Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jieħu l-ministeru tiegħu sabiex ħxejjex u siġar li jikkawżaw allerġiji jitneħħew mill-gżejjer Maltin?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-suġġett tal-mistoqsija mhuwiex kompitu tal-MEPA u nissuġġerixxu li l-mistoqsija tiġi riferuta lid-Dipartiment tas-Saħħa.
Vot Kapitali tal-Ministeru għal Għawdex — breakdown tar-returns
Question
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 34509 fejn bħala risposta rreferieni għall-mistoqsija parlamentari 34508 li jiena kont għamilt lill-Ministru għal Għawdex u li għal liema mistoqsija, il-Ministru ma tatx l-informazzjoni mitluba u allura ż-żewġ Ministri qed jitfgħu dubbji serji fuq it-trasparenza, serjetà u kontabilità tal-Gvern fl-infiq ta’ flus il-poplu, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-returns bi breakdown dettaljat tal-ispiża li saret fuq kull item tal-Vot Kapitali tal-Ministeru għal Għawdex li ntbagħtu lill-Budget Office fil-Ministeru tiegħu għal Diċembru 2010 u għal Diċembru 2011?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-riżultat tal-intervista li kienet saret għall-ingaġġ ta’ casual social assistants ħariġx? Jekk ħareġ meta u kemm ġew impjegati casual social assistants ġodda minn dawk li kkwalifikaw minn dak l-eżami? Jekk ir-riżultat għadu ma ħariġx, għaliex? Meta mistenni joħroġ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il fażi fih il-proġett kollu fil-farm tal-gvern fix-Xewkija, bil-għan li dan jiġi żviluppat f’ċentru ta’ Riċerka, Żvilupp u Innovazzjoni fl-Agrikoltura? Fiex tikkonsisti kull waħda minn dawn il-fażijiet? Meta mistenni li titlesta dik li għaddej ix-xogħol fuqha?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-fażi tax-xogħlijiet li għaddejjin bħalissa mistennija tiġi konkluża sal-aħħar ta' din is-sena.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm cruiseliners li daħlu u/jew se jidħlu Għawdex din is-sena? Jista’ jgħid meta saru l-kuntratti għal dawn iż-żjarat? Minn min saru?
Response (DEMARCO, MARIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant fir-rigward tal-ewwel parti tal-Mistoqsija.
Sa issa, żaru Għawdex tlett (3) vapuri u dawn huma
Prinsendam
f’April u
Seabourn
f’Mejju u Ġunju.Ninsab infurmat ukoll illi sabiex il-
cruiseliners
jorbtu mal-bagi jew mal-
pontoons
f’Għawdex, mhux meħtieġ li jsir kuntratt imma sempliċi notifika lill-Awtorita’ tat-Trasport.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 35087 u 34645 u jgħid, skont il-Labour Force Survey, f’Malta u f’Għawdex separatament kemm kien fl-aħħar tal-2010 u tal-2011
a) il-labour supply; nisa għalihom u rġiel għalihom;
b) n-numru ta’ nies jaħdmu
full-time
, nisa għalihom u rġiel għalihom skont l-attività ekonomika;
ċ) in-numru ta’ nies, nisa għalihom u rġiel għalihom, jaħdmu iżda li kellhom xogħol
part-time
bħala x-xogħol ewlieni tagħhom skont l-attività ekonomika;
d) in-numru ta’ nies jaħdmu
part-time
, nisa għalihom u rġiel għalihom skont l-attività ekonomika?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Public Service Obligation — kumpanija Gozo Channel
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35020 u cioè b’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 34503 dwar in-nefqa kull sena fuq il-Public Service Obligation li l-gvern għandu mal-Gozo Channel Co., jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa kull sena li tkopri l-passiġġieri Għawdxin?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Tista' l-Ministru tagħti breakdown tal-ispiża kollha ta' kull żjara li saret barra minn Malta minn uffiċjali tal-Ministeru tagħha matul l-2011 u sal-aħħar ta' April 2012? Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dikjarazzjonijiet/formali kollha li saru dwar kull żjara?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Qiegħda npoġġi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant fuq il-Mejda tal-Kamra.
Żjarat li saru barra minn Malta ta' delegazzjonijiet Ministerjali
Question
Tista' l-Ministru tagħti breakdown tal-ispiża kollha ta' kull żjara li saret barra minn Malta ta' delegazzjonijiet ministerjali tal-Ministeru tagħha matul l-2011 u sal-aħħar ta' April 2012? Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dikjarazzjonijiet/formali kollha li saru dwar kull żjara?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Qiegħda npoġġi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant fuq il-Mejda tal-Kamra.
Micro Enterprise Park fix-Xewkija — applikazzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34943 u jgħid jekk saritx applikazzjoni lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għall-proġett tal-Micro Enterprise Park tax-Xewkija? Jekk fl-affermattiv, x'inhuwa n-numru tal-applikazzjoni? Jista' jpoġġi kopja tagħha u tal-pjanti fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Malta Industrial Parks qiegħda fil-proċess li tagħmel l-applikazzjoni u tissottomettiha lil MEPA. Għaldaqstant għad m’hemmx numru tal-applikazzjoni. Wara dan il-proċess hija proċedura li l-MEPA toħroġ screening letter biex tgħarraf lill-Malta Industrial Parks x’informazzjoni, rapporti, pjanijiet u pjanti ikun hemm bżonn biex l-applikazzjoni sħiha għal żvilupp tkun valida.
Il-Malta Industrial Parks tinsab fi stadji inizjali ta’ tipi ta’ finanzjament strateġiku u l-alternattivi tal-akkwist għad iridu jiġu konklużi.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34942, jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-valur tal-esportazzjoni minn Għawdex u minn Malta separatament ta' affarijiet ta' merċa (goods) xahar b'xahar fl-2011 u sal-aħħar ta' April 2012 maqsumin skont l-areas ġeografiċi ewlenin u skont il-prodotti esportati?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Rapport dwar strateġija marbuta ma' ħolqien tax-xogħol
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 28493, 29391, 29802 u 34768 dwar ir-rapport li ġie kkumissjonat biex janalizza s-sitwazzjoni preżenti u jagħti pariri dwar strateġija marbuta mal-ħolqien tax-xogħol u t-titjib tal-ħiliet tar-riżorsi umani f'Għawdex, tista' l-Ministru issa wara li ilu seba' xhur li tlesta r-rapport, tgħid meta mistenni li jintemm il-proċess ta' konsultazzjoni mal-entitajiet kollha kkonċernanti?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f'dan l-istadju m'hemm xejn xi nżid mat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 34768.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34767 dwar agro turiżmu f'Għawdex, tista' l-Ministru tgħid meta mistenni li jkunu lesti l-proċessi biex jitfassal dan is-sett ta' rakkmandazzjonijiet?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-proċess imsemmi mistenni jiġi konkluż fix-xhur li ġejjin.
Fondi ta' politika ta' koezjoni għall-programm baġitarju 2007 — 2013
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema huma l-proġetti approvati s’issa li huma ko-finanzjati mill-fondi tal-Politika ta’ Koeżjoni għall-Programm Baġitarju 2007-2013 tal-Unjoni Ewropea u li minnhom se jibbenefika Għawdex? X’inhuwa l-benefiċċju għal Għawdex f’kull każ? Kemm mistennija li tkun in-nefqa f’Għawdex fuq kull proġett? Meta suppost li beda/se jibda jiġi implimentat kull proġett? Meta tlesta jew mistenni li jitlesta kull proġett?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tiegħi fi tweġiba numru 34281.
Programm Operattiv I — Politika ta' Koezjoni Ewropea 2007 - 2013 - fondi strutturali
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema huma l-proġetti diġà approvati taħt Programm Operattiv I tal-Politika ta’ Koeżjoni Ewropea 2007-2013 – Fondi Strutturali - li minnhom se jibbenefika Għawdex? Min huwa l-benefiċjarju f’kull proġett? Kemm hu l-ammont ta’ fondi li bbenefika/se jibbenefika? Liema minn dawn il-proġetti diġà tlestew? Liema huma dawk li diġà nbdew? Meta nbdew u għadhom ma tlestewx? Meta mistennija li jitlestew? Dawk li għadhom ma nbdewx, meta mistennija li jibdew u jitlestew? Jista’ jgħid kemm tħallsu flus s’issa u kemm hemm flus kommessi biex jitħallsu f’kull każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopja tal-lista tal-proġetti u l-informazzjoni relevanti hekk kif mitlub.
