Tista’ l-Ministru twieġb mistoqsija parlamentari 2076 u tgħid x’xogħol sar fuq ir-rijabilitazzjoni ta’ widien f’Għawdex permezz ta' l-Environmental Landscapes Consortium? Tista’ tgħid kemm qed iħaddem nies f’Għawdex dan il-consortium? Fuq liema bażi, (ie fuq bażi permanenti, temporanja, każwali, eċċ) ġew ingaġġati dawn il-ħaddiema?
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 2074 u tagħti breakdown tal-valur ta' l-investiment tal-gvern fl-2006 u fl-2007 fir-reklamar ta' Għawdex b'riżq it-turiżmu domestiku? Fuqiex sar l-investiment?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informażżjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 2072 u tgħid kemm kienet in-nefqa totali sena b'sena mill-1999 'l hawn fuq l-immodernizzar u l-bini ta' faċilitajiet ġodda :
i) f'kull waħda mill-iskejjel primarji ta' Għajnsielem, Nadur,Victoria, Xewkija u Żebbuġ
ii) fl-iskola sekondarja tal-bniet Aguis de Soldanis
iii)fiċ-ċentru għal Studji Ogħla Sir Mikelanġ Refalo
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitlullba mill-Onorevoli Nterpellant hija jif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 1780 u tgħid x'kien it-total ta' ħaddiema full-time, part-time, casual, eċċ rispettivament fl-aħħar ta' l-2007 u fl-aħħar ta' Marzu, 2008 fil-Ministeru tagħha? Kemm kienu kull xahar minn Jannar 2007 sa l-aħħar ta' Marzu 2008 li ġew trasferiti minn Malta għall-ministeru tagħha? Xi gradi huma? X'xogħol ngħataw u f'liema fergħat?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fiż-żewġ tabelli li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 1779 u tgħid kemm kien hemm impjegati skond il-grad tagħhom li kellhom shift allowance fl-isptar Ġenerali ta' Għawdex fl-aħħar ta' l-2007 u fl-aħħar ta' Marzu 2008? Kemm ħaddiema, xahar b'xahar mill-ewwel ta' Jannar 2007 'l hawn, li kellhom allowance mill-ministeru tagħha ma baqgħux jieħdu allowance mill-ministeru għax irtiraw jew għax ġew trasferiti għal xi ministeru ieħor?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Għawdex — Kumpaniji Megħjuna mill-MDC/Malta Enterprise
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kumpanija kienet megħjuna mill-MDC/Malta Enterprise sena b’sena mill-1999 sal-lum biex twaqqaf impriża f’Għawdex? Min huma dawn il-kumpaniji u x’tip ta’ prodott/i jagħmlu? X’investiment sar minn dawn il-kumpaniji f’Għawdex kull sena fl-istess perjodu? Kemm investiment minn dan huwa barrani? X’għajnuna tathom l-MDC/Malta Enterprise u kemm hu l-ammont ta’ din l-għajnuna skond is-sena li ngħatat? Kemm kienu jħaddmu nies meta bdew joperaw, meta sar il-ftehim mal-MDC/Malta Enterprise u kemm qed iħaddmu llum?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi:
· Kumpaniji ġodda li twaqqfu f’Għawdex mill-2004 sa llum huma 4 (Rekords ta’ żmien l-MDC mhumiex aċċessibli), u waħda għamlet espanzjoni fl-2007.
· L-informazzjoni dwar ismijiet ta’ kumpaniji u informazzjoni relatata man-natura tax-xogħol li jagħmlu hija ta’ natura kunfidenzjali, u għaldaqstant ma tistax tingħata.
· Tlieta mill-kumpaniji huma barranin u tnejn huma lokali.
