Laqgħat bejn il-Gvern Malti u l-Kummissjoni Ewropea — servizz tal-baħar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi korrispondenza u/jew laqgħat formali jew informali bejn il-Gvern Malti u l-Kummissjoni Ewropea minn Ġunju 2007 ‘l hawn dwar l-Opinjoni Motivata li l-Kummissjoni Ewropea bagħtet lil Malta dwar is-servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex (KE Ref Nru IP/06/1777) fejn il-Kummissjoni allegat li l-Gvern kiser ir-regolamenti komunitarji dwar il-kabotaġġ marittimu? Jekk kien hemm meta? X’kien l-eżitu tagħhom? X’inhi l-pożizzjoni llum? X’inhi l-pożizzjoni tal-Gvern dwar dan il-każ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Awtorità Marittima u Gozo Channel — Kuntratt ta' kera
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx xi kuntratt ta’ kera (Harbour Agreement) bejn il-Gvern/l-Awtorità Marittima u l-Gozo Channel għat-terminals tal-passiġġieri, tal-marshalling areas u tal-parkeġġi fil-portijiet taċ-Ċirkewwa u ta’ l-Imġarr Għawdex? Jekk sar kuntratt, meta sar u għal liema terminu ta’ żmien? X’inhu l-valur tal-kera u fuq liema kriterji ġiet stabbilita? Huwa kkontemplat li l-kera tiġi riveduta meta jitlestew il-faċilitajiet kollha taċ-Ċirkewwa? Jista’ jekk jogħġbu jpoġġi kopja tal-kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt relattiv.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ persuni li ttrasferew ir-residenza tagħhom minn Malta għal Għawdex minn April 2005 sal-lum?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-numru ta' persuni li ttrasferew ir-residenza tagħhom minn Malta għal Għawdex minn April 2005 sa Settembru 2008 kien ta' 1014-il persuna.
Jista' l-Ministru jgħid xahar b'xahar minn Jannar 2007 sa l-aħħar ta' Awwissu ta' din is-sena, kemm ħaddiema Għawdxin bdew jaħdmu għall-ewwel darba jew reġgħu bdew jaħdmu wara li kienu sfaw bla xogħol? Jista' jgħid fejn bdew jaħdmu/ reġgħu bdew jaħdmu, f'Malta jew f'Għawdex?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Prodott Gross Domestiku — Produzzjoni u Importazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-Prodott Domestiku Gross fi prezzijiet tas-suq għal Malta u għal Għawdex separatment fl-1999, fl-2006 u fl-2007? Kemm kien l-ammont ta’ taxxi, kull taxxa għaliha, (i) fuq produzzjoni u (ii) fuq importazzjoni bħala komponenti tal-Prodott Domestiku Gross f’kull każ? X’kien l-ammont ta’ sussidju f’kull każ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-Valur Miżjud Gross fi prezzijiet bażiċi għal Malta u għal Għawdex separatament fl-1999, fl-2006 u fl-2007? Kemm kien jammonta l-kontribut tad-diversi setturi ta’ l-ekonomija individwalment għal dan il-valur?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien jammonta fi prezzijiet tas-suq, il-kumpens tal-ħaddiema bħala komponent tal-Prodott Domestiku Gross għal Malta u Għawdex separatament għas-snin 1999, 2006 u 2007?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Ufficcju Nazzjonali ta’ l-Istatistika jiġbor data tan-numru ta’ ħaddiema li jaħdmu Malta u Għawdex separatament. Din tiġi ppubblikata minn żmien għal żmien fin-news releases ta’ l-NSO. Data dwar kumpens ta’ ħaddiema ma tinġabarx separatament iżda fuq bażi nazzjonali. Tista’ ssir stima biex dan il-kumpens jinqasam fi tnejn. Madankollu, dan ikun jirrikjedi li jsiru xi assumptions, għaliex il-produttivita u n-numru ta’ sigħat bħala medja ivarja minn reġjun għal ieħor. Tajjeb illi l-NSO jispeċifika illi il-kumpens tal-ħaddiema għal Malta u Għawdex separatament mhux rikjest mill-Eurostat peress dawn huma reġjun tal-kategorija NUTS III.