Programm Operattiv II — Politika ta' Koezjoni Ewropea 2007 - 2013
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema huma l-iskemi ta’ għajnuna diġà approvati taħt Programm Operattiv II tal-Politika ta’ Koeżjoni Ewropea 2007-2013 – Fondi Strutturali - li minnhom se jibbenefika Għawdex? Min huwa l-intermediate body taħt kull skema? Kemm hu l-ammont ta’ fondi li bbenefika/se jibbenefika? Liema minn dawn l-iskemi diġà tlestew? Liema huma dawk li diġà nbdew u għadhom ma tlestewx? Meta nbdew? Meta mistennija li jitlestew? Dawk li għadhom ma nbdewx, meta mistennija li jibdew u jitlestew? Jista’ jgħid kemm tħallsu flus s’issa, kemm hemm flus kommessi biex jitħallsu f’kull każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li taħt dan il-Programm hemm biss żewġ skemi ta’ għajnuna. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopja tal-lista tal-iskemi u l-informazzjoni relevanti hekk kif mitlub.
Programm Operattiv I — Politika ta' Koezjoni Ewropea 2007 - 2013 - Fond ta' Koezjoni
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema huma l-proġetti diġà approvati taħt Programm Operattiv I tal-Politika ta’ Koeżjoni Ewropea 2007-2013 – Fond ta’ Koeżjoni - li minnhom se jibbenefika Għawdex? Min huwa l-benefiċjarju f’kull proġett? Kemm hu l-ammont ta’ fondi li se jibbenefika? Liema minn dawn il-proġetti diġà tlestew? Liema huma dawk li diġà nbdew? Meta nbdew u għadhom ma tlestewx? Meta mistennija li jitlestew? Dawk li għadhom ma nbdewx, meta mistennija li jibdew u jitlestew? Jista’ jgħid kemm tħallsu flus s’issa, kemm hemm flus kommessi biex jitħallsu f’kull każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopja tal-lista tal-proġetti u l-informazzjoni relevanti hekk kif mitlub.
Programm Operattiv II — Politika ta' Koeżjoni Ewropea 2007 - 2013 - Fondi strutturali
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema huma l-proġetti diġà approvati taħt Programm Operattiv II tal-Politika ta’ Koeżjoni Ewropea 2007-2013 – Fondi Strutturali - li minnhom se jibbenefika Għawdex? Min huwa l-benefiċjarju f’kull proġett? Kemm hu l-ammont ta’ fondi li bbenefika/se jibbenefika? Liema minn dawn il-proġetti diġà tlestew? Liema huma dawk li diġà nbdew? Meta nbdew u għadhom ma tlestewx? Meta mistennija li jitlestew? Dawk li għadhom ma nbdewx, meta mistennija li jibdew u jitlestew? Jista’ jgħid kemm tħallsu flus s’issa u kemm hemm flus kommessi biex jitħallsu f’kull każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopja tal-lista tal-proġetti u l-informazzjoni relevanti hekk kif mitlub. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kif inhu indikat mit-tabella annessa, kważi l-proġetti kollha li qed jiġu implimentati taħt dan il-Programm għandhom dimensjoni jew parteċipanti Għawdxin. Hemm ukoll xi proġetti li huma esklussivament implimentati f’Għawdex.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm persuni jaħdmu fis-settur tal-Edukazzjoni f'Għawdex u f’Malta separatament fl-aħħar ta’ Ġunju 2011 u fl-aħħar ta’ Diċembru 2011 bħala: 1) full-time; 2) part-time bħala x-xogħol ewlieni tagħhom; u 3) part-time bħala x-xogħol sekondarju tagħhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L- informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.