid x'se jsir mill-impjegati fl-istess sptar li fil-preżent jaħdmu fil-kċina?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-proċess tat-tendering għar-rigward l-ippreparar tal-ikel fl-Isptar ta' Għawdex, qiegħed fit-Tender Funds Commitment stage. Jekk it-tender tingħata lill-privat l-impjegati ser jiġu mqassma f'sezzjonijiet oħra fl-isptar skont il-job description ta' kull impjegat u skont l-esiġenzi tas-servizz.

Kunsill Lokali tal-Għarb — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'xogħlijiet qed isiru fil-preżent fl-Għarb Għawdex mill-Kunsill Lokali?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi xogħlijiet li qed isiru fil-preżent fl-Għarb mill-Kunsilli Lokali huma s-segwenti:- · Xogħlijiet fuq il-playing field fi Triq Tumas Cassar. · Xogħol fuq tmien toroq permezz ta’ ftehim PPP u li qed isiru f’fażijiet. S’issa nbdew xogħlijiet fi Triq il-Knisja u Pjazza Żjara tal-Madonna. Dalwaqt jinbeda x-xogħol fi Triq Trux. · Proġett taċ-Ċentru Ċiviku. · Xogħol fi sqaq fi Triq Frenċ tal-Għarb · Xogħol fuq Child Care Centre (proġett Eco-Gozo) · Proġetti ta’ restawr u konservazzjoni permezz ta’ Miżura 323 tal-Unjoni Ewropea, foshom ir-restawr tal-Knisja tal-Madonna taż-Żejt, tal-Kappella ta’ San Dimitri, tal-Arkata fi Triq Sdieri, ħitan tas-sejjieħ, studju u restawr tas-Salib tal-Pjazza. S’issa inbdew ix-xogħljiet fuq il-Knisja taż-Żejt. · Proġett OBIMED – Italia-Malta.