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm Casual Social Assistants fil-Ministeru tagħha u taqsamhom skond ix-xogħol li kienu jagħmlu fl-aħħar ta' Awwissu 2007 u fl-aħħar ta' Awwissu ta' din is-sena u skond is-sigħat fil-ġimgħa li kienu jaħdmu f'Awwissu 2007 u f'Awissu din is-sena? Tista' tgħid kemm hemm anzjani f'Għawdex li qed jingħataw servizz ta' kura fi djarhom? Tista' tgħid hemmx applikanti anzjani għal servizz ta' kura fi djarhom u għadhom ma nagħtawx dan is-servizz? Kemm ilhom pendenti dawn l-applikazzjonijiet? Hemm anzjani li m'għandhomx is-sigħat ta' servizz li approvalhom il-Bord? Kemm huma? Kemm sigħat approva l-Bord u kemm sigħat ta'servizz għandhom?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata illi f'Għawdex hemm 829 anzjani illi qed jingħataw servizz ta' kura fi djarhom. Minn dawn 10 anzjani m'għandhomx is-siegħat kollha ta' servizz li ġew approvati lilhom għaliex minn 50 siegħa baqalhom 15-il siegħa pendenti. Għad hemm applikanti anzjani li għadhom ma ngħatawx servizz, fil-maġġorparti tagħhom applikanti ta' din is-sena. Għar-rigward ta' Casual Social Assistants, jiena nfurmata illi fl-aħħar ta' Awissu 2007 u fl-aħħar ta' Awissu 2008 kien hemm 107 u 101 rispettivament. Fost dawn hemm:
PTSAs Awissu 2007 Awissu 2008
Office Duties 4 4
ATC 5 6
Day Centre 4 3
ESN 3 3
Ninu Cremona Complex 1 1
Trasferiti mal-Ministeru għal Għawdex 0 1
In-numru ta' siegħat li jaħdmu fil-ġimgħa huma maqsuma skond it-Tabella t'hawn taħt:
Numru ta' siegħat PTSA's Awissu 2007 PTSA's Awissu 2008
7 siegħat sa 20 siegħa 10 12
21 siegħa sa 30 siegħa 66 55
aktar minn 30 siegħa 31 34
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien jammonta fi prezzijiet tas-suq il-profitt gross u dħul ieħor mixxellanju separatament bħala komponent tal-Prodott Domestiku Gross għal Malta u Għawdex separatament għas-snin 1999, 2006 u 2007?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa fuq safar kull sena mill-1999 sal-lum ta’ delegazzjonijiet ministerjali u ta’ delegazzjonijiet oħra tal-Ministeru kif ukoll ta’ uffiċċjali li siefru fuq xogħol tal-Gvern jew għal seminars, korsijiet, eċċ? Xi grad kienu l-uffiċċjali f’kull każ? X’kien l-iskop ta’ kull safra?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid meta tlesta l-proġett taċ-Ċentru ta' l-Arti u Artiġjanat? Meta kellu jiltlesta skond l-arranġamenti li saru mal-Unjoni Ewropea? Meta beda jintuża bħala incubation centre? Kemm nies ibbenefikaw minnu s'issa? X'tip ta' ariġjanat għamlu/qed jagħmlu dawk li bbenefikaw/qed jibbenefikaw minnu? Kemm fondi nazzjonali u fondi Ewropej separatament tħallsu s'issa fuq dan il-proġett? Kemm hemm li għadhom iridu jitħallsu?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Il-proġett taċ-Ċentru ta' l-Arti u Artiġjanat tlesta lejn l-aħħar tas-sena 2007. Bħalissa qegħdin jiġu evalwati l-applikazzjonijiet sottomessi għall-postijiet fl-incubation centre.
Ninsab infurmata li matul is-sena akkademika 2007-2008, minn dan il-proġett ibbenifikaw 887 persuna li attendew korsijiet offruti minn dan iċ-ċentru. Lista tal-korsijiet offruti tinsab annessa.
Fuq dan il-proġett tħallsu Ewro 870,695.81 li jinkludu 75% minn fondi Ewropej u 25% u t-taxxa fuq il-valur miżjud minn fondi Nazzjonali.
Jiena nfrumata wkoll li m'hemmx pagamenti x'jitħallsu.
