Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa totali tal-gvern fuq Lejliet Lapsi Notte Gozitana li saret fl-2007? Min kienu l-kuntratturi li nagħtaw kuntratti ta' xogħol, servizz, makkinarju u apparat għal dik l-attivita'? Kif ingħata kull kuntratt?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoggi fuq l-mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tagħti breakdown tal-valur ta' l-investiment tal-gvern fl-2006 u fl-2007 fir-reklamar ta' Għawdex b'riżq it-turiżmu domestiku? Fuqiex sar l-investiment?
Tista' l-Ministru tgħid fiex jikkonsisti ċ-ċentru temporanju għall-viżitaturi fil-Ġgantija li tlesta fl-2007? Kemm kienet in-nefqa totali fuq dan il-proġett? Min kien/kienu l-kuntrattur/i li għamlu x-xogħol? Kemm tħallsu kull wieħed?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-ċentru temporanju tal-viżitaturi li ġie inawgurat fit-13 ta’ Settembru 2007 jikkonsisti f’ticket booth, museum shop u tisqifa għall-viżitaturi. Ix-xogħol kollu sar mill-impjegati ta’ Heritage Malta u ġie jiswa LM7000.
Tista’ l-Ministru tgħid x’xogħol sar fuq ir-rijabilitazzjoni ta’ widien f’Għawdex permezz ta' l-Environmental Landscapes Consortium? Tista’ tgħid kemm qed iħaddem nies f’Għawdex dan il-consortium? Fuq liema bażi, (ie fuq bażi permanenti, temporanja, każwali, eċċ) ġew ingaġġati dawn il-ħaddiema?
Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jinbeda l-proġett ta' rijabilitazzjoni tal-Port l-antik ta' l-Imġarr? Tista' tgħid x'sar s'issa fuq dan il-proġett?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jispeċifika għall-liema proġett qiegħed jirreferi.
Tista' l-Ministru tgħid meta hu mistenni li l-Gvern iniedi l-programm imwiegħed biex iż-żewġ teatri ta' l-opra f'Għawdex ikunu jistgħu jintużaw għal konferenzi matul is-sena kollha? X'sar s'issa għat-tnedija ta' dan il-programm? Saru xi konsultazzjonijiet mas-soċjetajiet li jmexxu dawn it-teatri? Jekk saru, ma' min minnhom u meta?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kienu saru tahdidiet mal-Ministru tat-Turizmu biex tigi esplorata din il-proposta kif ukoll saru laqghat maz-zewg socjetajiet lli jmexxu dawn it-teatri biex ikunu diskussi xi proposti li saru. Dawn il-proposti qed ikunu evalwati.
Tista' l-Ministru tgħid meta tniedet il-kompetizzjoni għal disinn għaż-Żewwieq Waterfront? Min rebaħha din il-kompetizzjoni? Kemm swiet flus? Fiex jikkonsisti l-proġett skond id-disinn rebbieħ? X'sar s'issa fuq dan il-proġett? Kemm intnefqu u tħallsu flus b'kollox s'issa fuqu? Kemm hemm flus kommessi u għandhom ma tħallsux? Għaliex huma kommessi dawn il-flus?
Tista’ l-onor Ministru tgħid meta tnediet il-kompetizzjoni għal disinn għaż-
Żewwieq Waterfront
? Min rebaħha din il-kompetizzjoni? Kemm swiet flus? F’hiex jikkonsisti l-proġett skond id-disinn rebbieħ? X’sar s’issa fuq dan il-proġett? Kemm intefqu u tħallsu flus b’kollox s’issa fuqu? Kemm hemm flus kommessi u għadhom ma tħallsux? Għal xhiex huma kommessi dawn il-flus?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant ghar-risposti tal-mistoqsijiet Numri 27518 u 29310 tal-X Legislatura. Barra minn dan ninsab infurmata li l-kompetizzjoni msemmija fil-mistoqsija swiet €2582 u li sa issa b'kollox ntefqu u thallsu €11,935 (ikluz spejjes tal-kompetizzjoni). Jiena nfurmata wkoll li hemm ammont ta' €25,960 kommessi ghal Feasability Study li qieghed fi stadju avvanzat.
