Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #31824 Sitting 449 2012-02-22 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Ħaddiema fis-settur tal-Edukazzjoni — impjieg full-time

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm ħaddiema jaħdmu full-time fis-settur tal-Edukazzjoni f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar ta’ Ġunju u fl-aħħar ta’ Diċembru tal-2011? Kemm minnhom kienu fis-settur pubbliku? Kemm minnhom kienu nisa u kemm kienu rġiel? Kemm minnhom kienu self-employed?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 11 PQ #31825 Sitting 449 2012-02-22 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Ħaddiema fis-settur tas-saħħa u xogħol soċjali — impjieg full-time

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm ħaddiema jaħdmu full-time fis-settur tas-saħħa u xogħol soċjali f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar ta’ Ġunju u fl-aħħar ta’ Diċembru tal-2011? Kemm minnhom kienu fis-settur pubbliku? Kemm minnhom kienu nisa u kemm kienu rġiel? Kemm minnhom kienu self-employed?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Reġistrazzjoni taż-żwiemel tal-pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Korp tal-Pulizija jirreġistrax żwiemel? Jekk dawn jiġu reġistrati, jista' jgħid kemm żwiemel ġew reġistrati f'Malta u f'Għawdex? Jekk dawn iż-żwiemel ma jiġux reġistrati, x'inhi r-raġuni li f'Għawdex jinħarġu akkużi mill-istess pulizija dwar nuqqas ta' reġistrar tal-istess żwiemel?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija m’għadx ikollha dawn it-tip ta’ rapporti dwar bhejjem, skont kif hemm stipulat fir-Regolamenti dwar Rapport ta’ Annimali lill-Pulizija (L.S.10.07). Minkejja dan, infurmat illi l-Pulizija f’Għawdex irċeviet kwerela fil-konfront ta’ persuni sabiex jinbdew proċeduri kriminali, ai termini tal-istess Regolamenti peress li dawn għadhom fis-seħħ. Dawn il-proċeduri kriminali għadhom pendenti quddiem il-Qorti.
Leg 11 PQ #32025 Sitting 449 2012-02-22 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

livelli ta' żvilupp soċjali u ekonomiku bejn Għawdex u Malta

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern għamilx talba lill-Kummissjoni Ewropea biex tirraporta lill-Kunsill dwar is-sitwazzjoni ekonomika u soċjali t'Għawdex, u b'mod partikolari dwar l-inugwaljanza fil-livelli ta' żvilupp soċjali u ekonomiku bejn Għawdex u Malta kif imniżżel fid-Dikjarazzjoni dwar Għawdex annessa mat-Trattat ta’ Sħubija?. Jista’ jgħid jekk il-Gvern talabx lill-Kummissjoni biex tipproponi miżuri xierqa, kif meħtieġ, fil-qafas tal-politika reġonali Komunitarja jew ta' politiki Komunitarji rilevanti oħra, sabiex tiżgura li tkompli titnaqqas l-inugwaljanza bejn Għawdex u Malta, kif ukoll li jkun hemm iktar integrazzjoni ta' Għawdex fis-suq intern b'kondizzjonjiet ekwi? Jekk saret, meta saret din it-talba? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-talba magħmula lill-Kummissjoni? Jekk it-talba għadha ma saritx, għaliex u meta mistennija li ssir?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-Gvern ser jagħmel talba formali biex isir studju dwar il-bżonnijiet speċifiċi ta’ Għawdex u li l-Gvern diġa ġabar l-istatistika relevanti biex iressaq il-każ. Din l-istatistika ser tiġi preżentata forma ta’ rapport li qed jiġi mħejji u mistenni jkun lest sa l-aħħar ta’ Frar 2012. It-talba mistennija ssir hekk kif dan ir-rapport jitlesta.
Leg 11 PQ #32026 Sitting 449 2012-02-22 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — rapport dwar il-qagħda ekonomika u soċjali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-gvern ġabarx l-istatistika meħtieġa biex il-Kummissjoni Ewropea tkun tista’ tagħmel rapport dwar il-qagħda ekonomika u soċjali ta’ Għawdex kif stipulat fid-Dikjarazzjoni dwar Għawdex annessa mat-Trattat ta’ Sħubija? Jekk din l-istatistika għadha ma nġabritx, meta mistennija li tinġabar? Jista’jpjoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istatistika miġbura s’issa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-istatistika dwar il-qagħda ekonomika u soċjali ta’ Għawdex ġiet miġbura. Din l-istatistika ser tiġi ppreżentata forma ta’ rapport li qed jiġi mħejji u mistenni jkun lest sa l-aħħar ta’ Frar 2012. Dan ir-rapport se jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra hekk kif jitlesta.