Korsijiet offruti fiċ-Ċentru ta' l-Arti u artiġjanat - Għajnsielem
Oil Water Painting
Basic Art
Airbrush/Spray painting
Gilding
Monasteru
Pencil & Charcoal
Thread Filigree
Embroidery
Computer Art Awareness
Lace
Beading
Textile Design
Candle Crafts
Parchment Crafts
Pyrography
Glass Works
Art Attack & Paper Mache
Stone Wood Craft
Fashion Design
Autocad
Photoshop
Pottery & Ceramics
Silver Filigree
Mechanical Clock Restoration
Ferrobattuto
Clay Modelling & Moulding
Mosaic Works
Art and Crafts for persons with special needs
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien id-dħul tal-Gvern kull sena mill-1999 sal-lum minn Malta u Għawdex separatament: (i) taħt l-Artiklu 93 ta’ l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali, mill-anzjani li jirċievu servizz residenzjali finanzjat mill-istat; u (ii) taħt l-Artiklu 95 ta’ l-istess Att mill-persuni li jibbenefikaw minn servizzi ta’ kura/għajnuna mogħtija fid-djar? Jista’ jgħidli kemm hemm sodod f’istituzzjonijiet, djar, eċċ għall-anzjani li huma finanzjati/sussidjati mill-Gvern jew immexxija taħt partenariat bejn il-Gvern u l-Privat f’Malta u Għawdex separatament? Jista’ jagħtini dan it-tagħrif istituzzjoni istituzzjoni?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-flus li daħħal il-Gvern taħt l-Artikli 93 u 95 ta’ l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali għadda għand il-Welfare Committee sena sena? Kemm intnefqu flus, sena sena mill-1999 sal-lum, minn dan il-Kumitat f’Malta u f’Għawdex separatament u fuq xiex?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ħaddiema tal-Gvern u ta' entitajiet oħra tas-settur pubbliku ġew trasferiti għal Għawdex kull xahar minn Jannar tal-2007 sa l-aħħar ta' Awwisu ta' din is-sena? Jista' jgħid minn fejn ġew transferiti u għal fejn ġew trasferiti?
Casual Social Assistants — Servizz ta' kura fi djar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm Casual Social Assistants fil-Ministeru tiegħu u jaqsamhom (i) skond ix-xogħol li kienu jagħmlu fl-aħħar ta’ Awwissu 2007 u fl-aħħar ta’ Awwissu ta’ din is-sena u (ii) skond is-sigħat fil-ġimgħa li kienu jaħdmu f’Awwissu 2007 u f’Awwissu din is-sena? Jista’jgħid kemm hemm anzjani f’Malta li qed jingħataw servizz ta’ kura fi djarhom? Jista’ jgħid hemmx applikanti anzjani għal servizz ta’ kura fi djarhom u għadhom ma nagħtawx dan is-servizz? Kemm ilhom pendenti dawn l-applikazzjoni? Hemm anzjani li m’għandhomx is-sigħat ta’ servizz li approvalhom il-bord? Kemm huma? Kemm sigħat approva l-bord u kemm sigħat ta’ servizz għandhom?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ emigranti minn Għawdex u kemm emigranti ġew lura Għawdex fl-2006 u fl-2007 rispettivament, maqsumin f’nisa u rġiel?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’kienu l-iskemi t’ għajnuna tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu għal Malta u għal Għawdex separatament kull sena mill-1999 sal-lum? Kemm kienu u x’kienu l-benfiċjarji (lukandi, vilel, eċċ) ta’ dawn l-iskemi f’Malta u Għawdex separatament? Kemm intnefqu flus kull sena fl-istess perjodu fuq dawn l-iskemi f’Malta u Għawdex separatament?
Tista' l-Ministru tgħid x'kienet in-nefqa tal- Foundation for Tomorrow's School f'Malta u f'Għawdex separatament kull sena minn meta twaqqfet sal-lum? Fuq xiex kienet kull nefqa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tiġi miġbura, tweġiba tingħata f’Seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu l-iskemi ta’ għajnuna fl-oqsma tal-biedja u sajd għal Malta u għal Għawdex separatament kull sena mill-1999 sal-lum? Kemm kienu u x’kienu l-benfiċjarji ta’ dawn l-iskemi f’Malta u Għawdex separatament? Kemm intefqu flus kull sena fl-istess perjodu fuq dawn l-iskemi f’Malta u Għawdex separatament?