Legislature:
Category:
Reset
Active:

vetturi kummerċjli li qasmu bil-vapur

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm vetturi kummerċjali qasmu (a) minn Għawdex għal Malta u (b) minn Malta għal Għawdex bil-vapuri tal-Gozo Channel mill-2000 sas-sena 2011? Jista’ jagħti dan it-tagħrif separatament għaċ-Ċirkewwa u għal Sa Maison?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi mill-2000 sas-sena 2011 il-Gozo Channel Co. Ltd biegħet 54,557 billjetti lill-vetturi kummerċiali ; 4,410 minn Sa Maison u 50,147 miċ-Ċirkewwa.

biljetti mibjugħa mill-Gozo Channel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inbiegħu biljetti mill-Gozo Channel għas-servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex xahar xahar minn Settembru 2008 sa Awwissu 2009 u minn Settembru 2009 sa Awwissu 2010 lill-: a) passiġġieri residenti f’Għawdex bil-vettura; b) passiġġieri residenti f’Għawdex bla vettura; ċ) passiġġieri residenti Malta bil-vettura d) passiġġieri residenti Malta bla vettura; e) passiġġieri barranin bil-vettura; u f) passiġġieri barranin bla vettura?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Għawdex — trasferiment ta’ proprjetà immobbli

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru atti pubbliċi dwar trasferiment ta’ proprjetà immobbli f’Għawdex kull xahar fl-2011?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fis-sena 2011 saru 14-il Att Pubbliku dwar trasferiment ta’ proprjetà immobbli f’Ghawdex. Dawn l-atti pubbliċi saru f’dawn ix-xhur, kif gej: Jannar 1 Frar 1 Marzu 1 April 0 Mejju 3 Ġunju 4 Lulju 2 Awwissu 1 Settembru 1 Ottubru 0 Novembru 0 Diċembru 0 Total 14

informazzjoni dwar id-dependency ratio

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien id-dependency ratio f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar ta’ kull sena mill-2006 ‘l hawn?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ilma li jiġi trasferit minn Malta għal Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31752 u jgħid kemm ilma ġie trasferit minn Malta għal Għawdex kull sena mill-2009 sal-2011? Jista’ jagħti din l-informazzjoni xahar b'xahar?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #32195 Sitting 451 2012-02-28 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Ftehim dwar tkabbir ta' siġar u pjanti ta' valur ġenetiku

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għal mistaqsijiet parlamentari 30436, 30940 u 31751 dwar ftehim għat-tkabbir ta' siġar u pjanti ta' valur ġenetiku, tista’ l-Ministru tgħid meta huwa mistenni li jiġi ffirmat il-ftehim?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-ftehim mal-Università ta' Malta dwar il-proġett ta' Ċentru Mediterranju fir-Riċerka, Żvilupp u Innovazzjoni ser jiġi ffirmat fil-ġimgħat li ġejjin.
Leg 11 PQ #32196 Sitting 451 2012-02-28 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bini mill-ġdid ta' Triq Mġarr, Rabat

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31803 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-grant agreement li jinkludi l-implementation u d-disbursement schedules dwar il-proġett tal-kontinwazzjoni tal-bini mill-ġdid tat-Triq Mġarr-Rabat u Rabat Proġett Nru 117 iffirmat bejn il-benefiċjarju u l-Managing Authority skont ir-Regolamenti tal-Unjoni Ewropea għall-Implimentazzjoni ta’ proġetti ko-finanzjati mill-istess Unjoni Ewropea?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li din it-triq tifforma parti minn “Major Project ” kif miftiehem taħt l-Artiklu 39 tar-Regolament 1083/2006. F’dan il-każ qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tad-Deċiżjoni relevanti tal-Kummissjoni Ewropea, li hi d-Deċiżjoni Prinċipali li qed tapprova l-proġett. L-Implementation u Disbursement Schedule kif wieħed isib fil-Grant Agreements ta’ proġetti “normali” jiġifieri mhux “major” ma teżistix. F’dan ir-rigward, Anness II tad-Deċiżjoni tirrapreżenta l-pjan għall-fini ta’ “impenji finanzjarji” mill-baġit Ewropew. Minħabba li dan il-proġett ġie approvat fl-2010, l-impenji għas-snin ta’ qabel jiġu trasferiti awtomatikament għas-snin ta’ wara kif deskritt fl-Artiklu 94 ta’ l-istess Regolament. Fl-aħħar nixtieq nagħrraf li skont il-pjan tat-Transport Malta t-triq imsemmija f’din il-mistoqsija hi mistennija li tkun lesta għal nofs din is-sena.
Leg 11 PQ #32197 Sitting 451 2012-02-28 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Titkabbar il-kapaċita tal-ħażna tal-ilma fil-widien

Question

B’referenza għat-tweġiba li tat għal mistoqsija parlamentari 31754 fejn intalbet tgħid jekk sarux xi studji jew hemmx xi pjan biex titkabbar il-kapaċità tal-ħażna tal-ilma fil-widien f’Għawdex, tista' l-Ministru tgħid xi trid tfisser meta qalet li “sa issa huwa ppjanat li tiżdied il-ħażna tal-ilma iżda mhux fil-widien”? Tista’ tgħid kif inhu maħsub li tiżdied il-ħażna tal-ilma?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-ħażna tal-ilma ser tiżdied peress li l-Ministeru għal Għawdex qiegħed jaħdem fuq il-bini ta' ġibjuni ġodda fil-proġetti li qed jitwettqu fejn dan ikun possibbli, ir-restawr ta' ġibjuni eżistenti u li tingħata għajnuna permezz ta' l-iskemi eżistenti għall-bini ta' ġibjuni ġodda minn għaqdiet u kunsilli lokali.
Leg 11 PQ #32198 Sitting 451 2012-02-28 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Ħsarat li saru fi Triq ix-Xlendi

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 31753, tista' l-Ministru tgħid jekk sarx rapport tal-ħsarat li saru fit-Triq tax-Xlendi u jekk fl-affermattiv tista' tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport? Jekk ma sarx rapport, għaliex ma sarx? Min hu l-kuntrattur li assuma r-responsabbiltà tal-ħsarat li saru? X’kienu dawn il-ħsarat?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kopja tar-rapport mitlub qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-kuntrattur responsabbli mix-xogħlijiet huwa JPF JV.

Volum tad-drenaġġ iġġenerat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-volum ta’ drenaġġ iġġenerat kull sena f’Malta u f’Għawdex separatament mill-2000 sal-2011?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għandha records biss mill-2007 ‘l quddiem dwar kemm jinġabar drenaġġ fis-sena. Din l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Rappreżentant konsulari mill-Ambaxxata Kanadiża

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid meta rappreżentant konsulari mill-ambaxxata Kanadiża li hija f'Ruma se jiġi nominat hawn Malta peress li dan in-nuqqas qiegħed jikkawża hardship kbir lill-ħafna familji f'Malta li sempliċement għall-attestazzjoni tal-firma, wieħed ikun mitlub imur Ruma?

Response (BORG, TONIO)

Filwaqt li nifhem li n-nuqqas ta' Konslu Onorarju Kanadiż f''Malta jista jikkawża diffikultajiet għal persuni Maltin li għandhom bżonn is-servizz tiegħu, ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-nomina ta' Konslu Onorarju għall-Kanada f'Malta trid issir billi l-Gvern tal-Kanada jipproponi lil xi persuna għal din il-kariga. Ir-rwol tal-Ministeru tiegħi tkun li japprova jew le in-nomina ta' din il-persuna. S'issa għadha ma waslet ebda nomina għal din il-pożizzjoni.

Interventi fl-Isptar San Luqa u fl-Isptar Mater Dei

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31802 u jgħid kemm saru interventi fl-Isptar San Luqa u f’Mater Dei kull sena mill-2006 sal-2011 ta' Endoskopija; Sistoskopija; Gastroskopija; Kolonoskopija; ERCP u Bronkoskopija? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-pazjenti kienu residenti f’Għawdex f’kull każ?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Operazzjoni fl-Isptar San Luqa u fl-Isptar Mater Dei

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31801 u jgħid kemm saru operazzjonijiet fl-Isptar San Luqa u f’Mater Dei kull sena mill-2006 sal-2011 fl-oqsma segwenti: Kirurġija ġenerali; Uroloġija; Vaskulari; Neurokirurkija; Sider; ENT; Ginokoloġija; Obstetrija; Pedjatrija; Kirurġija kardijaka u Oqsma oħra? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-pazjenti kienu redsidenti f’Għawdex f’kull każ?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Outpatients Department

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 31800 dwar kemm pazjenti residenti f’Għawdex irċevew servizzi fl-Outpatients Department fl-Isptar San Luqa u fl-Isptar Mater Dei kull sena mill-2006 sal-2011, jista’ l-Ministru jagħti t-tagħrif skont il-kliniċi li attendew?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #32192 Sitting 450 2012-02-27 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali ta' Għawdex — Servizz ta' outpatients

Question

Tista’ l-Ministru tgħid liema kliniċi fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex jagħtu servizz ta’ outpatients? Tista’ tgħid kemm pazjenti ngħataw servizz minn kull klinika kull sena mill-2006 sal-2011?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #32193 Sitting 450 2012-02-27 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Persuni jaħdmu f'għawdex

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm persuni jaħdmu f'Għawdex fl-aħħar ta’ Ġunju 2011 u fl-aħħar ta’ Diċembru 2011 bħala: 1) full-time; 2) part-time bħala x-xogħol ewlieni tagħhom; 3) part-time bħala x-xogħol sekondarju tagħhom a) fil-lukandi u b) fir-ristoranti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onorevoli interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Gozo Channel — Public Service Contract

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29303 u jgħid min huwa r-related party li flimkien miegħu il-Gozo Channel co. għamlet l-offerat biex tkompli topera is-servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim, jekk sar, bejn il-Gozo Channel Co u r-related party? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li sar bejn il-Gozo Channel Co – u msieħba oħra jekk hemm – dwar it-tmexxija tas-servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex taħt it-tender il-ġdida? Sar Public Service Contract mal-Gvern? Jekk fl-affermattiv, jista’ jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 30082.

Ħlas ta' Fondi Ewropej

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu fondi Ewropej f’Għawdex s’issa kull sena sal-lum taħt il-programm finanzjarju 2007-2013 f’Malta u f’Għawdex separatament? Jista’ jgħid fuq liema proġetti/miżuri eċċ. tħallsu u kemm tħallsu fuq kull proġett, skema, eċċ.?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli interpellant jpoġġi din il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli għal-Għawdex.

trasferiment ta' ilma minn Malta għal Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ilma ġie trasferit minn Malta għal Għawdex kull sena mill-2009 sal-2011? Jista’ jagħti din l-informazzjoni xahar b'xahar?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba rigward it-trasferiment tal-ilma minn Malta għal Għawdex tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #31822 Sitting 449 2012-02-22 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Ħaddiema fis-settur tal-lukandi u ristoranti — impjieg full-time

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm ħaddiema jaħdmu full-time fis-settur tal-lukandi u ristoranti f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar ta’ Ġunju u fl-aħħar ta’ Diċembru tal-2011? Kemm minnhom kienu fis-settur pubbliku? Kemm minnhom kienu nisa u kemm kienu rġiel? Kemm minnhom kienu self-employed?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.