Jista' l-Ministru jgħid jekk humiex qegħdin jittieħdu prekawzjonijiet sabiex vapuri deħlin jew ħerġin mill-Port ma jegħrqux u jimblokkaw il-Port il-Kbir?
studenti u ħaddiema Għawdxin li gawdew minn skema ta' sussidju
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm studenti u ħaddiema Għawdxin separatament ibbenefikaw kull sena mill-1999 sal-2011 mill-iskema ta’ sussidju għal studenti u ħaddiema Għawdxin? Tista’ tgħid kemm tħallsu kull sena l-istudenti u l-ħaddiema separatament? Tista’ tgħid l-istudenti liema istituzzjoni edukattiva kienu jattendu?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm studenti Għawdxin bbenefikaw kull sena mill-1999 sal-2011 mill-iskema ta’ sussidju għal akkomodazzjoni f’Malta? Tista’ tgħid kemm tħallsu kull sena dawn l-istudenti?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 31336.
Sptar Ġenerali ta' Għawdex — buzzers mhux jiffunzjonaw
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li l-buzzers fuq is-sodod fil-male ward fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex mhumiex jiffunzjonaw? Ma tarax il-Ministru li dawn huma essenzjali għall-pazjenti?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li s-sistema ta' nursecall fis-Sala tal-Irġiel qiegħda tiffunzjona kif suppost wara li l-ħsarat li ġarrbet ġew indirizzati.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li applikazzjonijiet bħal din, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, ilhom minn Mejju 2011 ma jiġu proċessati għalkemm kienet ittieħdet id-deċiżjoni li dawn l-applikazzjonijiet jiġu proċessati Malta minflok Għawdex?
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li persuna femminili ta' eta' ta' 26 sena u li tkun għaddiet minn proċess ta' separazzjoni b'kuntratt konsenswali u li fil-preżent tkun f'relazzjoni ma' persuna oħra ta' 33 sena bl-iskop ta' żwieġ wara li jsir l-annullament, jekk tixtri post fuq isimha biss (1st time buyer) u tħallas il-VAT fuq il-meljoralment li tagħmel fih, mhijiex eleġibbli għar-refund tal-VAT?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onor. Interpellant Ii l-persuna konċernata tkun tista’ tibbenefika mill-iskema flimkien mal-għarus tagħha kif hija takkwista d-dritt legali li terġa tiżżewweġ, permezz ta’ annullament jew divorzju. Inkella, hija tkun tista’ tapplika bħala persuna waħedha wara li tkun għalqet it-30 sena.
Sptar Ġenerali t'Għawdex — sezzjoni mentali - long stay wards - central heating
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li long stay wards fis-sezzjoni mentali fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex huma mingħajr central heating? Meta se jerġa' jibda jiffunzjona is-central heating fl-istess swali?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li ma jirriżultax li l-long stay wards fis-sessjoni mentali fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex huma mingħajr central heating.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt ingħata għal xogħlijiet f’Għawdex matul din is-sena sal-lum? Jista’ jgħid lil min ingħataw dawn il-kuntratti u għal liema xogħlijiet ingħataw? Jista' jagħti l-valur ta’ kull kuntratt u jpoġġi kopja ta’ kull kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 31318.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-volum li l-impjant għat-tisfija tad-drenaġġ f’Għawdex kapaċi jipproċessa f'sena? Jista’ jgħid meta ġie inawgurat dan l-impjant u x’inhu l-volum li pproċessa kull sena mill-2000 sal-2011?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 31327.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm studenti li għandhom ir-residenza f’Għawdex iggradwaw mill-Istitut tal-Istudji Turistiċi kull sena mis-sena akkademika 1999-2000 sas-sena 2010-2011? Tista’ tagħti dan it-tagħrif skont il-kors? Tista’ tagħti l-istess tagħrif dwar studenti residenti f’Malta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm mill-istudenti li għandhom ir-residenza f’Għawdex u li ggradwaw mill-MCAST kull sena mis-sena akkademika 1999-2000 sas-sena 2010-2011 qed jaħdmu f’Għawdex illum? Tista’ tagħti dan it-tagħrif skont il-kors li segwew?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba, minbarra dik tas-snin 1999, 2000, 2001 u 2002 qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra. Fis-snin indikati f’din it-tweġiba ma kinitx tinżamm l-informazzjoni mitluba.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm studenti li għandhom ir-residenza f’Għawdex iggradwaw mill-Istitut għall-Istudji Turistiċi kull sena mis-sena akkademika 1999-2000 sas-sena 2010-2011 qed jaħdmu f'Għawdex illum? Tista’ tagħti dan it-tagħrif skont il-kors li segwew?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Università ta’ Malta u MCAST — informazzjoni dwar studenti barranin
