Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #34446 Sitting 472 2012-05-14 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Triq San Leondaru, triq ix-Xagħra u Triq ta' Ħamet - upgrading tal-junctions

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta l-Ministeru bi ħsiebu jagħmel upgrading tal-junctions fi Triq San Leonardu ma' Triq ix-Xagħra u mat-Triq ta' Ħamet?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-upgrading tal-junction imsemmija fil-Mistoqsija Parlamentari se ssir aktar 'il quddiem meta jkun possibbli u wara li tkun lesta Triq l-Imġarr.

L-Imġarr — car park tat-terminal - spazji ta' parkeġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm spazji ta’ parkeġġ hemm fil-car park tat-terminal tal-Imġarr? Jista’ jgħid kemm minn dawn l-ispazji huma riservati u għal min huma riservati? Jista’ jagħti din l-informazzjoni bin-numru ta’ spazji riservati?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-parkeġġ tal-Imġarr hemm 141 postijiet tal-vetturi u 6 tal-muturi. Min dawn: 5 huma riservati għal persuni b'diżabilità. 7 huma riservati għal-Management tal-Gozo Channel u 6 huma mikrija lil car hire companies li għandhom facilitajiet ġewwa t-terminal tal-Imġarr.

Nefqa tal-gvern fuq djar privata

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 33577, jista’ l-Ministru jgħid x’kienet in-nefqa tal-Gvern fuq kull dar privata? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ ftehim li hemm bejn il-Gvern u kull dar privata li qed ikun hemm nefqa pubblika fuqha?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #34286 Sitting 471 2012-05-09 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Approvazzjoni tal-Bord għas-servizz ta' għajnuna fid-djar

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 33585, tista’ l-Ministru tagħti lokalità lokalità f’Għawdex (i) in-numru ta’ anzjani u households li għandhom l-approvazzjoni tal-Bord għas-servizz ta’ għajnuna fid-djar u għadhom ma nagħtawx is-servizz u (ii) n-numru ta’ sigħat ta’ servizz li għandhom approvati?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #34206 Sitting 470 2012-05-09 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

xiri ta' sodod għall-anzjani

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hux possibli li l-anzjani Għawdxin jiġu trattati bħal ħuthom Maltin fis-sens li l-gvern f'Għawdex għar-rigward l-anzjani jixtri numru ta' sodod mill-privat bħalma jsir f'Malta?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li r-Residenzi tal-Anzjani tal-Gvern f'Għawdex qegħdin ġeneralment jissodisfaw id-domanda preżenti.
Leg 11 PQ #34207 Sitting 470 2012-05-09 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Studneti Għawdix — dikjarazzjoni

Question

Tista' l-Ministru tispjega x'inhi r-raġuni li studenti universitarji Għawdxin qegħdin jiġu mġiegħla jiffirmaw dikjarazzjoni li huma kuljum jmorru u jiġu minn Malta?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li sal-aħħar tas-sena 2011, l-istudenti Universitarji residenti f'Għawdex kienu rikjesti jiffirmaw dikjarazzjoni li permezz tagħha kienu jikkonfermaw in-numru ta' ġranet li fihom vjaġġaw bejn il-gżejjer. Din l-iskema ġiet riveduta u mill-1 ta' Jannar 2012 kull student li jattendi l-UOM, MCAST u l-ITS ser jingħata ammont fiss kull tliet xhur matul is-sena akkademika. B'hekk tneħħa l-obbligu fuq l-istudent li jissottometti din id-dikjarazzjoni.
Leg 11 PQ #34281 Sitting 470 2012-05-09 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — proġetti u skemi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 33990 u jgħid x’inhuma l-proġetti, l-iskemi, eċċ. għal Għawdex li huma kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea għas-snin 2007-2013 u li se jitlestew fl-2012 jew fl-2013? Jista’ jgħid liema minnhom diġà qed jitwettqu? Meta bdew jitwettqu? Meta mistenni li jitlestew dawk li diġà qed jitwettqu u mhux se jkunu lesti fl-2012 jew fl-2013? Meta bdew jitwettqu? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-grant agreement ta’ kull proġett, skema, eċċ.?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għall-ewwel parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għad-dokument li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra. Rigward kopji tal-Grant Agreements ta’ kull proġett, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm għexieren ta’ proġetti li b’xi mod jolqtu lil Għawdex. Barra minn dawn hemm mijiet ta’ Grant Agreements taħt l-iskemi differenti għall-industrija. Dan ifisser li sabiex isiru kopji fil-kwantita mitluba ta’ dawn id-dokumenti li huma kollha voluminużi, l-Gvern għandu bżonn jiddedika diversi riżorsi li nemmen li jistgħu jintużaw b’mod ħafna aħjar u iktar produttiv. Għalhekk, jekk ma jkollix raġuni suffiċjenti, ma nħossx li jkun sew li nuża dawn ir-riżorsi għal dan il-għan. Fil-każ tal-Grant Agreements tal-iskemi, l-informazzjoni f’dawn id-dokumenti hija wkoll ta’ natura sensittiva għal fini ta’ kummerċ. Ninforma, pero, li l-lista tal-Grant Agreements iffirmati, kompluta u aġġornata, hija pubblika.