Kumpaniji bir-residenza tagħhom reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm kumpaniji bir-residenza tagħhom f’Malta u f’Għawdex separatament reġistrati fir-Reġistru tal-Kumpaniji fl-aħħar ta’ Ġunju u fl-aħħar ta’ Diċembru tal-2011?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi fir Registru tal-Kumpaniji jirrizulta illi mill madwar 37,200 kumpaniji reġistrati u li huma effettivament fuq ir Registru (cioè mhux xolti jew struck off) huma 772 li għandhom l-indirizz reġistrat tagħhom sitwat ġewwa Għawdex. Ir-Registru tal-Kumpaniji m'għandux in-numru ta’ kemm kienu dawn il-kumpaniji fiż-żewġ dati msemmija.

Ħaddiema jaħdmu full-time fis-setturi finanzjarji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema jaħdmu full-time fis-settur tas-servizzi diretti ta’ intermedjazzjoni finanzjarja f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar ta’ Ġunju u fl-aħħar ta’ Diċembru tal-2011?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #31818 Sitting 448 2012-02-21 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Ħaddiema full-time fis-settur tas-servizzi finanzjarji

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm ħaddiema jaħdmu full-time fis-settur tas-servizzi diretti ta’ intermedjazzjoni finanzjarja f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar ta’ Ġunju u fl-aħħar ta’ Diċembru tal-2011? Kemm minnhom kienu fis-settur pubbliku? Kemm minnhom kienu nisa u kemm kienu rġiel? Kemm minnhom kienu self-employed?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 11 PQ #31819 Sitting 448 2012-02-21 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Xewkija — skola li tintuża bħala uffiċini

Question

Tista’ l-Ministru tgħid fejn waslu x-xogħlijiet li kellhom isiru fuq parti mill-iskola tax-Xewkija biex tintuża bħala uffiċini relatati ma' back office?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li bħalissa qed jiġu nstallati l-elettriku u s-soffitti u li nħarġet offerta għax-xiri ta' għamara għal dawn l-uffiċċji.
Leg 11 PQ #31820 Sitting 448 2012-02-21 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Trasferiment ta' xogħol ta' back-office

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li jiġi trasferit xogħol ta’ back-office minn Malta għal Għawdex matul din is-sena? Jekk fl-affermattiv, liema xogħol huwa maħsub li jiġi trasferit? Meta se jiġi trasferit? Fejn se jiġu akkomodati l-ħaddiema trasferiti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Gvern hu impenjat sabiex tittieħed kull possibilità ta’ trasferiment ta’ back-office work minn Malta għal Għawdex, kif diġà seħħ kemm-il darba, dejjem skont il-ħtiġijiet tas-Servizz Pubbliku u l-prijoritajiet tal-Amministrazzjoni minn żmien għal żmien.

Sptar Mater Dei — waiting list għall-operazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta’ nies li qegħdin fil-waiting lists għall-operazzjonijiet u għal servizzi oħra fl-Isptar Mater Dei? Jista’jagħti lista ta’ x’inhuma l-operazzjonijiet u s-servizzi l-oħra ta’ dawn il-waiting lists u jgħid kemm hu ż-żmien ta’ stennija f’kull każ? Jista’ jagħti dan it-tagħrif għal pazjenti residenti f’Malta u f’Għawdex rispettivament?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

informazzjoni dwar intrapriżi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm intrapriżi f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar ta’ Ġunju u ta’ Diċembru 2011 li kienu qed iwettqu attività ta’: a) innovazzjoni teknoloġika; b) innovazzjoni mhix teknoloġika; ċ) innovazzjoni sew teknoloġika kif ukoll innovazzjoni mhix teknoloġika? Jista’ jagħti dan it-tagħrif skont id-daqs ta’ kemm iħaddmu nies dawn l-intrapriżi?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi filwaqt li l-Malta Enterprise toffri għadd ta’ skemi lill-kumpaniji ta’ kull daqs biex tħeġġiġhom jkunu iktar innovattivi, l-istatistika miġbura tinkludi l-benefiċjarji u għaldaqstant ma tagħtix l-istampa kollha tal-attività innovattiva fil-pajjiż. Ta’ min jgħid li m’hemm l-ebda obbligu biex il-kumpaniji li jkunu qed iwettqu innovazzjoni fil-prodotti, servizzi jew proċessi tagħhom jinfurmaw lill-awtoritajiet dwar dan.

