Għawdex — Malta Enterprise - nefqa fuq Kumpaniji li joperaw f'Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa, xahar xahar fl-2007 u sa l-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena, tal-Malta Enterprise fuq kumpaniji li joperaw f’Għawdex? Fiex kienet tikkonsisti kull nefqa? X’tip ta’ inċentivi tkopri kull nefqa?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi n-nefqa taħt l-inċentiva Industry in Gozo amministrata minn Malta Enterprise fuq kumpaniji fl-industrija li joperaw f’Għawdex fis-sena 2007 tammonta għal €615,315.31 (Lm264,154.86). Din in-nefqa ibbenefikaw minnha kumpaniji fl-industija li joperaw f’Għawdex għal spejjeż ta’ trasport bejn Malta u Għawdex taħt l-Artikolu 23 tal-Att dwar il-Promozzjoni ta’ Negozji.
L-assistenza hawn fuq imsemmija ngħatat f’forma ta’ cash grants.
Din l-informazzjoni tittieħed mill-audited accounts li jissottomettu dawn il-kumpaniji lil Malta Enterprise. Bħalissa din l-informazzjoni tkun qed tinġabar u għalhekk l-informazzjoni dwar din it-tip t’assistenza minn Jannar sa Settembru ta’ din is-sena tkun tista’ tingħata biss wara tmien is-sena 2008.
Barra minn dawn l-inċentivi, kumpaniji fl-industrija li joperaw minn Għawdex gawdew ukoll minn inċentivi oħra tal-Malta Enterprise bħal Investment Aid Scheme, Trade Fair Promotion, Training Grants (amministrati mill-ETC) u oħrajn.
L-ismijiet ta’ l-applikanti ma jistgħux jingħataw peress li l-informazzjoni hija ta’ natura kummerċjalment sensittiva.
Għawdex — Xewkija - Qasam Industrijali - Kumpaniji
Question
Jista’ l-Ministru jagħti l-isem tal-kumpaniji li jinsabu joperaw fil-Qasam Industrijali tax-Xewkija, Għawdex? X’tip ta’prodotti jipproduċu? Meta bdew joperaw f’dan il-qasam? Kemm kienu jħaddmu impjegati (i) qabel bdew joperaw f’dan il-qasam fejn hu l-każ, (ii) meta bdew joperaw f’dan il-qasam, u (iii) kemm qed iħaddmu nies illum?
Għawdex — Kumpaniji Megħjuna mill-MDC/Malta Enterprise
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kumpanija kienet megħjuna mill-MDC/Malta Enterprise sena b’sena mill-1999 sal-lum biex twaqqaf impriża f’Għawdex? Min huma dawn il-kumpaniji u x’tip ta’ prodott/i jagħmlu? X’investiment sar minn dawn il-kumpaniji f’Għawdex kull sena fl-istess perjodu? Kemm investiment minn dan huwa barrani? X’għajnuna tagħthom l-MDC/Malta Enterprise u kemm hu l-ammont ta’ din l-għajnuna skond is-sena li ngħatat? Kemm kienu jħaddmu nies meta bdew joperaw meta sar il-ftehim mal-MDC/Malta Enterprise u kemm qed iħaddmu llum?
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa kull sena mill-1999 sal-lum fuq inċentivi għall-industrija f’Għawdex? Għal liema sena/snin ta’ operat kienet in-nefqa ta’ kull sena? Kemm kumpaniji bbenefikaw minn dawn l-inċentivi kull sena? Kemm hemm għotjiet li huma approvati u għadhom ma tħallsux? Għal liema snin huma u kemm hu l-ammont għal kull sena? Meta huwa mistenni li jitħallsu?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena infurmata li n-nefqa kull sena mill-1999 sal-lum u dettalji relattivi huma kif jidhru fl-iskeda annessa. Jiena nfurmata wkoll li dawn il-ħlasijiet imorru lura għal snin ta’ operat li jibdew mill-1996 u li għad hemm ħmistax il-talba (mqassma fuq sitt beneficjarji) għal għotjiet u għadhom ma’ tħallsux li jammontaw għal €885,525 u li jirreferu għal snin ta’ operat li jibdew mill 2001. Il-pagamenti pendenti isiru aktar il-quddiem.