· L-assistenza mogħtija lil dawn il-kumpaniji bejn is-snin 2004-2007 tammonta globalment għal €2.8M. L-assistenza ġiet mogħtija fuq dawn l-iskemi:
·
Investment Aid Tax Credits
· Rati mnaqqsa ta’ taxxa
· Skemi taħt l-ERDF
·
Business Development Grants
· Kompetittivita’ internazzjonali
· Assistenza biex jattendu għal Fieri internazzjonali
· Spejjeż ta’ trasport
· Assistenza biex iżidu l-impjiegi
· L-impjieg ta’ dawn il-kumpaniji bejn l-2004-2007 kien hekk:
Numru ta’ Kumpaniji
Impjieg meta bdew
Impjieg Kirrenti
5
31
61
Ta’ min jinnota li 3 minn dawn il-kumpaniji bdew joperaw din is-sena u fi żmien 3 snin l-impjieg tagħhom għandu jiżdied b’37 impjieg.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’kienu l-iskemi t’ għajnuna tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu għal Malta u għal Għawdex separatament kull sena mill-1999 sal-lum? Kemm kienu u x’kienu l-benfiċjarji (lukandi, vilel, eċċ) ta’ dawn l-iskemi f’Malta u Għawdex separatament? Kemm intnefqu flus kull sena fl-istess perjodu fuq dawn l-iskemi f’Malta u Għawdex separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-2003, l-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta varat Skema ta’ għajnuna għall-Intrapriżi Turistiċi b’kofinanzjament tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Għawdex — Kumpanniji Megħjuna mill-MDC/Malta Enterprise
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2394 u jgħid kemm-il kumpanija kienet megħjuna mill-MDC/Malta Enterprise sena b’sena mill-1999 sal-lum biex twaqqaf impriża f’Għawdex? Min huma dawn il-kumpaniji u x’tip ta’ prodott/i jagħmlu? X’investiment sar minn dawn il-kumpaniji f’Għawdex kull sena fl-istess perjodu? Kemm investiment minn dan huwa barrani? X’għajnuna tathom l-MDC/Malta Enterprise u kemm hu l-ammont ta’ din l-għajnuna skond is-sena li ngħatat? Kemm kienu jħaddmu nies meta bdew joperaw, meta sar il-ftehim mal-MDC/Malta Enterprise u kemm qed iħaddmu llum?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2394.
Tista' l-Ministru tgħid kemm korsijiet ta' taħriġ saru kull sena mill-2000 sal-lum mill-Ministeru tagħha għall-ħaddiema tas-Servizz Pubbliku f'Għawdex? X'kien is-suġġett ta' kull kors u kemm attendew ħaddiema għal kull kors?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm quality services charters fil-Ministeru tagħha u kemm minnhom ġew introdotti f'dawn l-aħħar sentejn? X'sar f'dawn l-aħħar sentejn għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tagħhom?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li hemm tnax-il Quality Service Charter fid-dipartimenti fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex.
Preżentament qiegħed isir audit exercise fuq il-Quality Service Charters tad-Dipartimenti rispettivi fil-Ministeri kollha li eventualment iwassal għal review exercise fejn ikun hemm bżonn.
Tista' l-Ministru tgħid kemm iddaħħlu one stop shopsfil-Ministeru tagħha f'dawn l-aħħar sentejn? X'servizzi qed joffri kull wieħed minnhom?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li għalkemm ma ddaħħalx il-one stop shop ħafna mis-servizzi rikjesti mill-pubbliku huma provduti fl-'Administration Centre' li jinstab fi Pjazza San Franġisk, Victoria.
Għawdex — Programm għal bini ta' ħitan tas-sejjiegħ
Question
Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, l-programm għal bini mill-ġdid ta' ħitan tas-sejjiegħ f'Għawdex? Min approva dan il-programm? Tista' tgħid kemm metri tul u metri kwardri ta' ħitan tas-sejjiegħ inbnew mill-ġdid fl-egħlieqi tal-bdiewa Għawdxin kull sena f'dawn l-aħħar sentejn? Kemm kienet l-ispiża kull sena? X'inhuma l-proċeduri u l-kriterji li fuqhom issir l-prijoritizzazzjoni u l-għażla ta' liema ħitan jinbnew mill-ġdid? Min jivverifika u japprova x-xogħlijiet li jsiru?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-Ministeru għal Għawdex jirċievi diversi talbiet biex jinbnew ħitan tas-sejjiegħ li jiġu evalwati, u x-xogħol relatat isir fuq mertu prijoritarju li jieħu in kunsiderazzjoni s-sigurata’ u l-ħarsien tal-ħamrija u l-ambjent.
