Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30719 u jgħid kemm tħallsu fondi Ewropej kull sena mill-2007 sal-lum taħt il-programm finanzjarju 2007-2013 f’Malta u f’Għawdex separatament? Jista’ jgħid fuq liema proġetti/miżuri eċċ. tħallsu u kemm tħallsu fuq kull proġett, skema, eċċ.?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għar-risposta 30937.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30730, tista’ l-Ministru tgħid x’sar fuq dawn iż-żewġ master plans mill-5 ta’ Diċembru 2011 sal-lum?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
M'għandi xejn xi nżid mar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 30730.
Għawdex — Xewkija - sit tal-Barmil - Public Private Partnership - spazju industrijali
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30729, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-imsemmija sejħa għall-offerti ħarġitx? Jekk ħarġet meta u x’inhu n-numru tagħha?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi s-sejħa għall-offerti għadha ma ħarġitx peress li qed jiġu ffinalizzati punti tekniċi.
B’refereza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 32199, jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-volum ta’ drenaġġ iġġenerat kull sena f’Malta u f’Għawdex separatament mill-2000 sal-2011 peress li hu naqas li jagħti l-volumi għal Għawdex?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Fondi ta' politika ta' koezjoni għall-programm baġitarju 2007 — 2013
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema huma l-proġetti approvati s’issa li huma ko-finanzjati mill-fondi tal-Politika ta’ Koeżjoni għall-Programm Baġitarju 2007-2013 tal-Unjoni Ewropea u li minnhom se jibbenefika Għawdex? X’inhuwa l-benefiċċju għal Għawdex f’kull każ? Kemm mistennija li tkun in-nefqa f’Għawdex fuq kull proġett? Meta suppost li beda/se jibda jiġi implimentat kull porġett? Meta tlesta jew mistenni li jitlesta kull proġett?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari se tingħata f’seduta oħra.
Programm Operattiv I — Politika ta' Koezjoni Ewropea 2007 - 2013 - fondi strutturali
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema huma l-proġetti diġà approvati taħt Programm Operattiv I tal-Politika ta’ Koeżjoni Ewropea 2007-2013 – Fondi Strutturali - li minnhom se jibbenefika Għawdex? Min huwa l-benefiċjarju f’kull proġett? Kemm hu l-ammont ta’ fondi li bbenefika/se jibbenefika? Liema minn dawn il-proġetti diġà tlestew? Liema huma dawk li diġà nbdew? Meta nbdew u għadhom ma tlestewx? Meta mistennija li jitlestew? Dawk li għadhom ma nbdewx, meta mistennija li jibdew u jitlestew? Jista’ jgħid kemm tħallsu flus s’issa, kemm hemm flus kommessi biex jitħallsu f’kull każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari se tingħata f’seduta oħra.
Programm Operattiv II — Politika ta' Koezjoni Ewropea 2007 - 2013
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema huma l-iskemi ta’ għajnuna diġà approvati taħt Programm Operattiv II tal-Politika ta’ Koeżjoni Ewropea 2007-2013 – Fondi Strutturali - li minnhom se jibbenefika Għawdex? Min huwa l-intermediate body taħt kull skema? Kemm hu l-ammont ta’ fondi li bbenefika/se jibbenefika? Liema minn dawn l-iskemi diġà tlestew? Liema huma dawk li diġà nbdew u għadhom ma tlestewx? Meta nbdew? Meta mistennija li jitlestew? Dawk li għadhom ma nbdewx, meta mistennija li jibdew u jitlestew? Jista’ jgħid kemm tħallsu flus s’issa, kemm hemm flus kommessi biex jitħallsu f’kull każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari se tingħata f’seduta oħra.
Programm Operattiv I — Politika ta' Koezjoni Ewropea 2007 - 2013 - Fond ta' Koezjoni
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema huma l-proġetti diġà approvati taħt Programm Operattiv I tal-Politika ta’ Koeżjoni Ewropea 2007-2013 – Fond ta’ Koeżjoni - li minnhom se jibbenefika Għawdex? Min huwa l-benefiċjarju f’kull proġett? Kemm hu l-ammont ta’ fondi li se jibbenefika? Liema minn dawn il-proġetti diġà tlestew? Liema huma dawk li diġà nbdew? Meta nbdew u għadhom ma tlestewx? Meta mistennija li jitlestew? Dawk li għadhom ma nbdewx, meta mistennija li jibdew u jitlestew? Jista’ jgħid kemm tħallsu flus s’issa, kemm hemm flus kommessi biex jitħallsu f’kull każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari se tingħata f’seduta oħra.