skema ta' għajnuna lill-bdiewa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 33989 u jgħid kemm kien hemm skemi ta’ għajnuna ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea mill-2004 sal-lum għall-bdiewa f’Għawdex għal proġetti ta’ titjib bħalma huma, ġwiebi, bini ta’ ħitan ta’ sejjieħ, irziezet, passaġġi fil-raba, eċċ.? Meta daħlu fis-seħħ dawn l-iskemi u għal liema snin kienu japplikaw? X’ammont ta’ għajnuna ngħatat kull sena taħt kull skema skont in-natura tal-proġett u kemm bdiewa bbenefikaw taħt kull skema ukoll skont in-natura tal-proġett?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f’ seduta oħra.
Leg 11 PQ #34283 Sitting 470 2012-05-09 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

returns dwar il-vot kapitali tal-Ministeru

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33984, peress li l-poplu u r-rappreżentanti tiegħu għandhom dritt ikunu jafu, jiflu u jagħrblu kull flus minfuqa mill-gvern fid-dettal tagħha sal-punt li jkunu huma sodisfatti u mhux il-Ministru li jkun nefaq il-flus tal-poplu li l-flus intefqu sewwa, tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-returns bi break down dettaljat tal-ispiża li saret fuq kull item tal-Vot Kapitali tal-Ministeru tagħha li ntbagħtu lill-Budget Office fil-Ministeru tal-Finanzi għal Diċembru 2010, għal Novembru 2011 u għal Diċembru 2011?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 33984.

Soil testing holes

Question

B’referenza mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 33614, jista' l-Ministru jgħid meta saru s-soil testing holes mill-Malta Enterprise/Malta Industrial Parks fir-raba li hemm fl-inħawi tal-Madonna tar-Rummiena Għawdex? Jista’ jgħid x’kien ir-riżultat ta’ dan ix-xogħol?

Response (DEMARCO, MARIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

ħaddiema full-time fis-settur tal-edukazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema jaħdmu full-time fis-settur tal-Edukazzjoni f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar ta’ Ġunju u fl-aħħar ta’ Diċembru tal-2011? Kemm minnhom kienu fis-settur pubbliku? Kemm minnhom kienu nisa u kemm kienu rġiel? Kemm minnhom kienu self-employed?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 33996.

ħaddiema full-time fis-settur tal-lukandi u ristoranti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema jaħdmu full-time fis-settur tal-lukandi u ristoranti f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar ta’ Ġunju u fl-aħħar ta’ Diċembru tal-2011? Kemm minnhom kienu fis-settur pubbliku? Kemm minnhom kienu nisa u kemm kienu rġiel? Kemm minnhom kienu self-employed?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 33996.
Leg 11 PQ #34003 Sitting 469 2012-05-08 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

pubblikazzjoni ta' brochure

Question

Tista' l-Miniitru tagħti d-dettalji dwar il-brochure b'propoganda personali li hi qasmet fl-għeluq ir-raba sena tal-ħidma tagħha? Fejn ġie stampat u kemm ġie jiswa? Xi spejjeż oħra kien hemm relatai mal-produzzjoni ta' dan id-dokument? Mil-liema vot?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li jiena la stampajt u wisq anqas qassamt brochures f'għeluq ir-raba' sena ħidma tiegħi. Jekk l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għall-ktejjeb li tqassam lill-media waqt il-konferenza mogħtija mill-Ministeru għal Għawdex b'rabta mal-erba' snin ħidma tal-Gvern, allura ninfurmawh li ġew stampati 150 ktejjeb li swew ammont totali ta' €1552 (VAT inkluż). Ix-xogħol ingħata lill-istampatur li ssottometta l-irħas stima. Ma kien hemm ebda spejjeż oħra relatati.

pubblikazzjoni ta' brochure

Question

Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji dwar brochure ta' propoganda personali li tqassam fid-djar Għawdxin u jgħid fejn ġie stampat u kemm ġie jiswa? Xi spejjeż oħra kien hemm relatai mal-produzzjoni ta' dan id-dokument? Mil-liema vot tħallas?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-brochure indikat minnu ma thallas mill-ebda vot pubbliku. Il-produzzjoni, l-istampar kif ukoll il-pustagg ma tħallasx minn fondi pubbliċi.

talba għal operazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jara li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, u li għandha problema fl-ispina tagħha tingħata prijorità għall-operazzjoni li għandha bżonn tagħmel minħabba l-uġigħ li qed issofri peress li hi nfurmata li għandha xhur tistenna jekk mhux snin għal din l-operazzjoni?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #34205 Sitting 469 2012-05-08 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Eko Għawdex — nefqa fuq l-uffiċċju f'pjazza San Franġisk, Rabat

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 33616, tista' l-Ministru tgħid item item il-kuntratturi li ħadmu dan ix-xogħol? Dan ix-xogħol ingħata b'direct order jew b'tender?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Għawdex — Bieganski Foundation

Question

Peress li Bieganski Foundation qed tfittex post adatt f’pajjiżna fejn titwaqqaf esibizzjoni ta’ kollezzjoni ta’ arti, jista' l-Ministru jara jekk hux possibbli li, u jgħin biex din l-esibizzjoni titwaqqaf fiċ-Ċittadella ta’ Għawdex?

Response (DEMARCO, MARIO)

Id-diskussjonijiet mal-Bieganski Foundation għadhom fi stadju preliminari u għaldaqstant mhinix qiegħed f’pożizzjoni li nikkonferma dettalji, inkluż dawk mitluba mill-Onor. Interpellant, dwar kif, fejn u jekk hemmx kundizzjonijiet talli tali opri tal-arti se jiġu esposti.
Leg 11 PQ #33993 Sitting 468 2012-05-07 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Uffiċċju relatati ma' back office

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30734 dwar is-sit magħżul għall-uffiċċji relatati ma' back office, tista’ l-Ministru tgħid jekk ix-xogħlijiet fuq dan is-sit tlestewx f'Jannar 2012 kif kien mistenni? Jekk le, meta tlesta jew mistenni li jitlesta?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li x-xogħlijiet ta' refurbishment u l-provvista tal-għamara ġewwa l-uffiċini msemmija huma lesti. Ninsab infurmata wkoll li fil-ġranet li ġejjin ser isiru xi xogħlijiet fuq il-parti ta' barra ta' dan il-bini.
Leg 11 PQ #33994 Sitting 468 2012-05-07 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Proġett ta' Ċentru Mediterranju fir-Riċerka, Żvilupp u Innovazzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għal mistaqsija parlamentari 32195 dwar ftehim għat-tkabbir ta' siġar u pjanti ta' valur ġenetiku, tista’ l-Ministru tgħid jekk il-ftehim mal-Università ta' Malta dwar il-proġett ta' Ċentru Mediterranju fir-Riċerka, Żvilupp u Innovazzjoni ġiex iffirmat? Jekk fl-affermattiv meta? Tista’ tpoġġi kopja ta’ dan il-ftehim fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk għadu ma ġiex iffirmat, għaliex ma ġiex iffirmat? Meta mistenni li jiġi ffirmat?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ma għandi xejn xi nżid mar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 32195.

Ilma li jiġi trasferit minn Malta għal Għawdex

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 32194, jista’ l-Ministru jgħid f’liema unità ta’ volum hija l-informazzjoni mogħtija?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-unita tal-volum hija Metri Kubi.