Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34647 u jgħid, skont il-Labour Force Survey, f’Malta u f’Għawdex separatament kemm kien fl-aħħar tal-2010 u tal-2011 il-paga medja gross annwali skont id-diversi setturi tal-attività ekonomika?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34646 u jgħid, skont il-Labour Force Survey, f’Malta u f’Għawdex separatament kemm kien fl-aħħar tal-2010 u tal-2011:
a) kemm kien hemm nies jirreġistraw għax-xogħol, dawk ta’ bejn il-15-il sena u l-24 għalihom u dawk ta’ ‘il fuq minn 25 sena għalihom kif ukoll nisa għalihom u rġiel għalihom;
b) kemm kienet il-popolazzjoni tal-eta’ tax-xogħol, nisa għalihom u rġiel għalihom u skont l-età, ie dawk ta’ bejn il-15-il sena u l-24 għalihom u dawk ta’ ‘il fuq minn 25 sena;
ċ) ir-rata ta’ attività, il-forza lavorattiva totali (
labour force
) bħala persentaġġ tal-popolazzjoni totali tal-età tax-xogħol kif ukoll il-forza lavorattivi tal-irġiel bħal persentaġġ tal-irġiel tal-età tax-xogħol u il-forza lavorattivi tan-nisa bħal persentaġġ tan-nisa tal-età tax-xogħol; u
d) in-numru ta’ nies inattivi, nisa għalihom u rġiel għalihom?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34645 u jgħid, skont il-Labour Force Survey, f’Malta u f’Għawdex separatament kemm kien fl-aħħar tal-2010 u tal-2011
a) Il-labour supply; nisa għalihom u rġiel għalihom;
b) n-numru ta’ nies jaħdmu
full-time
, nisa għalihom u rġiel għalihom skont l-attività ekonomika;
ċ) in-numru ta’ nies, nisa għalihom u rġiel għalihom, jaħdmu iżda li kellhom xogħol
part-time
bħala x-xogħol ewlieni tagħhom skont l-attività ekonomika;
d) in-numru ta’ nies jaħdmu
part-time
, nisa għalihom u rġiel għalihom skont l-attività ekonomika?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux programmat li tinbena triq alternattiva għall-Imġarr? Jekk fl-affermattiv, x’sar s’issa għat-twettiq ta’ dan il-proġett? Saru xi studji fuq il-proġett? Jekk fl-affermattiv, jista’ jpoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra? Saru xi pjanti tiegħu? Jekk fl-affermattiv, jista’ jpoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat illi kienu saru xi studji preliminari rigward proposti għall-konnessjoni alternattiva għall-Imġarr. Il-pjanti ta' dawn il-proposti m' humiex finalizzati u biex dan iseħħ ikun hemm bżonn isiru diversi studji oħrajn.
Għawdex — rapport dwar il-qagħda ekonomika u soċjali
Question
B’referenza għat-twewġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 34639 dwar ir-rapport rigward l-qagħda ekonomika u soċjali ta’ Għawdex kif stipulat fid-Dikjarazzjoni dwar Għawdex annessa mat-Trattat ta’ Sħubija, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-gvern għamilx it-talba lill-Kummissjoni Ewropa biex il-Kummissjoni tieħu l-passi dwaru? Jekk fl-affermattiv, jista’ jpoġġi kopja tat-talba fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk għadu m’għamilx it-talba, jista’ jgħid għaliex għadu m‘għamilhiex? Meta beħsiebu li jagħmilha?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma l-Onorevoli interpellant li l-Gvern għamel talba lill-Kummissjoni Ewropea skont Dikjarazzjoni 36 dwar ir-reġjun gżira ta’ Għawdex mehmuża mat-Trattat ta’ Adeżjoni ta’ Malta. Qiegħed inpoġġi kopja tal-ittra tiegħi, datata 21 ta’ Mejju 2012, indirizzata lill-President tal-Kummissjoni Ewropea fuq il-Mejda tal-Kamra.
Public Service Obligation — kumpanija Gozo Channel
Question
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 34503 dwar in-nefqa kull sena fuq il-Public Service Obligation li l-gvern għandu mal-Gozo Channel Co., jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa kull sena li tkopri l-passiġġieri Għawdxin?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra
Tista' l-Ministru tagħti breakdown tal-ispiża kollha ta’ kull żjara li saret barra minn Malta ta’ delegazzjonijiet ministerjali? Tista’ tpoġġi kopja tad-dikjarazzjonijiet/formali kollha li saru dwar kull żjara?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika l-perjodu li għalih qed jitlob din l-informazzjoni.