Jiena infurmata li matul s-sena 2007 ħaddiema tal-Gvern bnew 1090 metru (2138 metri kwadri) ta’ ħitan tas-sejjiegħ bi spiża ta’ €2618 u fis-sena 2008 sa issa nbnew 1250 metri (2355 metri kwadri) ta’ ħitan tas-sejjiegħ bi spiża ta’ € 806.36. L-ispejjes ikkwotati ma jinkludux il-pagi tal-ħaddiema li ħafna drabi jużaw materjal li jkun jinsab fuq il-post stess.
Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-programm għal bini mill-ġdid ta' passaġġi fil-kampanja t'Għawdex? Min approva dan il-programm? Tista' tgħid kemm metri tul u metri kwadri ta' passaġġi nbnew milll-ġdid kull sena f'dawn l-aħħar sentejn? Kemm kienet l-ispiża kull sena? X'inhuma l-proċeduri u l-kriterji li fuqhom issir l-prijoritizzazzjoni u l-għażla ta' liema passaġġi jinbnew mill-ġdid? Min jivverifika u japprova x-xogħlijiet li jsiru?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Il-Ministeru għal Għawdex jirċievi diversi talbiet biex jinbnew passaġġi fil-kampanja li jiġu evalwati, u x-xogħol relatat isir fuq mertu prijoritarju li jieħu in kunsiderazzjoni s-sigurta’, l-utilita’ u l-ambjent.
Jiena infurmata li matul s-sena 2007 ħaddiema tal-Gvern bnew 806 metri (2690.50 metri kwadri) ta’ passaġġi bi spiża ta’ €36,673 u fis-sena 2008 sa issa nbnew 987 metru (3440 metri kwadri) ta’ passaġġi bi spiża ta’ € 36,617.04. L-ispejjes ikkwotati ma jinkludux il-pagi tal-ħaddiema li ħadmu dan ix-xogħol.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm casual social assisstants fil-Ministeru tagħha fl-aħħar ta' kull sena mill-1999 sal-2007 u fl-aħħar ta' Marzu ta' din is-sena? Tista' tgħid kemm minnhom kienu qed jagħtu servizz lill-anzjani f'darhom? Tista' tgħid kemm anzjani kienu jingħataw l-għajnuna u kemm sigħat ta' għajnuna kienu jingħataw fl-istess data msemmija?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab informata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk twaqqafx il-Gozo Directorate fi ħdan il-Malta Enterprise? Jekk fin-negattiv, għaliex ma twaqqafx? Jekk twaqqaf x’inhuma l-kompetenzi u l-funzjonijiet tiegħu? Minn huma l-persuni maħtura biex imexxu u jamministraw dan id-Direttorat? Jista’ jgħid jekk hemmx budget speċifikatament għal Għawdex u jekk hemm minn min hu amministrat? Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-Dokument “An Entrepreneurial Vision for Gozo” ppubblikat mill-Malta Enterprise f’Jannar 2007?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-iskop tad-Direttorat għal Għawdex, fi ħdan il-Malta Enterprise huwa li jsiru numru ta’ attivitajiet li jagħtu assistenza diretta lill-industrija f’Għawdex. Ir-responsabilitajiet fir-rigward ta’ dawn l-attivitajiet huma mifruxa bejn il-management tal-korporazzjoni sabiex isir kull sforz possibbli lejn l-iżvilupp u l-assistenza tan-negozju, u l-attirar ta’ investiment barrani u l-iżvilupp ta’ inċentivi ekonomiċi u speċifiki għal Għawdex. Dan jassigura li l-isforzi importanti Għawdxin, iseħħu flimkien ma’ sforzi oħra tal-Malta Enterprise u mil-baġit tal-Malta Enterprise. Id-direttorat iffurmat mis-CEO tal-Malta Enterprise u minn tliet Chief Officers ta’ l-istess ME. M’hemmx budget speċifikament għal dan id-direttorat.
Id-Dokument ‘Viżjoni għal Għawdex’ kien ippubblikat mill-Malta Enterprise f’Jannar 2007 u kien, u ghadu, aċċessibbli fil-format
pdf
fil-
website
tal-Malta Enterprise.
Dawn l-isforzi tal-ME irriżultaw fi skema ta’ impjieg li tassisti kumpaniji finanzjarjament sabiex jiżdied l-impjieg f’Għawdex, assistenza għat-trasport ta’ prodotti manifatturati f’Għawdex biex jintbagħtu Malta, spazju industrijali, assistenza lil industrijalisti biex jipparteċipaw f’fieri internazzjonali biex ibiegħu l-prodotti tagħhom barra minn xtutna, servizzi ta’ konsulenza tan-negozju u innovazzjoni li tinkludu trasferimenti tat-teknoloġiji bejn Malta u pajjiżi oħra.