Sena
Nefqa
Numru ta' Beneficjarji
Euro
1999
132,774.00
10
2000
179,595.00
16
2001
321,221.00
14
2002
0.00
0
2003
168,362.00
9
2004
135,101.00
14
2005
693,685.00
20
2006
372,700.00
14
2007
320,897.00
12
2008
372,701.00
10
Industrija tal-Manifattura — Dħul Medju għal kull ħaddiem
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul medju għal kull ħaddiem ras għar-ras fis-settur ta’ l-industrija tal-manifattura f’Malta u f’Għawdex separatament kull sena mill-2005 ‘l hawn fi prezzijiet tas-suq u fi prezzijiet kostanti tas-sena 2000? Kemm kienu l-ħaddiema f’dan is-settur f’Malta u f’Għawdex separatament matul l-istess snin? Jista’ jekk jogħġbu, fejn hu possibbli, jagħtini wkoll l-istess tagħrif għas-sotto-setturi ta’ dan is-settur?
Industrija tat-Turiżmu — Dħul Medju għal kull ħaddiem
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul medju għal kull ħaddiem ras għar-ras fis-settur ta’ l-industrija tat-turiżmu f’Malta u f’Għawdex separatament kull sena mill-2000 ‘l hawn fi prezzijiet tas-suq u fi prezzijiet kostanti tas-sena 2000? Kemm kienu l-ħaddiema f’dan is-settur f’Malta u f’Għawdex separatament matul l-istess snin? Jista’ jekk jogħġbu, fejn hu possibbli, jagħtini wkoll l-istess tagħrif għas-sotto-setturi ta’ dan is-settur?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet il-medja fis-sena għal kull ħaddiem tal-Valur Miżjud Gross kull sena mill-2001 sal-2007 fl-industrija tal-manifattura f’Malta u f’Għawdex separatament? Jista jagħtini dan it-tagħrif fi prezzijiet tas-suq kif ukoll fi prezzijiet kostanti ta-2000?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inbiegħu biljetti mill-Gozo Channel għas-servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex xahar xahar minn Awwissu 2007 sal-lum lill-:
a) Passiġġieri residenti f’Għawdex bla vettura;
b) Passiġġieri residenti f’Għawdex bil-vettura;
c) Passiġġieri residenti Malta u passiġġieri barranin bla vettura; u
d) Passiġġieri residenti Malta u passiġġieri barranin bil-vettura?
Response (FENECH, TONIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Laqgħat bejn il-Gvern Malti u l-Kummissjoni Ewropea — Servizz tal-Baħar bejn Malta u Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi korrispondenza u/jew laqgħat formali jew informali bejn il-Gvern Malti u l-Kummissjoni Ewropea minn Ġunju 2007 ‘l hawn dwar l-Opinjoni Motivata li l-Kummissjoni Ewropea bagħtet lil Malta dwar is-servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex (KE Ref Nru IP/06/1777) fejn il-Kummissjoni allegat li l-Gvern kiser ir-regolamenti Komunitarji dwar il-kabotaġġ marittimu? Jekk kien hemm meta? X’kien l-eżitu tagħhom? X’inhi l-pożizzjoni llum? X’inhija l-pożizzjoni tal-Gvern dwar dan il-każ? Il-ħaddiema tal-kumpanija Gozo Channel li jistgħu jitilfu l-impjieg tagħhom ma’ din il-kumpanija qed jinżammu informati bl-iżviluppi li qed ikun hemm u dwar x’inhuma l-prospetti għalihom dwar l-impjieg tagħhom?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx xi tibdil għall-Avviż Legali Nru 150 tal-1995 (dwar l-industrija fid-djar – cottage industry)? Jekk sar, meta? X’inbidel mill-Avviż Legali? Kemm nies ibbenefikaw mit-tibdil li sar?
Awtorità Marittima u Gozo Channel — Kuntratt ta' kera
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx xi kuntratt ta’ kera (Harbour Agreement) bejn il-Gvern/l-Awtorità Marittima u l-Gozo Channel għat-terminals tal-passiġġieri, tal-marshalling areas u tal-parkeġġi fil-portijiet taċ-Ċirkewwa u ta’ l-Imġarr Għawdex? Jekk sar kuntratt, meta sar u għal liema terminu ta’ żmien? X’inhu l-valur tal-kera u fuq liema kriterji ġiet stabbilita? Huwa kkontemplat li l-kera tiġi riveduta meta jitlestew il-faċilitajiet kollha taċ-Ċirkewwa? Jista’ jekk jogħġbu jpoġġi kopja tal-kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’jonqos isir biex jitlesta l-proġett ta’ faċiliajiet ġodda fiċ-Ċirkewwa? Jistà jagħti skeda ta’ kif se jitwettqu u meta se jitlestew dawn il-faċilitajiet ġodda?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-proġett tat-terminal taċ-Ċirkewwa mistenni jitkompla fit-tielet kwart (bejn Lulju u Settembru) tas-sena 2009. Id-disinji preżenti ta’ dan il-proġett għandhom jitlestew sa l-aħħar tas-sena 2008, filwaqt li l-fażi tat-tendering mistennija ssir fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2009. Il-proġett mistenni li jitlesta sa l-aħħar tas-sena 2011.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu d-depożiti fil-banek u s-self mill-banek f'Għawdex fl-aħħar ta' Diċembru 2007 u fl-aħħar ta' Marzu ta' din is-sena? Kemm kien hemm kontijiet ta' depożitu u ta' self rispettivament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija kif ġej:
Deskrizzjoni
Perjodu
31-Dec-07
Total deposits (€ 000’s)
577,097
Number of accounts (actual)
86,378
Total loans and advances (€ 000’s)
313,987
Number of accounts (actual)
5,268
Deskrizzjoni
Perjodu
31-Mar-08
Total deposits (€ 000’s)
584,586
Number of accounts (actual)
85,260
Total loans and advances (€ 000’s)
323,434
Number of accounts (actual)
5,992
Tista’ l-Ministru tgħid x’sar s’issa mill-Gvern biex joffri art lil istituzzjonijiet edukattivi ta’ reputazzjoni internazzjonali li jkunu interessati jiżviluppaw
campus
tagħhom ġewwa Għawdex u jipprovdu programmi edukattivi primarjament indirizzati lejn studenti internazzjonali?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-art għal dan il-proġett ġiet identifikata u se jsiru diskussjonijiet ma istituzzjonijiet edukattivi ta' reputazzjoni internazzjonali.
Tista' l-Ministru tgħid jekk bediex il-proċess biex f'Għawdex jitwaqqaf mużew ta' arti moderna u kontemporanja ta' livell nazzjonali? Jekk fin-negattiv, meta hu mistenni li jinbeda? Fejn hu mistenni li jitwaqqaf dan il-mużew?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata, li Heritage Malta għandha l-ħsieb li jitwaqqaf Mużew ta’ l-Arti f’Għawdex. Bħalissa Heritage Malta għadha fil-fażi li tidentifika l-post adegwat għal dan il-proġett.
Jista' l-Ministru jgħid fejn wasal il-proġett tar-rijabilitazzjoni tal-miżbla tal-Qortin? X'xogħol sar s'issa u x'kienet in-nefqa s'issa? Kemm hemm flus kommessi għal dan il-proġett u għadhom ma tħallsux?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li x-xogħol ta’ ċaqliq ta’ terrapien biex jiġi stabbilit is-sit u jitneħħa l-periklu kif ukoll jitgħatta l-iskart b’terrapien nadif huwa fi stadju avvanzat. Fl-istess stadju waslu t-tħaffir ta’ bjar li b’kollox hemm 30, u x-xogħol ta’ pajpijiet biex jinġibed il-gas minn ġo din il-miżbla. Sar ukoll studju professjonali dwar l-iżvilupp ta’ dan is-sit bħala park għall-familja fejn wara li saret konsultazzjoni pubblika ġie ppreparat Project Description Statement li għandu jiġi sottomess lill-MEPA flimkien ma’ l-applikazzjoni ta’ l-iżvilupp.
L-ispiża laħqet € 86,000 li tħallsu kollha. Hemm ukoll allokati min-naħa ta’ l-Unjoni Ewropea fondi għat-trattament tal-gas, li jammontaw għal € 1,300,000 li minnhom madwar € 650,000 huma allokati għall-impjant. S’issa ntefqu madwar € 110,000 f’installazjoni tal-bjar.
Tista' l-Ministru tgħid x'sar s'issa fuq il-bini ta' ċentru ta' Back Office ġdid biex jiżdied il-potenzjal ta' Għawdex li joffri opportunitajiet ġodda f'dan it-tip ta' xogħol?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena infurmata li ġie identifikat sit għal xogħol ta' Back Office u li ġiet sottomessa applikazzjoni lil MEPA għal dan l-iżvilupp.
Tista' l-Ministru tgħid x'sar s'issa biex tiġi żviluppata taqsima tar-radjoloġija u tiġi mgħammra t-tieni sala ta' l-operazzjonijiet moderna?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
TAQSIMA TAR-RADJOLOĠIJA F’GĦAWDEX
L-ONOR. ANTON REFALO: Staqsa lill-Ministru għal Għawdex:
Tista’ l-Ministru tgħid x’sar s’issa biex tiġi żviluppata taqsima tar-radjoloġija u tiġi mgħammra t-tieni sala ta’ l-operazzjonijiet moderna ?
(11.07.2008)
Ninsab informata li:
1. Ix-xogħol relatat mal proġett tad-
Dipartiment tar-Radjoloġija
miexi kif ippjanat. Il-blokk amministrattiv il-gdid li ser jifforma parti mid-Dipartiment tar-Radioloġija huwa lest mill- kostruzzjoni. Fil –preżent qed isir il-kisi w tikħil ta’ dan il blokk minn barra.
It-
tenders
li għandhom x’jaqsmu ma’ dan il-proġett huma lesti. Il-
Vetting
ta’ dawn it-
tenders
mid-Dipartiment tal-Kuntratti huwa fi stadju avanzat. Fl-istess waqt dawn it-
Tenders
qegħdin jigu riferuti lill-Ministeru għar-Riżorsi u Affarjiet Rurali biex ikun aċċertat li x-xogħol relatat ma’ dan il-proġett huwa konformi mal –
Green Issues
.
2. Ix-xogħol relatat mal-proġett tad-
Dipartiment ta’ l-Operazzjonijiet
miexi kif ippjanat. L-offerti
li għandhom x’jaqsmu ma’ dan il-proġett huma lesti. Il-
Vetting
ta’ dawn l-offerti
mid-Dipartiment tal-Kuntratti huwa fi stadju avanzat. Fl-istess waqt dawn it-
Tenders
qegħdin jiġu riferuti lill-Ministeru għar-Riżorsi u Affarjiet Rurali biex ikun aċċertat li x-xogħol relatat ma’ dan il-proġett huwa konformi mal –
Green Issues
.
Riċentament ġiet ippublikata sejħa għall-offerti għat-tneħħija ta’ l-
Asbestos
f’dawn iż-żewġ dipartimenti msemmija.