Tista' Ministru tagħti breakdown tal-ispiża kollha ta’ kull żjara li saret barra minn Malta minn uffiċċjali tal-ministeru tagħha? Tista’ tpoġġi kopja tad-dikjarazzjonijiet/formali kollha li saru dwar kull żjara?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika l-perjodu li għalih qed jitlob din l-informazzjoni.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34642 u jgħid x'xogħlijiet huma meħtieġa li jsiru fil-qasam industrijali tax-Xewkija? X'xogħlijiet saru f'dan il-qasam mill-1 ta’ Marzu 2010 sal-lum? Kemm kienet in-nefqa fuq dawn x-xogħlijiet?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi minn Marzu 2010 sal-lum, fil-Qasam Industrijali tax-Xewkija saru xogħlijiet kif elenkati fl-informazzjoni li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Xogħlijiet li huma meħtiega u li se jibdew f’qasir żmien jinkludu it-tisbiħ taż-żona industrijali, liema proġett huwa kofinanzjat permezz tal-Fond Ewropew għaż-Żvilupp Reġjonali. Se jinbena wkoll ċentru għall-ħarsien tat-tfal li t-
tend
er
tiegħu se jiġi aġġudikat mid-Dipartiment tal-Kuntratti.
Proġett għall-upgrading tal-Operating Theather fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34641, peress li skont il-grant agreement il-proġett għall-upgrading tal-operating theatre fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex kellu jkun lest sa Marzu 2010 u mhux fl-aħħar kwart ta’ din is-sena kif qalet l-Ministru, tista’ l-Ministru tgħid x’inhuma r-raġunijiet għal dan id-dewmien? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-talbiet li saru għall-estensjoni ta’ sentejn u disgħa xhur biex jitlesta?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li t-tlestija tal-proġett għall-upgrading tal-operating theatre fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex ġiet estiża għall-aħħar kwart tas-sena 2012 minħabba li l-proċess tat-tendering irrikjeda li jiġi estiż iż-żmien. Kopja tat-talbiet għall-estensjoni hija annessa.
Xogħol ta' back office trasferit minn Malta għal Għawdex
Question
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 34640, jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm impjegati se jiġu trasferiti Għawdex fuq xogħol ta’ back office tat-taqsima taċ-Children’s Allowances? Meta mistenni li jiġu trasferiti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li madwar tnax (12)-il Uffiċjal Pubbliku se jiġu trasferiti Għawdex fuq xogħol ta’ back office fi ħdan it-taqsima taċ-Children’s Allowances.
Permezz ta’ Mistoqsija Parlamentari numru 34640, l-Onorevoli Interpellant diġa’ ġie mgħarraf li t-trasferiment ta’ dawn l-uffiċjali ser isir hekk kif jitlesta t-taħriġ meħtieġ u jkunu jistgħu iwettqu d-dmirijiet f’din it-taqsima.
Dan il-proċess mistenni li jkun magħluq fis-Sajf.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern għandux ipproġettat li jkun hemm fast service bil-baħar bejn Malta u Għawdex? Jekk fl-affermattiv, x’sar x’issa fuq dan il-proġett?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Sponsorship u sussidju lil min isegwi kors dwar Gozitan Studies
Question
Tista' l-Ministru tgħid il-Ministeru tagħha kemm se jħallas bħala sponsorship/sussidju għal kull student li jsegwi l-kors dwar Gozitan Studies li se jsir fil-Campus tal-Università f’Għawdex? Kemm se jħallas flus kull student biex isegwi dan il-kors? Kemm se tħallas flus l-Università biex isir dan il-kors? Meta se jibda dan il-kors?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li skont l-Avviż Legali 258/2009 dwar il-Miżati Universitarji (University Fees), huwa stmat li l-miżata meħtieġa biex ikun jista' jsir dan il-kors tammonta għal €1,200 kull student. Il-kors idum sentejn (erba' simestri) u jkopri sittin kreditu.
Hu ppjanat li l-kors jibda f'Ottubru 2012.
Il-Ministeru se joffri scholarships li jammontaw għal €400 kull student.