Programm Operattiv II — Politika ta' Koeżjoni Ewropea 2007 - 2013 - Fondi strutturali
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema huma l-proġetti diġà approvati taħt Programm Operattiv II tal-Politika ta’ Koeżjoni Ewropea 2007-2013 – Fondi Strutturali - li minnhom se jibbenefika Għawdex? Min huwa l-benefiċjarju f’kull proġett? Kemm hu l-ammont ta’ fondi li bbenefika/se jibbenefika? Liema minn dawn il-proġetti diġà tlestew? Liema huma dawk li diġà nbdew? Meta nbdew u għadhom ma tlestewx? Meta mistennija li jitlestew? Dawk li għadhom ma nbdewx, meta mistennija li jibdew u jitlestew? Jista’ jgħid kemm tħallsu flus s’issa u kemm hemm flus kommessi biex jitħallsu f’kull każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jaħdmu f'Għawdex fl-aħħar ta’ Ġunju 2011 u fl-aħħar ta’ Diċembru 2011 bħala: 1) full-time; 2) part-time bħala x-xogħol ewlieni tagħhom; 3) part-time bħala x-xogħol sekondarju tagħhom a) fil-lukandi u b) fir-ristoranti?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel d-domanda tiegħu lill-Ministru responsabbli mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tfal Għawdxin li hemm bżonn li dwarhom tinħareġ protection order? X'inhi r-raġuni li dawn il-protection orders mhumiex jinħarġu?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bhalissa m'hemmx tfal Ghawdxin li dwarhom hemm bzonn tinhareg protection order.
Impjegati ta' dipartiment tal-Gvern u ta' korpi parastatali — xogħol ta' back office
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm impjegati ta’ dipartimenti tal-gvern u ta’ korpi parastatali ġew trasferiti mill-1984 sal-lum minn Malta għal Għawdex biex jagħmlu xogħol ta’ back office? Jista’ jagħti din l-informazzjoni skont (i) id-dipartiment jew korp parastatali minn fejn ġew trasferiti; (ii) in-natura u t-tip tax-xogħol li ġie trasferit għal Għawdex; (iii) il-grad tal-ħaddiema trasferiti; u (iv) d-data tat-trasferiment?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Niġbed l-attenzjoni li l-Onorevoli Interpellant qed jitlob informazzjoni li tmur lura 28 sena. Dan ifisser li sabiex tinġabar l-informazzjoni mitluba, l-Gvern għandu bżonn jiddedika diversi riżorsi umani li nemmen li jistgħu jintużaw b’mod ħafna aħjar u iktar produttiv. Għalhekk, jekk ma jkollix raġuni suffiċjenti, ma nħoss li jkun sew li nuża dawn ir-riżorsi sabiex niġbor din l-istatistika.
L-Imġarr — car park tat-terminal - spazji ta' parkeġġ
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm spazji ta’ parkeġġ hemm fil-car park tat-terminal tal-Imġarr? Jista’ jgħid kemm minn dawn l-ispazji huma riservati u għal min huma riservati? Jista’ jagħti din l-informazzjoni bin-numru ta’ spazji riservati?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-offerta għall-bini ta’ pixxini fir-Rabat Għawdex ħarġitx? Jekk iva x'inhu n-numru tagħha? Jekk le, x’qed iżomm milli tinħareġ? Fejn wasal il-proċess? Tista’ tgħid jekk dan il-proġett hux ko-finanzjat minn fondi Ewropej ukoll?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-offerta għall-bini ta' pixxina fir-Rabat Għawdex għadha ma ħarġitx. It-Tender for the Construction of Hoarding and Earth works at the Gozo Natatorium (Swimming Pool) qiegħda fil-proċess biex tiġi vvetjata mid-Dipartiment tal-Kuntratti. Dan il-proġett m'huwiex ko-finanzjat minn fondi Ewropej.
Università ta' Malta — studenti barranin li qed isegwu korsijiet
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm studenti barranin isegwu korsijiet fl-Università ta' Malta? Tista' tagħti dan it-tagħrif skont in-nazzjonalità tagħhom u skont il-kors li qed isegwu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk wieħed għandux bżonn il-permess tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex jiksi passaġġ fir-raba bil-konkrit?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onorevoli Intepellant li normalment dan it-tip ta' xogħol jirrikjedi permess tal-MEPA sakemm ma jkunx xogħol ta' manutenzjoni. Peress li kull każ hemm bżonn li jiġi evalwat fuq il-merti tiegħu, jkun aħjar jekk l-Onor. Interpellant jagħti l-informazzjoni preċiża biex dan jiġi ivverifikat.
Direttur Ġenerali tal-proġetti settorali — żvilupp u implementazzjoni ta strategy and support
Question
Tista’ l-Ministru tgħid liema huma l-proġetti settorali li d-Direttur Ġenerali (Strategy and Support) hija responsabbli għall-iżvilupp u implimentazzjoni tagħhom? X’inhija r-responsabilità tagħha fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ dawn il-proġetti?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Direttorat Ġenerali (Strategy and Support) huwa responsabbli minn tliet dipartimenti li fil-preżent qed jimplimentaw proġetti relatati mas-setturi tat-turiżmu, ambjent, infrastruttura bażika u żvilupp tar-riżorsi umani.
Ir-responsabiltajiet tad-Direttur Ġenerali (Strategy and Support) huma speċifikati fil-position description marbuta ma' din il-pożizzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu fondi Ewropej s’issa kull sena sal-lum taħt il-programm finanzjarju 2007-2013 f’Malta u f’Għawdex separatament? Jista’ jgħid fuq liema proġetti/miżuri eċċ. tħallsu u kemm tħallsu fuq kull proġett, skema, eċċ.?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu l-Uffiċju tal-Prim Ministru.