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm studenti barranin isegwu korsijiet fl-Università ta’ Malta u fl-MCAST? Tista’ tagħti dan it-tagħrif skont in-nazzjonalità tagħhom u l-kors li qed isegwu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni u kumpaniji li ħallsu t-taxxa tad-dħul u kemm kien id-dħul mill-Income Tax minn Malta u minn Għawdex separatament kull sena mis-sena ta’ stima 2000 sas-sena ta’ stima 2011? Jista’ jagħti din l-informazzjoni (i) għall-kumpaniji u (ii) għall-persuni individwali? Jista’ jagħti t-tagħrif dwar il-persuni individwali skont il-ħames kategoriji segwenti:
Persuni li għandhom numru taħt in-NACE;
Persuni f’impieg jew kariga;
Pensjonanti;
Persuni f’sengħa, negozju, professjoni eċċ.; u
Dħul ieħor?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inġabret taxxa tal-VAT minn Malta u minn Għawdex separatament kull sena mill-1999 ‘l hawn?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tajjeb infakkar lill-Onor. Interpellant illi jeżistu każijiet ta’ kumpaniji li jkunu reġistrati Malta u jagħmlu anke negozju ġewwa Għawdex, jew viċi versa. Dan ovvjament ma jkunx jista’ jiġi klassifikat għalih peress li d-dipartiment jieħu in kunsiderazzjoni l-indirizz li fih tkun reġistrata l-kumpanija.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm widien f’Għawdex? Tista’ tgħid kemm hemm widien li għandhom ilqugħ għall-ilma fihom? Tista’ jgħid kemm hu l-volum tal-ilma li kapaċi jilqa’ u jaħżen kull wied li għandu l-ilqugħ?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li fost id-diversi widien f'Għawdex hemm uħud minnhom li fihom ilqugħ tal-ilma, wieħed jew aktar b'total ta' madwar 32 ilqugħ. L-aktar widien importanti li fihom ilqugħ tal-ilma huma:
(i) Wied Sara
(ii) Wied ta' Marsalforn
(iii) Wied ta' Żejta
(iv) Wied l-Infern
(v) Wied tax-Xlendi
(vi) Wied li jagħti għar-Ramla
(vii) Wied tal-Ort
(viii) Wied tal-Grazzja.
Ninsab infurmata wkoll li hu diffiċli li wieħed jiddetermina eżatt il-volum ta' kull ilqugħ għax dan jiddependi mill-materjal li jkun inġarr mal-ilma u nġabar ġo kull wied, iżda fil-każ ta' dawk il-widien li tnaddfu fl-aħħar sentejn il-ħażna tal-ilma f'dawn il-widien żdiedet bi 43,000,000 (miljun) litru ta' ilma.
Tista' l-Ministru tgħid jekk sarux xi studji jew hemmx xi pjan biex titkabbar il-kapaċità ta’ ħażna tal-ilma fil-widien f’Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li r-ritmu ta' tindif tal-widien li nbeda f'dawn l-aħħar sentejn huwa ppjanat li jitkompla anke din is-sena fejn hu maħsub li jitnaddfu aktar widien li fihom ilqugħ tal-ilma biex b'hekk tiżdied il-ħażna tal-ilma fil-widien f'Għawdex. Ninsab infurmata wkoll li peress li l-widien huma żoni ekoloġikament sensittivi, ikun diffiċli li l-ħażna fil-widien tiżdied b'ilqugħ ġodda. Minkejja dan, il-Ministeru għal Għawdex għaddej b'ħidma biex titkabbar il-kapaċità ta' ħażna tal-ilma fil-gżira permezz ta' numru ta' proġetti, fosthom il-proġett ta' Water Stewardship li għalih il-Ministeru għal Għawdex irnexxilu jirbaħ finanzjament ta' 800,000 Dollaru Amerikan minn kumpanija multinazzjonali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-volum li l-impjant għat-tisfija tad-drenaġġ f’Għawdex kapaċi jipproċessa f'sena? Jista’ jgħid meta ġie inawgurat dan l-impjant u x’inhu l-volum li pproċessa kull sena mill-2000 sal-lum?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-impjant għat-tisfija tad-drenaġġ f’Għawdex għandu il-kapaċità jittratta l-medja ta’ madwar 2.2 miljun metru kubu ta’ drenaġġ fis-sena.
L-impjant ġie inawgurat fid-19 ta’ Jannar 2008.
Id-drenaġġ li ġie ipproċessat kull sena jammonta għal:
1.27 miljun m3 - 2008
1.42 miljun m3 - 2009
1.24 miljun m3 - 2010
1.33 miljun m3 - 2011 (sa l-aħħar ta’ Novembru)
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm membri tal-istaff fi gradi tal-edukazzjoni fil-Gozo College li għandhom: (i) Baċellerat, (ii) grad ta’ Masters u (iii) dottorat? Tista’ tagħti din l-informazzjoni skont l-iskola fejn huma assenjati dawn l-impjegati?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.