Tista' l-Ministru tgħid x'korsijiet full-time u part-time qed jingħataw bħalissa fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi f'Għawdex? Meta beda kull kors? Kemm hu t-tul ta' żmien ta' kull kors? Sa fejn iwassal kull kors bħala kwalifiki? Kemm hemm studenti jsegwu kull kors?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-valur tal-esportazzjoni minn Għawdex u minn Malta separatament ta’ affarijiet ta’ merċa (goods) xahar b'xahar fl-2011 u sa l-aħħar ta’ April ta’ din is-sena maqsumin skont l-areas ġeografiċi ewlenin u skont il-prodotti esportati?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Xewkija — applikazzjoni mill-MEPA għall-Micro Enterprise Park
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk saritx applikazzjoni lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għall-proġett tal-micro enterprise park tax-Xewkija? Jekk fl-affermattiv, x’inhuwa n-numru tal-applikazzjoni? Jista’ jpoġġi kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jpoġġi kopja tal-pjanti fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid jekk kienx hemm xi uffiċċjali tal-Ministeru tagħha li ħadu sehem fl-aħħar Cruise Shipping Miami Fair? Jekk fl-affarmattiv, min kienu? Meta nżammet? X’benefiċċji ħa Għawdex minn din il-parteċipazzjoni? Kemm cruise liners se jżuru Għawdex din is-sena u fl-2013 bħala riżultat ta’ din il-parteċipazzjoni?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-Sur Manuel Tabone, Direttur għat-Turiżmu u Żvilupp Ekonomiku ħa sehem f’ din il-fiera bħala rappreżentant tal-Ministeru għal Għawdex. Din il-fiera nżammet bejn it-tnax (12) u l-ħmistax (15) ta’ Marzu 2012.
Il-parteċipazzjoni tal-Ministeru għal Għawdex f’din il-fiera kienet importanti biex Għawdex jibda jidħol b’mod iktar sħiħ fl-itinerarju ta’ kumpaniji internazzjonali tal-
cruiseliners
. Dan minħabba l-fatt li l-itinerarji jiġu ppreparati minn żmien qabel.
Dan qed jgħin biex tiġi promossa iktar il-gżira ta’ Għawdex filwaqt li jiġi diskuss kif wieħed jista’ jiffaċilita dan is-settur u nifhmu wkoll iktar l-eżiġenzi ta’ dan is-settur, u l-ħidma li trid issir biex tattira iktar interess lejn Għawdex.
Riżultat ta’ din il-ħidma sittax (16)-il
cruiseliner
ikkonfermaw li se jidħlu f’Għawdex din is-sena. Dan juri żieda ta’ disa’ (9)
cruiseliners
fuq l-2011. Dan ir-riżultat kien frott ta’ ħidma konġunta flimkien ma’ l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu, Transport Malta u operaturi oħra fis-settur privat.
Tista' l-Ministru tgħid kemm saru żjajar barra minn Malta fuq xogħol minn delegazzjonojiet Ministerjali u minn uffiċċjali pubbliċi matul l-2011 u sa April ta’ din is-sena? Min kienu l-membri ta’ kull delegazzjoni ministerjali u min kienu l-uffiċċjali l-oħra f’kull żjara barra minn Malta? X’kien l-iskop ta’ kull żjara?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33576, tista’ l-Ministru tgħid kemm kienet l-ispiża u d-dħul fl-2011 biex jingħata kull wieħed mis-servizzi għall-anzjani f'Għawdex jiġifieri: Telecare Service, Handyman Service, Incontinence Service, Meals on Wheels, Special Identity Card, Blue Sticker, Telephone Rebate u Day Centre?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 33998 fejn irreferieni għall-mistoqsija parlamentari 33996, peress li n-News Release Numru 088/2012 li ħarġet nhar it-Tnejn, 7 ta’ Mejju 2012 ma tagħtix l-informazzjoni li jien tlabt dwar Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jaħdmu fis-settur tal-Edukazzjoni f'Għawdex u f’Malta separatament fl-aħħar ta’ Ġunju 2011 u fl-aħħar ta’ Diċembru 2011 bħala: 1) full-time; 2) part-time bħala x-xogħol ewlieni tagħhom; u 3) part-time bħala x-xogħol sekondarju tagħhom?
Response (FENECH, TONIO)
L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru responsabbli mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ.