Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #2775 Sitting 41 2008-10-13 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Għawdex — numru ta' ħaddiema fis-settur privat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta ħaddiema fis-settur privat f'Għawdex fl-aħħar ta' kull sena mill-1998 l'hawn separatament f'dawk li jaħdmu għal rashom u impjegati, fl-oqsma tas-settur industrijali kif ġej: 1a) Kostruzzjoni b) Barrieri tal-ġebel c) agrikoltura d) Sajd e) Manifattura settur settur bħal tat-tessuti, għamara, żraben u ħwejjeġ, ikel eċċ 2) Fis-settur tas-servizzi tas-suq maqsumin fl-oqsma tal- a) Lukani? b) Restoranti? c) bejgħ bl-imnut? d) transport? e) Komunikazzjonijiet? f) Insurance? g) Banek? ġ) Istituzzjonijiet finanzjajri oħra real estate? għ) Servizzi għall-komunità? h) Servizzi ta' kummerċ? ħ) Servizzi ta' rikrejazzjoni?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li ma kienetx tinżamm l-informazzjoni mitluba dwar Għawdex separatament qabel l-1999. Ninsab infurmat ukoll li t-tagħrif mitlub mis-sena 1999 hu kif jidher fit-Tabelli li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #2776 Sitting 41 2008-10-13 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Standard item of expenditure — Nefqa

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'kienet in-nefqa attwali taħt kull Standard item of expenditure tal-Vot Rikorrenti tal-Ministeru għall-Għawdex fl-2007 u kemm kienet fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena? tista' tgħid xi flus hemm kommessi għan-nefqa taħt kull item u li għadhom ma tħallsux?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #2777 Sitting 41 2008-10-13 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Item of Expenditure — Nefqa attwali

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'kienet in-nefqa attwali taħt kull Item of Expenditure tal-Vot Kapital tal-Ministeru għall-Għawdex fl-2007 u kemm kienet matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena? Tista' tagħti breakdown fuq xiex intnefaqu dawn il-flus? Tista' tgħid xi flus hemm kommessi għan-nefqa taħt kull item u li għadhom ma tħallsux? Tista' tgħid għaliex huma kommessi?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Tibdil f'Avviż Legali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx xi tibdil għall-Avviż Legali Nru 150 tal-1995 (dwar l-industrija fid-djar – cottage industry)? Jekk sar, meta? X’inbidel mill-Avviż Legali? Kemm nies ibbenefikaw mit-tibdil li sar?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi ma kienx hemm tibdil fil-kontenut u l-assistenza mgħotija permezz ta’ l- Avviż Legali Nru 150 ta’ l-1995 (dwar l-industrija fid-djar – cottage industry), ħlief l-Avviż Legali 425 tal-2007 dwar l-introduzzjoni tal-Euro.

Għawdex — Popolazzjoni Barranija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet il-popolazzjoni barranija f’Għawdex fl-aħħar ta’ kull sena mill-1999 ‘l hawn?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-popolazzjoni barranija f’Għawdex fl-aħħar ta’ kull sena mis-sena 2000 ‘l hawn hija kif tidher f’din it-tabella: Popolazzjoni barranija f’Għawdex mill-2000 sal-2007 Sena Popolazzjoni barranin f'Ghawdex 2000 691 2001 822 2002 958 2003 1,030 2004 1,209 2005 1,134 2006 1,387 2007 1,460 Nota: Is-snin 2000 sal-2005 huma bbażati fuq iċ-Ċ ensiment tal-Popolazzjoni u tad-Djar 1995 Is-snin 2006 u l-2007 huma bbażati fuq iċ-Ċ ensiment tal-Popolazzjoni u tad-Djar 2005 L-informazzjoni għas-sena 1999 ma tistax tingħata għaliex sa l-1999 l-popolazzjoni barranija kienet tinġabar għal Malta u Għawdex flimkien.

Għawdex — Uffiċju tad-dwana - Funzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-funzjonijiet li qed iwettaq l-Uffiċċju tad-Dwana f’Għawdex? Jista’ jgħid jekk dan l-uffiċċju hux se jibqa’ miftuħ is-sena kollha, inkluża anke x-xitwa?

Response (FENECH, TONIO)

Cust 45/08/29 Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-funzjoni li qed iwettaq l-Uffiċċju tad–Dwana f’Għawdex tirrigwarda primarjament il-ġbir tad-dokumenti neċċessarji ta’ dawk il-jottijiet li jkunu ġejjin jew sejrin, minn u għal pajjiżji li m’humiex membri ta’ Unjoni Ewropea. Dan l-uffiċċju huwa fdat ukoll mis sorveljanza fl-inħawi. Deċiżjonijiet dwar il-perjodi li fihom l-uffiċċju għandu jinżamm miftuħ jittieħdu mill- Management skond l-eżigenzi tas-servizz.
Leg 11 PQ #2769 Sitting 40 2008-10-08 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Popolazzjoni Ekonomikament attiva

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet, f’termini assoluti, kif ukoll f’rati ta’ attività, il-popolazzjoni ekonomikament attiva f’Malta u Għawdex separatament kull, kwart tas-sena għal kull sena mill-2005 ‘l hawn? Kemm kienet il-popolazzjoni tax-xogħol f’Għawdex fl-istess żmien? Jista’ jagħti t-tagħrif mitlub maqsum f’irgiel u nisa?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #2770 Sitting 40 2008-10-08 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

ETC — skemi ta' għajnuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu l-iskemi ta’ għajnuna tal-ETC għal Malta u għal Għawdex separatament kull sena mill-1999 sal-lum? Kemm kienu u x’kienu l-benefiċjarji ta’ dawn l-iskemi f’Malta u Għawdex separatament? Kemm intnefqu flus kull sena fl-istess perijodu fuq dawn l-iskemi f’Malta u Għawdex separatament?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Malta ERnterprise — Skemi ta' għajnuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu l-iskemi ta’ għajnuna tal-Malta Enterprise għal Malta u għal Għawdex separatament kull sena mill-1999 sal-lum? Kemm kienu u x’kienu l-benfiċjarji ta’ dawn l-iskemi f’Malta u Għawdex separatament? Kemm intefqu flus kull sena fl-istess perijodu fuq dawn l-iskemi f’Malta u Għawdex separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #2760 Sitting 39 2008-10-07 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Casino

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Gvern għadx għandu l-ħsieb li jinfetaħ casino f’Għawdex? Jekk fin-negattiv, għaliex ġiet imwarba din il-wegħda li l-Prim Ministru għamel kemm-il darba fil-Parlament?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lil Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 11 PQ #2761 Sitting 39 2008-10-07 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Impjant għat-trattament tad-drenaġġ

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm tħallsu flus s’issa fuq l-impjant għat-trattament tad-drenaġġ f’Għawdex? Lil min tħallsu u meta? Kemm huwa l-valur tal-pagamenti li jonqos isiru u lil min? Meta mistenni li jitħallsu? X’xogħol jonqos isir għat-tkomplija ta’ dan il-proġett?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Peress li l-informazzjoni mitluba trid tinġabar mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma li hija responsabbli għall-implimentazzjoni tal-Proġett għat-Trattament tad-Drenaġġ, nitlob lil Onorevoli Interpellant jirreferi lill-Ministru responsabbli minn din il-Korporazzjoni.
Leg 11 PQ #2762 Sitting 39 2008-10-07 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Impjant għat-trattament tad-drenaġġ - ħaddiema

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta beda jitħaddem l-impjant għat-trattament tad-drenaġġ f’Għawdex? Kemm tħallsu flus s’issa lill-operaturi ta’ dan l-impjnat? X’inhi r-rata ta’ ħlas biex jitħaddem dan l-impjant?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Peress li l-informazzjoni mitluba trid tinġabar mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma li hija responsabbli għall-implimentazzjoni tal-Proġett għat-Trattament tad-Drenaġġ, nitlob lil Onorevoli Interpellant jirreferi lill-Ministru responsabbli minn din il-Korporazzjoni.
Leg 11 PQ #2763 Sitting 39 2008-10-07 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — skart tad-drenaġġ

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’qed isir mill-iskart solidu u likwidu tad-drenaġġ trattat fl-impjant ta’ Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Peress li l-informazzjoni mitluba trid tinġabar mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma li hija responsabbli għall-implimentazzjoni tal-Proġett għat-Trattament tad-Drenagg, nitlob lil Onorevoli Interpellant jirreferi lill-Ministru responsabbli minn din il-Korporazzjoni.

Għawdex — Twelid, Mewt u Żwieġ

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm kienu rreġistrati lokalità lokalità f’Għawdex sena b’sena mill-2005 ‘l hawn twelidijiet, imwiet u żweġijiet? Jista’ jgħid kemm kien hemm separazzjonijiet fl-istess perijodu?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Industrija tat-Turiżmu — medja għal kull Ħaddiem

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet il-medja fis-sena għal kull ħaddiem tal-Valur Miżjud Gross kull sena mill-2001 sal-2007 fl-industrija tat-turiżmu f’Malta u f’Għawdex separatament? Jista’ jagħtini dan it-tagħrif fi prezzijiet tas-suq kif ukoll fi prezzijiet kostanti ta-2000?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Industrija tal-manifattura — Sehem f'fieri internazzjonali - Għajnuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kumpanija u negozju li joperaw fl-industrija tal-manifattura f’Għawdex nagħtaw għajnuna mill-MDC/Malta Enterprise biex jieħdu sehem f’fieri internazzjonali barra minn Malta, sena sena mill-1999 'il hawn? Min kienu? X’għajnuna nagħtaw? F’liema fieri ħadu sehem? Jista’ l-Ministru jagħtini l-istess tagħrif dwar kumpaniji u negozji oħra f’Malta?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi: Applikanti li jibbenifikaw għal għajnuna finanzjarja minn Malta Enterprise biex jieħdu sehem f’fieri internazzjonali barra minn Malta jistgħu jibbenifikaw taħt l-inċentivi Trade Fair Support u Trade Mission Support . L-għajnuna li tingħata taħt dawn l-inċentivi tikkonsisti f’ cash grants . L-applikanti ħadu sehem fil-fieri fl-Ewropa, l-Afrika ta’ Fuq, Lvant Nofsani u pajjiżi oħra. L-ismijiet ta’ l-applikanti ma jistgħux jingħataw peress li l-informazzjoni hija ta’ natura kummerċjalment sensittiva. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabelli li juru 1) In-numru t’applikanti fl-industrija tal-manifattura li bbenifikaw taħt l-inċentiva Trade Fair Support bejn l-2005 u l-2007 u l-ammonti ta’ għajnuna finanzjarja li irċevew; 2) U n-numru t’applikanti fl-industrija tal-manifattura li ibbenifikaw taħt l-inċentiva Trade Mission Support bejn l-2005 u l-2007 u l-ammonti ta’ għajnuna finanzjarja li rċevew.

Kumpaniji reġistrati f'Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm kumpaniji reġistrati f’Għawdex fl-aħħar ta’ kull sena mill-1999 sal-2007 u fl-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena li għandhom investiment barrani? Kemm hu l-ammont totali ta’ dan l-investiment barrani?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Għawdex — Kumpaniji - Spejjeż ta' Trasport bejn Malta u Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-inċentivi li kumpaniji li joperaw f’Għawdex jingħataw għal spejjes ta’ trasport bejn Malta u Għawdex taħt l-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali jew taħt l-Att dwar il-Promozzjoni tan-Negozju humiex se jibqgħu jingħataw wara l-aħħar ta’ din is-sena? Jekk xi inċentivi minn dawn se jieqfu, hemm ippjanati xi skemi jew miżuri oħra li jagħmlu tajjeb għan-nuqqas ta’ għajnuna li se jsoffru kumpaniji Għawdxin? Jekk hemm, x’inhuma?

Response (FENECH, TONIO)

L-inċentivi li jingħataw lil kumpaniji fl-industrija li joperaw f’Għawdex għal spejjeż ta’ transport bejn Malta u Għawdex taħt l-Artikolu 23 ta’ l-Att dwar il-Promozzjoni ta’ Negozji se jibqgħu jingħataw wara l-2008. Din l-assistenza hija konformi mar-regoli hekk imsejħa de minimis li jaqgħu taħt għajnuna mogħtija mill-istat kif stabbiliti mill-Unjoni Ewropeja. M’hemm l-ebda ħsieb li dawn l-inċentivi jieqfu wara l-2008.