Investiment barrani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont totali ta’ investiment barrani f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar ta’ Diċembru 2010, fl-aħħar ta’ Ġunju u ta’ Diċembru 2011?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra News Release 33/2012 li l-NSO ħarġet fis-16 ta’ Frar 2012.
Leg 11 PQ #31812 Sitting 447 2012-02-20 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Studenti barranin fl-iskejjel f'Malta u Għawdex

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm studenti barranin fl-aħħar ta’ Ġunju u ta’ Diċembru 2011 fi skejjel pre-primarji, primarji, sekondarji u post-sekondarji f’Malta u f’Għawdex separatament? Tista’ tagħti din l-informazzjoni maqsuma skont skejjel statali, skejjel tal-knisja u skejjel indipendenti u skont in-nazzjonalità tal-istudenti?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant fir-rigward ta' Għawdex hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Fir-rigward tal-informazzjoni dwar studenti fi skejjel statali f'Malta nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #31813 Sitting 447 2012-02-20 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Studenti barranin fl-iskejjel Maltin u Għawdxin

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm studenti barranin fl-aħħar ta’ Ġunju u ta’ Diċembru 2011 fi skejjel pre-primarji, primarji, sekondarji u post-sekondarji f’Għawdex? Tista’ tagħti din l-informazzjoni maqsuma skont skejjel statali, skejjel tal-knisja u skejjel indipendenti u skont in-nazzjonalità tal-istudenti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Likwidazzjoni tal-kumpaniji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kumpaniji bir-residenza tagħhom f’Malta u f’Għawdex ġew likwidati kull xahar matul l-2011?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi fir-Reġistru tal-Kumpaniji, ma jinżammux reġistri tal-kumpaniji separati għal Malta u għal Ghawdex, imma reġistru uniku kif tirrikjedi il-liġi. Ninsab infurmat ukoll illi ir-Registru tal-Kumpanniji ma jżommx l-istatistika dwar kemm kumpaniji li għandhom l-uffiċċju reġistrat tagħhom f’Għawdex ġew likwidati fl-2011.

mergers ta' kumpaniji reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm mergers ta’ kumpaniji reġistrati f’Għawdex fl-2011?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi fir-Reġistru tal-Kumpaniji, ma jinżammux reġistri tal-kumpaniji separati għal Malta u għal Għawdex, imma Reġistru uniku kif tirrikjedi il-liġi, u ma tinżammx statistika dwar mergers ta’ kumpaniji li għandhom l-uffiċċju reġistrat tagħhom f’Għawdex.
Leg 11 PQ #31804 Sitting 446 2012-02-15 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — Xagħra - proġett tal-Qortin

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-grant agreement li jinkludi l-implementation u d-disbursement schedules dwar il-proġett għar-riabiltazzjoni, eċċ. tal-Qortin Xagħra Għawdex, Proġett Nru 118, iffirmat bejn il-benefiċjarju u l-Managing Authority skont ir-Regolamenti tal-Unjoni Ewropea għall-Implimentazzjoni ta’ proġetti ko-finanzjati mill-istess Unjoni Ewropea?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari se tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #31805 Sitting 446 2012-02-15 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

informazzjoni dwar il-popolazzjoni ekonomikament attiva

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienet, f’termini assoluti kif ukoll f’rati ta’ attività, il-popolazzjoni ekonomikament attiva f’Malta u Għawdex separatament fl-aħħar ta’ Marzu, fl-aħħar ta’ Ġunju, fl-aħħar ta’ Settembru u fl-aħħar ta’ Diċembru 2011? Kemm kienet il-popolazzjoni tax-xogħol f’Għawdex fl-istess żmien? Jista’ jagħti t-tagħrif mitlub maqsum f’irgiel u nisa?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #31806 Sitting 446 2012-02-15 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

informazzjoni dwar il-qasam tax-xogħol

Question

Tista’ l-Ministru tagħti l-informazzjoni hawn taħt mitluba rigward il-qasam tax-xogħol f’Malta u f’Għawdex, kull gżira għaliha, fl-aħħar ta’ Marzu, fl-aħħar ta’ Ġunju, fl-aħħar ta’ Settembru u fl-aħħar ta’ Diċembru 2011: (i) In-numru ta’ nies, skont il-grupp ta’ l-età tagħhom (15-24, 25-34, 35-44, 45-54, 55-64), (a) jaħdmu għal rashom, (b) impjegati, (ċ) qiegħda u (d) inattivi; (ii) ir-rata ta’ attività tal-popolazzjoni attivà ukoll skont il-grupp tal-età tagħhom; (iii) in-numru ta’ nies jaħdmu klassifikati skont l-attività ekonomika; u (iv) id-dħul gross annwali medju tan-nies jaħdmu skont l-attività ekonomika tagħhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.