Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #31807 Sitting 446 2012-02-15 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

informazzjoni dwar id-dependency ratio

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien id-dependency ratio f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar ta’ kull sena mill 2006 ‘l hawn?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Għawdex — atti pubbliċi dwar trasferiment ta’ proprjetà immobbli

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru atti pubbliċi dwar trasferiment ta’ proprjetà immobbli f’Għawdex kull xahar fl-2011?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #31809 Sitting 446 2012-02-15 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp — nies ingaggati

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm ħaddiema f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar ta’ Ġunju u ta’ Diċembru 2011 li kienu ingaġġati f’attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp fuq bażi full-time u part-time separatament u maqsuma f’irġiel għalihom u nisa għalihom? Tista’ tagħti dan it-tagħrif skont l-impjieg ta’ dawn il-ħaddiema, jiġifieri: a) riċerkaturi; b) tekniċi u ekwivalenti u ċ) supporting staff ieħor?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

volum ta’ drenaġġ iġġenerat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-volum ta’ drenaġġ iġġenerat kull sena f’Malta u f’Għawdex separatament mill-2000 sal-2011?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nistieden l-Onorevoli Interpellant jressaq il-Mistoqsija Parlamentari lill-Onorevoli Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment li huwa responsabbli mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.
Leg 11 PQ #31792 Sitting 445 2012-02-14 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Ftuħ tal-ġnien pubbliku ta' Villa Rundle

Question

Tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra meta se jerġa' jiftaħ għall-pubbliku l-ġnien ta' Villa Rundle? Tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra jekk sarx xi tip ta' ftehim kummerċjali mal-privat dwar l-użu ta' dan il-ġnien jew parti minnu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li Villa Rundle mistennija li terġa' tiftaħ għall-pubbliku fi żmien qasir. Ninforma wkoll lill-Kamra li ma sar ebda ftehim kummerċjali mal-privat dwar l-użu ta' dan il-ġnien jew parti minnu.

pazjenti residenti f'Għawdex li rċevew servizzi minn xi sptar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm pazjenti residenti f’Għawdex rċevew servizzi fl-Outpatients Department fl-Isptar San Luqa u fl-Isptar Mater Dei kull sena mill-2006 sal-2011? Jista’ jagħti dan it-tagħrif skont l-isptar li attendew?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal-Outpatients mill-Patient Administration System (PAS), in-numru ta’ attendenzi fid-dipartiment ta’ l-outpatients fl-isptarijiet San Luqa u Mater Dei li kellhom il-lokalità tar-residenza tagħhom f’Għawdex, kienu hekk: Sena Numru ta’ Attendenzi Irreġistrati fil-Klinici ta’ l- outpatients fejn il-lokalita’ tar-residenza tal-pazjenti qiegħda f’Għawdex Sptar 2011 6028 Mater Dei 2010 5801 Mater Dei 2009 4992 Mater Dei 2008 3619 Mater Dei 2007 2350 San Luqa / Mater Dei* 2006 2142 San Luqa Nota: *Is-servizzi ta l- outpatients imxew minn Sptar San Luqa għal-Isptar Mater Dei f’Novembru ta’ 2007. Il-ġbir ta’ l-informazzjoni mill- outpatients żdied mis-sena 2006 sal-2011 minħabba li meta is-servizzi tal- outpatients emigraw mill-iSptar San Luqa għal-iSptar Mater Dei, kliniċi li ma kienux jirreġistraw l-attendenzi tagħhom bdew jagħmlu dan, eżempju l- Anticoagulation clinic u l- ECG clinic .

informazzjoni dwar operazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet fl-Isptar San Luqa u f’Mater Dei kull sena mill-2006 sal-2011 fl-oqsma segwenti: Kirurġija ġenerali; Uroloġija; Vaskulari; Neurokirurkija; Sider; ENT; Ginokoloġija; Obstetrija; Pedjatrija; Kirurġija kardijaka u Oqsma oħra? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-pazjenti kienu redsidenti f’Għawdex f’kull każ?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Sptar San Luqa u f’Mater Dei — informazzjoni dwar interventi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru interventi fl-Isptar San Luqa u f’Mater Dei kull sena mill-2006 sal-2011 ta' Endoskopija; Sistoskopija; Gastroskopija; Kolonoskopija; ERCP u Bronkoskopija? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-pazjenti kienu residenti f’Għawdex f’kull każ?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #31803 Sitting 445 2012-02-14 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

