Sptar Mater Dei — riżultat tas-CT Scans aċċessibli
Question
Peress li r-riżultati tas-CT Scans li jsiru f'Għawdex huma aċċessibbli mill-isptar f'Malta, jista’ l-Ministru jgħid għaliex dawn ir-riżultati ma jiġux rapportati f’Għawdex taħt is-superviżjoni online f’Malta?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Public Service Contract bejn il-Gvern u l-Gozo Channel
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Public Service Contract fis-seħħ bħalissa li l-Gvern għamel mal-Gozo Channel Company għas-servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt in kwistjoni.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30081, jista’ l-Ministru issa jgħid kemm kien l-ammont totali ta’ investiment barrani, f’Malta u f’Għawdex separatament, fl-aħħar ta’ Ġunju, fl-aħħar ta’ Settembru u fl-aħħar ta’ Diċembru 2011?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 31811.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29309 fejn qalet li, “fil-ġimgħat li ġejjin se jiġu ffirmati l-kuntratti għall-konċessjoni tal-oqbra” fiċ-Ċimiterju ta’ Santa Marija u li “fil-ġranet li ġejjin għandha tittieħed deċiżjoni finali mill-MEPA”, tista’ l-Minstru tgħid jekk il-kuntratti sarux? Jekk ma sarux x’qed iżomm milli jsiru? Tista’ tgħid jekk l-offerta għall-bini ta’ dawn l-oqbra ħarġitx? Jekk ma ħarġitx, għaliex? Jekk ħarġet meta ħarġet? Meta għalqet? Kemm se jinbnew oqbra? Kemm hu stmat li jiswa dal-kuntratt? Kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal konċessjoni ta’ oqbra?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li riċentament inħareġ il-permess tal-MEPA u fil-futur qarib ser isiru l-kuntratti għall-bejgħ tal-oqbra. Se jinbnew 457 oqbra u l-applikazzjonijiet pendenti għall-konċessjoni ta' oqbra jammontaw għal 279 fil-preżent. Il-prezz ta' qabar kif stipulat fl-Avviż Legali 377 tas-sena 2007 hu ta' €2329.37.
Spejjeż oħra in konnessjoni mal-kuntratt huma:
Taxxa tal-Boll €116.47
Tariffa tar-Reġistru Pubbliku €2.33
Tariffa tar-Reġistru tal-Artijiet €13.98
Ħlas tan-Nutar €46.59
Ħlas tal-Value Added Tax (VAT) €8.39.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il cruise liner huwa kkonfermat li se jżur Għawdex matul l-2012? Liema huma u kemm-il darba se jżur Għawdex kull wieħed minnhom? Kemm iġorr passiġġieri kull wieħed minnhom? Fejn se jankra kull wieħed minnhom?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma l-Onor Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Rapport dwar il-qagħda ekonomika u soċjali ta' Għawdex
Question
Nirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 32025 dwar rapport dwar il-qagħda ekonomika u soċjali ta’ Għawdex kif stipulat fid-Dikjarazzjoni dwar Għawdex annessa mat-Trattat ta’ Sħubija, peress li fit-tweġiba tiegħu l-Prim Ministru qal li l-istatistika dwar il-qagħda ekonomika u soċjali ta’ Għawdex ġiet miġbura u se tiġi ppreżentata forma ta’ rapport li qed jiġi mħejji, li mistenni jkun lest sa l-aħħar ta’ Frar 2012, liema rapport kellu jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra hekk kif jitlesta, jista’ l-Prim Minstru jgħid jekk ir-rapport tlestiex? Jekk tlesta, jista’ jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma tlestiex, jista’ jagħti r-raġuni għaliex għadu ma tlestiex?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 32460. Ninsab infurmat li l-istatistika ġiet kompjuta forma ta’ rapport, liema abozz qiegħed jiġi eżaminat. Dan ir-rapport se jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra hekk kif jitlesta.
Għawdex — Dipartiment tal-Gvern Lokali - proċess biex jintgħażel il-back office
Question
B’referenza għat-tweġiba mogħti għall-mistoqsija parlamentari 30426 fejn qal li li d-Dipartiment tal-Gvern Lokali beda l-proċess sabiex jinżel f’Għawdex il-back office tiegħu fosthom il-Monitoring Unit, jista' l-Prim Ministru jgħid meta hu mistenni li jiġi trasferit dan ix-xogħol? Kemm impjegati se jkunu trasferiti? X’inhuma l-gradi tagħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-Unit għandu 11-il uffiċjal:
Head of Unit: 1 Officer in Scale5
Monitoring Officers: 3 (2 Officer in Scale 7 u 1 Senior Principal)
Administration: 1 (Clerk Scale 16)
F.S.U. Gozo: 6 (1 – Senior Technical Officers, 3 Assistant Technical Officers, 1 Assistant Foreman, 1 Senior Operative)
L-impjegati kollha ġew trasferiti biex iffurmaw dan il-Unit.
Programm Operattiv I tal-Politika ta’ Koeżjoni Ewropea — Fond ta’ Koeżjoni
Question
Jista’ l- Prim Ministru jgħid liema huma l-proġetti diġà approvati taħt Programm Operattiv I tal-Politika ta’ Koeżjoni Ewropea 2013-2017 – Fond ta’ Koeżjoni - li minnhom se jibbenefika Għawdex? Min huwa l-benefiċjarju f’kull proġett? Kemm hu l-ammont ta’ fondi li se jibbenefika? Liema minn dawn il-proġetti diġà tlestew? Liema huma dawk li diġà nbdew? Meta nbdew u għadhom ma tlestewx? Meta mistennija li jitlestew? Dawk li għadhom ma nbdewx, meta mistennija li jibdew u jitlestew? Jista’ jgħid kemm tħallsu flus s’issa, kemm hemm flus kommessi biex jitħallsu f’kull każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq ninforma lill-Oneroveli Interpellant li d-diskussjonijiet dwar il-baġit u l-qafas leġislattiv għall-perjodu wara l-2013 għadhom għaddejjin.
Programm Operattiv II tal-Politika ta’ Koeżjoni Ewropea 2013-2017 — Foni Strutturali
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema huma l-proġetti diġà approvati taħt Programm Operattiv II tal-Politika ta’ Koeżjoni Ewropea 2013-2017 – Foni Strutturali - li minnhom se jibbenefika Għawdex? Min huwa l-benefiċjarju f’kull proġett? Kemm hu l-ammont ta’ fondi li bbenefika/se jibbenefika? Liema minn dawn il-proġetti diġà tlestew? Liema huma dawk li diġà nbdew? Meta nbdew u għadhom ma tlestewx? Meta mistennija li jitlestew? Dawk li għadhom ma nbdewx, meta mistennija li jibdew u jitlestew? Jista’ jgħid kemm tħallsu flus s’issa u kemm hemm flus kommessi biex jitħallsu f’kull każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq ninforma lill-Oneroveli Interpellant li d-diskussjonijiet dwar il-baġit u l-qafas leġislattiv għall-perjodu wara l-2013 għadhom għaddejjin.
Programm Operattiv II tal-Politika ta’ Koeżjoni Ewropea 2013-2017 — Fondi Strutturali
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema huma l-iskemi ta’ għajnuna diġà approvati taħt Programm Operattiv II tal-Politika ta’ Koeżjoni Ewropea 2013-2017 – Fondi Strutturali - li minnhom se jibbenefika Għawdex? Min huwa l-intermediate body taħt kull skema? Kemm hu l-ammont ta’ fondi li bbenefika/se jibbenefika? Liema minn dawn l-iskemi diġà tlestew? Liema huma dawk li diġà nbdew u għadhom ma tlestewx? Meta nbdew? Meta mistennija li jitlestew? Dawk li għadhom ma nbdewx, meta mistennija li jibdew u jitlestew? Jista’ jgħid kemm tħallsu flus s’issa u kemm hemm flus kommessi biex jitħallsu f’kull każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq ninforma lill-Oneroveli Interpellant li d-diskussjonijiet dwar il-baġit u l-qafas leġislattiv għall-perjodu wara l-2013 għadhom għaddejjin.
Programmi Operattivi I u II tal-Politika ta’ Koeżjoni Ewropea 2013-2017 — Fondi Strutturali u Fond ta’ Koeżjoni
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi proġetti/skemi taħt il-Programmi Operattivi I u II tal-Politika ta’ Koeżjoni Ewropea 2013-2017 – Fondi Strutturali u Fond ta’ Koeżjoni – li huma proposti u li qed jistennew l-approvazzjoni tal-Gvern li minnhom se jibbenefika Għawdex? Liema huma dawn il-proġetti/skemi? Kemm se jibbenefika f’kull każ? Meta mistennija li jiġu approvati mill-Gvern?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq ninforma lill-Oneroveli Interpellant li d-diskussjonijiet dwar il-baġit u l-qafas leġislattiv għall-perjodu wara l-2013 għadhom għaddejjin.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 32202, jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni u jgħid kemm vetturi kummerċjali qasmu (a) minn Għawdex għal Malta u (b) minn Malta għal Għawdex bil-vapuri tal-Gozo Channel sena sena mill-2000 sas-sena 2011? Jista’ jagħti dan it-tagħrif separatament għaċ-Ċirkewwa u għal Sa Maison?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
livelli ta' żvilupp soċjali u ekonomiku bejn Għawdex u Malta
Question
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 32025 dwar talba lill-Kummissjoni Ewropea biex tirraporta lill-Kunsill dwar is-sitwazzjoni ekonomika u soċjali t'Għawdex, u b'mod partikolari dwar l-inugwaljanza fil-livelli ta' żvilupp soċjali u ekonomiku bejn Għawdex u Malta kif imniżżel fid-Dikjarazzjoni dwar Għawdex annessa mat-Trattat ta’ Sħubija, jista’ l-Prim Ministru jgħid xi tkun il-pożizzjoni tal-gvern jekk il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax li tevalwa t-talba li jagħmel il-gvern? Jista’ jgħid jekk din it-talba da parti tal-gvern tfissirx li l-gvern aċċetta li Malta mhijiex se tidħol taħt Objectiv One għall-Programm Baġitarju tal-EU għal 2014-2020? Jista' l-Prim Ministru jpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport ta' statistika dwar Għawdex li għandu jintbagħat lill-Kummissjoni Ewropea?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-gvern jifhem li ġaladarba ssir it-talba minn Malta, l-kummissjoni għandha l-obbligu li tevalwa din it-talba.
Din it-talba ser ssir mingħajr preġudizzju għall-eliġibiltà ta’ Malta taħt il-Politika ta’ Koeżjoni, bil-għan li jiggarantixxi l-għajnuna li ħaqqha Malta għall-perjodu 2014-2020. Ta’ min jinnota li dan is-suġġett ser jifforma parti minn ftehim globali fuq il-Baġit tal-UE għal perjodu 2014-2020 u li huwa mistenni li jintlaħaq sa l-aħħar ta’ l-2012. Nixtieq ukoll niġbed l-attenzjoni ta’ l-Onorevoli Interpellant li l-
Objective One
ma baqax jeżisti wara 2006 u ġie sostitwit bl-għan ta’ konverġenza.
Rigward ir-rapport li qed jiġi mħejji mill-gvern, ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-istatistika ġiet kompjuta forma ta’ rapport, liema abozz qiegħed jiġi eżaminat. Dan ir-rapport se jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra hekk kif jitlesta.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema jaħdmu full-time fis-settur tas-saħħa u xogħol soċjali f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar ta’ Ġunju u fl-aħħar ta’ Diċembru tal-2011? Kemm minnhom kienu fis-settur pubbliku? Kemm minnhom kienu nisa u kemm kienu rġiel? Kemm minnhom kienu self-employed?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 32456.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema jaħdmu full-time fis-settur tal-Edukazzjoni f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar ta’ Ġunju u fl-aħħar ta’ Diċembru tal-2011? Kemm minnhom kienu fis-settur pubbliku? Kemm minnhom kienu nisa u kemm kienu rġiel? Kemm minnhom kienu self-employed?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 32456.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema jaħdmu full-time fis-settur tal-lukandi u ristoranti f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar ta’ Ġunju u fl-aħħar ta’ Diċembru tal-2011? Kemm minnhom kienu fis-settur pubbliku? Kemm minnhom kienu nisa u kemm kienu rġiel? Kemm minnhom kienu self-employed?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 32456.
Programm Operattiv I tal-Politika ta' Koeżjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema huma l-proġetti diġà approvati taħt Programm Operattiv I tal-Politika ta’ Koeżjoni Ewropea 2013-2017 – Fondi Strutturali - li minnhom se jibbenefika Għawdex? Min huwa l-benefiċjarju f’kull proġett? Kemm hu l-ammont ta’ fondi li bbenefika/se jibbenefika? Liema minn dawn il-proġetti diġà tlestew? Liema huma dawk li diġà nbdew? Meta nbdew u għadhom ma tlestewx? Meta mistennija li jitlestew? Dawk li għadhom ma nbdewx, meta mistennija li jibdew u jitlestew? Jista’ jgħid kemm tħallsu flus s’issa, kemm hemm flus kommessi biex jitħallsu f’kull każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq ninforma lill-Oneroveli Interpellant li d-diskussjonijiet dwar il-baġit u l-qafas leġislattiv għall-perjodu wara l-2013 għadhom għaddejjin.
Programm Operattiv I tal-Politika ta’ Koeżjoni Ewropea 2013-2017 — Fondi Strutturali
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema huma l-iskemi ta’ għajnuna diġà approvati taħt Programm Operattiv I tal-Politika ta’ Koeżjoni Ewropea 2013-2017 – Fondi Strutturali - li minnhom se jibbenefika Għawdex? Min huwa l-intermediate body taħt kull skema? Kemm hu l-ammont ta’ fondi li bbenefika/se jibbenefika? Liema minn dawn l-iskemi diġà tlestew? Liema huma dawk li diġà nbdew u għadhom ma tlestewx? Meta nbdew? Meta mistennija li jitlestew? Dawk li għadhom ma nbdewx, meta mistennija li jibdew u jitlestew? Jista’ jgħid kemm tħallsu flus s’issa, kemm hemm flus kommessi biex jitħallsu f’kull każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq ninforma lill-Oneroveli Interpellant li d-diskussjonijiet dwar il-baġit u l-qafas leġislattiv għall-perjodu wara l-2013 għadhom għaddejjin.
Sptar Mater Dei — waiting list għall-operazzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31821 u jgħid x'inhu n-numru ta’ nies li qegħdin fil-waiting lists għall-operazzjonijiet u għal servizzi oħra fl-Isptar Mater Dei? Jista’jagħti lista ta’ x’inhuma l-operazzjonijiet u s-servizzi l-oħra ta’ dawn il-waiting lists u jgħid kemm hu ż-żmien ta’ stennija f’kull każ? Jista’ jagħti dan it-tagħrif għal pazjenti residenti f’Malta u f’Għawdex rispettivament?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.