Tista' l-Ministru tgħid minn min sar ix-xogħol ta' ippjanar fuq il-proġett ta' Villa Rundle? Kemm sewa dan ix-xogħol? Fiex jikkonsisti l-proġett skond dan il-pjan? X'sar s'issa fuq dan il-proġett? Kemm intnefqu u tħallsu flus b'kollox s'issa fuqu? Kemm hemm flus kommessi u għadhom ma tħallsux? Għaliex huma kommessi dawn il-flus?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li x-xoghol ta' ippjanar ta' Villa Rundle sar mill-Periti u Enginiera tal-Ministeru ghal-Ghawdex u tal-Ministeru ghar-Rizorsi u Infrastruttura u d-ditta Test and Measurment Instrumentation bi spiza ta' €1,374. Il-progett jikkonsisti minn upgrading tal-Gonna Villa Rundle kif spjegat fir-risposta ghal-mistoqsija Nru. 25883 tal-X Legistatura. Ninsab infurmata wkoll li sa issa sar Feasability Study, u saru l-applikazzjonijiet mehtiega mal-MEPA, u gew ippreparati tlett dokumenti biex johorgu offerti ghall-Project Management, ghal xoghol ta' Infrastruttura li jinkludi xoghol ta' ingenerija mekkanika u ohra ghall-Istallazzjoni tas-Sistema Eletrika. Jiena nfurmata wkoll li sa issa ntefqu €15,493 u li ma hemmx flus kommessi.
Tista' l-Ministru tgħid meta inbeda x-xogħol fuq il-bini ta' skola sekondarja ġdida għas-subien f'Għawdex? Tista' tgħid min huma l-kuntratturi fuq dan il-proġett? Kemm se tkun in-nefqa kollha fuqu? Kif se tkun maqsuma fuq id-diversi aspetti tal-proġett? Kif se tkun maqsuma fuq kull kuntrattur? Kemm tħallas s'issa kull kuntrattur? Kemm hemm flus kommessi għal xogħol/servizzi/apparat li għadhom ma tħallsux? Fiex jikkonsistu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li x-xogħol tal-kostruzzjoni fuq l-iskola sekondarja l-ġdida għas-subien f’Għawdex beda fl-24 ta’ Settembru 2007. Sal-lum dan kien l-uniku appalt li ngħata fuq din l-iskola. Il-kuntrattur li qiegħed jagħmel ix-xogħol huwa RCF Joint Venture u l-valur kumplessiv ta’ din l-appalt huwa ta’ Lm2,197,042 li minnhom tħallsu Lm285,000.
Tista' l-Ministru tikkonferma li l-proġett ta' bini ta' l-iskola sekondarja ġdida tas-subien f'Għawdex jinkludi parkeġġ taħt l-art? Jekk fl-affermattiv, kemm se tkun i n-nefqa fuq dan il-parkeġġ? Kemm se jkun jesa' karozzi? Għall-użu ta' min se jkun dan il-parkeġġ? L-użu tiegħu se jkun bi ħlas? Jekk fl-affermattiv, x'se jkunu r-rati ta' ħlas? Sar studju ta' vijabilita' finanzjarja dwar dan il-parkeġġ? Jekk sar, min għamlu? Kif ingħata l-kuntratt?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li taħt il-bini ta’ l-iskola sekondarja ġdida tas-subien f’Għawdex qed jinbena parkeġġ. Il-parkeġġ se jkun jesa 125 skond il-permess tal-MEPA. L-istima ta’ l-iskola hija ta’ €7 miljuni meta titlesta, l-istima tal-parkeġġ hija ta’ €1.7 miljun meta jitlesta. L-użu ta’ dan il-parkeġġ se jkun għall-użu tal-blokk kollu li qed jiġi mibni. Il-proġett kien fdat f’idejn l-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’Għada u saru l-istudji neċċessarji kollha. Ma ingħata l-ebda kuntratt fir-rigward ta’ dan l-att.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa totali sal-lum fuq is-sistema ta' solar panels għall-produzzjoni ta' l-elettriku li qed jintuża miċ-ċentru amministrattiv tal-Ministeru għal Għawdex? Fiex tikkonsisti n-nefqa? Meta bdiet titħaddem din is-sistema? Kemm kien il-konsum ta' elettriku mixtri mill-Enemalta li ġie ffrankat? Sar studju ta' vijabilita' finanzjarja dwar dan il-proġett? Jekk sar, min għamlu? Kif ingħata l-kuntratt?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li n-nefqa fuq il-photovoltaic panels (PV's) fic-Centru Amministrattiv tal-Ministeru ghal Ghawdex tammonta ghal €60,198 li tkopri il-provvista u stallazzjoni ta' sistema ta' pannelli solari tal-kobor ta' 10KW u apparat ta' monitoragg tal-pannelli. Ninsab infurmata wkoll li din is-sistema bdiet tithaddem f'Dicembru 2006 u li sal-lum ggenerat 27,553 KWh - li huma ekwivalenti ghal tnaqqis ta' madwar 24,000 kg ta' Carbon Dioxide mill-arja. L-aspett finanzjarju ma kienx l-uniku kinsiderazzjoni f'dan l-investiment, izda pjuttost l-kbar skop ta' din l-inizjattiva kien li l-Gvern imexxi bl-ezempju.
Jiena nfurmata li din l-inizjattiva kienet wahda kongunta bejn il-Ministeri kollha tal-Gvern u intuza process ta' tendering ghas-Servizz Pubbliku kollu.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa totali sena b'sena mill-1999 'l hawn fuq l-immodernizzar u l-bini ta' faċilitajiet ġodda :
i) f'kull waħda mill-iskejjel primarji ta' Għajnsielem, Nadur,Victoria, Xewkija u Żebbuġ
ii) fl-iskola sekondarja tal-bniet Aguis de Soldanis
iii)fiċ-ċentru għal Studji Ogħla Sir Mikelanġ Refalo
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Peress li l-informazzjoni ghadha qed tingabar, risposta tinghata f'xi seduta ohra.
Tista' l-Ministru tgħid meta tlesta d-dokument għas-sejħa għall-offerti għall-master plan għall-konservazzjoni u l-immaniġġjar taċ-Ċittadella? Meta ġiet ippubblikata t-tender? Meta għalaq iż-żmien għas-sottomissjoni ta' offerta? X'sar s'issa fuq din it-tender? Kemm hu stmat il-valur ta' din it-tender?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li d-dokument ghas-sejha ghall-offerti ghall-master plan tac-Cittadella tlesta f'Novembru 2007, it-tender giet ippublikata fit-8 ta' Jannar 2008 u li z-zmien ghas-sottomissjoni ta' offerta ghalaq fit-28 ta' Frar 2008. Bhalissa din it-tender tinsab fl-ahhar fazi tal-aggudikazzjoni.
Tista' l-Ministru tgħid jekk għadx hemm il-ħsieb li jsir il-proġett taċ-Ċentru Komunali fir-Rabat? Jekk fl-affermattiv, x'sar s'issa fuqu? Jekk fin-negattiv, għaliex twarrab?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Huwa ppjanat li is-siti li kienu identifikati ghall-Progett tac-Centru Komunali jibqghu jintuzaw ghall-istess skop li kellhom sal-lum b'rikostruzzjoni tal-parkegg li hemm fi triq Borg Olivier li jsir multi level parking u jinbena Qorti gdid fil-livell tat-triq minflok dak ippjanat fi triq Fortunato Mizzi. Is-sit fejn kien ippjanat li jsir il-bini tal-Qorti fi triq Fortunato Mizzi ser tintuza ghal skopijiet edukattivi.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm impjegati skond il-grad tagħhom li kellhom shift allowance fl-isptar Ġenerali ta' Għawdex fl-aħħar ta' l-2007 u fl-aħħar ta' Marzu 2008? Kemm ħaddiema, xahar b'xahar mill-ewwel ta' Jannar 2007 'l hawn, li kellhom allowance mill-ministeru tagħha ma baqgħux jieħdu allowance mill-ministeru għax irtiraw jew għax ġew trasferiti għal xi ministeru ieħor?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba ghadha qed tingabar u risposta tinghata f'xi seduta ohra.
Tista' l-Ministru tgħid x'kien it-total ta' ħaddiema full-time, part-time, casual, eċċ rispettivament fl-aħħar ta' l-2007 u fl-aħħar ta' Marzu, 2008 fil-Ministeru tagħha? Kemm kienu kull xahar minn Jannar 2007 sa l-aħħar ta' Marzu 2008 li ġew trasferiti minn Malta għall-ministeru tagħha? Xi gradi huma? X'xogħol ngħataw u f'liema fergħat?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Peress li l-informazzjoni mitluba ghadha qed tingaber, risposta tinghata f'xi seduta ohra.
Tista' l-Ministru tgħid meta ħarġet l-aħħar offerta għall-provvista, installazzjoni, ittestjar u kummissjonar ta' apparat u servizzi anċillari tal-Biċċerija ta' Għawdex? Fhiex waslet il-proċedura dwar din l-offerta? Kemm kienu ħarġu offerti oħra qabel u meta kienu ħarġu? Għaliex f'kull każ ma ntagħżel l-ebda offerent?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-aħħar offerta għall-Provista, Installazzjoni, Ittestjar u Kummissjonar ta’ Apparat u Servizzi Anċillari tal-Biċċerija ta’ Għawdex ġiet ippubblikata fis-26 ta’ Ottubru 2007 u għalqet fit-18 ta’ Diċembru 2007 u li l-agudikazzjoni teknika dalwaqt tkun lesta. Jiena infurmata ukoll li qabel din l-offerta, kienet ħarġet oħra għall-istess suġġett fit-22 ta’ Marzu 2005 u għalqet fis-17 ta’ Mejju 2005 u li din l-offerta ma ngħatatx minħabba li l-ebda sottomissjoni ma kienet skond l-ispeċifikazzjonijiet ta’ l-offerta
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu d-depożiti fil-banek u s-self mill-banek f'Għawdex fl-aħħar ta' Diċembru 2007 u fl-aħħar ta' Marzu ta' din is-sena? Kemm kien hemm kontijiet ta' depożitu u ta' self rispettivament?