proġetti f'Għawdex informazzjoni

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-grant agreement li jinkludi l-implementation u d-disbursement schedules dwar il-proġett tal-kontinwazzjoni tal-bini mill-ġdid tat-Triq Mġarr-Rabat u Rabat Proġett Nru 117 iffirmat bejn il-benefiċjarju u l-Managing Authority skont ir-Regolamenti tal-Unjoni Ewropea għall-Implimentazzjoni ta’ proġetti ko-finanzjati mill-istess Unjoni Ewropea?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari se tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #31751 Sitting 444 2012-02-13 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

tkabbir ta' siġar u pjanti ta' valur ġenetiku

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għal mistaqsijiet parlamentari 30436 u 30940, tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Medja tal-Kamra kopja tal-abbozz tal-ftehim relattiv?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Il-ftehim jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra hekk kif ikun iffirmat.

trasferiment ta' ilma minn Malta għal Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ilma ġie trasferit minn Malta għal Għawdex kull sena mill-2009 sal-2011? Jista’ jagħti din l-informazzjoni xahar b'xahar?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f'seduta oħra.
Leg 11 PQ #31753 Sitting 444 2012-02-13 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Ħsara fit-triq tax-xlendi minħabba l-maltemp

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 30904, tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport li sar dwar il-ħsarat li saru fit-Triq tax-Xlendi?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li saru spezzjonijiet fuq il-post fil-preżenza tal-kuntrattur u s-supervisor tax-xogħlijiet fejn ġiet stabilita l-kawża tal-ħsara. Il-kuntrattur assuma r-responsabbiltà tal-ħsara u qed jirranġa l-ħsarat għas-spejjeż tiegħu.
Leg 11 PQ #31754 Sitting 444 2012-02-13 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — pjan biex titkabbar il-kapaċità ta’ ħażna tal-ilma fil-widien

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk sarux xi studji jew hemmx xi pjan biex titkabbar il-kapaċità tal-ħażna tal-ilma fil-widien f’Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li ser jitkompla xogħol ta' tindif ta' lqugħ tal-ilma biex kemm jista' jkun jiġi rkuprat il-volum oriġinali u li sa issa huwa ppjanat li tiżdied il-ħażna tal-ilma iżda mhux fil-widien.

informazzjoni dwar il-konsum totali tal-ilma

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31323 u jgħid kemm kien il-konsum totali tal-ilma f’Malta u Għawdex separatament mis-sena 2000 sal-lum? Jista’ jgħid dan il-konsum kif kien imqassam fuq l-oqsma tal-industrija, tal-kummerċ u dak domestiku?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mgħotija għall-mistoqsija parlamentari numru 31756.

informazzjoni dwar konsum tal-ilma fl-oqsma differenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31317 u jgħid kemm kien il-konsum tal-ilma fl-oqsma tal-industrija, tal-kummerċ, tat-turiżmu, tal-agrikoltura u fil-qasam domestiku f’Malta u f’Għawdex separatament, kull sena mill-2000 sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

regolaturi taċ-ċilindri tal-gass

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk skont ir-regolamenti relattivi, r-regolaturi taċ-ċilindri tal-gass li jistgħu jinbiegħu f'Malta għandux ikollhom inkorportat fihom build-in excess-flow valve bħala prekawzjoni? Jekk le, għaliex?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nistieden lill-Onorevoli Interpellant iressaq din il-mistoqsija Parlamentari lill-Onorevoli Ministru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u l-Konsumatur li hu responsabbli mill-Kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumatur

Hyperbaric Chambers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn hyperbaric chambers f'Malta u Għawdex? Fejn qegħdin? Min iħaddimhom? Jista' jgħid hux qegħdin in good working order? Kemm-il pazjent uża dawn iċ-chambers mill-2008 sal-lum?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li f’Malta hawn żewġ chambers fl-Isptar Mater Dei, u żewġ chambers fl-Isptar San Luqa. F’Għawdex hemm chamber waħda fl-Isptar Ġenerali. Fl-isptar Mater Dei, it-tim tal- Hyperbaric Unit jikkonsisti minn żewġ tobba, tlett infermiera, u tlett tekniċi. F’Għawdex it-tim jikkonsisti minn żewġ tobba ( part-time fil- Hyperbaric Unit ), tlett infermiera ( part-time fil- unit ) u tlett tekniċi. Iċ- chambers ta’ San Luqa ma jintużawx. Waħda hija antika u l-oħra hemm pjan li tittieħed Mater Dei wara rinnovament. Iċ- chambers ta’ Mater Dei huma f’’ working order ’ perfetta u kull sena isirilhom il-manutenzjoni u test annwali u jiġu ċċertifikati mill-kumpanija ta’ assigurazzjoni. Il-pazjenti li ġew trattati fl-isptar Mater Dei kienu : 2008 – 70 (922 trattament), 2009 – 83 (1,572 trattament), 2010 – 74 (2,112 trattament), 2011 – 64 (995 trattament). Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-parti tal-Mistoqsija dwar Għawdex lill-Ministru kkonċernat.

Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post — spezzjonijiet f'Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet fuq il-postijiet tax-xogħol f'Għawdex minn spetturi tal-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol fl-2008, fl-2009 u fl-2010? Kemm nies instabu ħatja f'Għawdex ta' ksur tar-regolamenti u kemm huma l-multi li ġew inflitti b'kollox?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li n-numru ta’ spezzjonijiet li saru f’Għawdex, kien kif muri hawn taħt: 2008 - 9 2009 - 30 2010 - 87 Fir-rigward ta’ kemm instabu ħatja persuni, irid ikun ppreċiżat li l-akkużi mhux dejjem ikunu kontra individwi, iżda jistgħu jkunu kontra kumpaniji u d-diretturi tagħhom – f’dan il-każ ma tinżammx statistika dwar kemm ikunu nstabu ħatja persuni. Għal din ir-raġuni, qed tingħata nformazzjoni dwar kawżi deċiżi kontra l-akkużat jew akkużati. 2008: €3,936 f’sitt każijiet separati u żewġ sentenzi sospiżi ta’ priġunerija ta’ 3 xhur; 2009: €25,094 f’dsatax-il kawża separata; 2010: €14,142 fi sbatax-il kawża.

spezzjonijiet fuq il-ħalib tal-baqra ta' Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu sabiex jiġi żgurat li l-ħalib tal-baqra ta' Malta ma fihx MRSA jew organismi/sustanzi oħra perikolużi għas-saħħa?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Il-ħalib tal-baqar li jiġi ikkonsenjat lill-MDP jiġi ttestjat biex jiġu ikkontrollati ċ-ċelloli somatiċi fil-ħalib li huma indikazzjoni ta' taħsir fis-sider tal-baqar. Jekk dawn iċ-ċelloli somatiċi jkunu għoljin, il-ħalib ma jintużax. Isiru wkoll testijiet għar-residwi t'antibiotiċi u mediċi ohra u f'dan il-każ ukoll il-ħalib ma jixtużax. F'dan il-każ ir-razzett jiġi sospiz minn meta jinstab posittiv sakemm ir-residwi ma jibqawx jinstabu. L-irziezet jiġu mmultati jekk jinstabu posittivi għal dawn ir-residwi. Barra minn dawn it-testijiet, isiru testijiet oħra għal dawk ir-residwi kull tant żmien fuq numru ta' kampjuni meħuda skont il-MANCP (Multi Annual National Control Plan) li jservu bħala sorveljanza biex jikkonfermaw illi t-testijiet regolari imsemmija aktar il-fuq ikunu qed isiru. Barra minn hekk il-baqar kollha li huma wżati għall-ħalib huma ttestjati darbtejn kull sena għad-Deni Rqieq (Brucellosi) u Tuberkolozi. Dan il-mard ilu ma jidher numru kbir ta' snin iżda t-testijiet għadhom isiru.

Ħlas ta' xogħol li jsir fl-irziezet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-rata ta' €5.41 kull siegħa, li hija rata stabbilita mill-Unjoni Ewropea xi ħames snin ilu għall-ħlas tax-xogħol li jsir mill-proprjetarji tal-irziezet fl-istess irziezet tagħhom li jirrikorru għall-għajnuna, hijiex adegwata għaż-żminijiet tal-lum?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’seduta oħra.