Id-Dokument ‘Viżjoni għal Għawdex’ qiegħed jiġi
updated
biex jinkludi wkoll il-kunċett
Eco-Island
. Dan qed isir b’konsultazzjoni diretta ma’
stakeholders
relevanti Għawdxin.
Awtorità Marittima u l-Gozo Channel — Kuntratt ta' Kera
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2390 u jgħid jekk sarx xi kuntratt ta’ kera (Harbour Agreement) bejn il-Gvern/l-Awtorità Marittima u l-Gozo Channel għat-terminals tal-passiġġieri, tal-marshalling areas u tal-parkeġġi fil-portijiet taċ-Ċirkewwa u ta’ l-Imġarr Għawdex? Jekk sar kuntratt, meta sar u għal liema terminu ta’ żmien? X’inhu l-valur tal-kera u fuq liema kriterji ġiet stabbilita? Huwa kkontemplat li l-kera tiġi riveduta meta jitlestew il-faċilitajiet kollha taċ-Ċirkewwa? Jista’ jekk jogħġbu jpoġġi kopja tal-kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra?
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2392 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzoni u issa qed tiġi riferuta lilu u jgħid x’inhuma l-pjanijiet tal-Gvern dwar servizz ta’ l-ajru mill-ajruport internazzjonali ta’ Malta għal Għawdex?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi bħalissa l-link bl-ajru bejn Malta u Għawdex hi permezz tas-seaplane bejn il-Port il-Kbir u l-Port ta’ l-Imġarr, Ghawdex. Ma hemmx pjanijiet immedjati fir-rigward tas-suġġett partikulari li hu riferut fil-Mistoqsija Parlamentari.
Tista' l-Ministru tgħid x'sar u kemm intnefqu flus matul l-2007 u matul din is-sena separatament għar-rijabilitazzjoni tal-Ġgantija?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li Heritage Malta għandha programm kontinwu ta’ konservazzjoni, tisbiħ u rijabilitazzjoni fit-Tempji Megalitiċi tal-Ġgantija u siti oħrajn f’Għawdex. Dan ix-xogħol qed isir kemm minn fondi Ewropej, bħala parti minn sponsorship tal-Vodafone Malta Foundation u minn fondi interni ta’ Heritage Malta.
Fl-2007 saret il-kostruzzjoni ta’
interim ticket booth
u
museum shop
qrib id-daħla tal-Ġgantija. Beda jitneħħa l-ħajt tal-
concrete
li nbena fl-1957 u nbena ħajt baxx tas-sejjieħ minfloku. Dan ix-xogħol tlesta matul din is-sena. L-ispejjeż totali għas-sena 2007 kienu ta’ €26,700. F’Settembru 2007
Heritage Malta
issottomettiet applikazzjoni għall-fondi reġjonali ta’ l-Unjoni Ewropea (ERDF), proġett li jinkudi €3.1miljun Ewro għall-Ġgantija. Il-proġett ikopri studji xjentifiċi u strutturali fuq it-Tempji, il-bini ta’ ċentru għall-vizitaturi, Mużew tal-Preistorja, kif ukoll tisbieħ ta’ l-inħawi ta’ madwar it-Tempji biex dawn jistgħu jiġu mgawda bħala
Heritage Park
.
Aktar kmieni din is-sena ġie mwaħħal
railing
quddiem it-
ticket booth
għall-kontroll aħjar tal-viżitaturi. Il-passaġġ ta’ mad-dawra tat-Tempji ġie spostat b’tali mod li l-viżitaturi jżommu aktar ’il bogħod mill-istrutturi megalitiċi u b’hekk tissaħħaħ il-preservazzjoni tat-Tempji. Għaddej ukoll xogħol ta’ tisbiħ fl-għelieqi ta’ madwar it-Tempji fejn ġew imħawwla numru sostanzjali ta’ siġar u pjanti indiġeni. Dan ix-xogħol qed isir bi ftehim mal-
Gaia Foundation
. Qed isir ukoll xogħol strutturali fuq il-
Finds Hut
fl-inħawi tal-Ġgantija, fejn hemm miġbur materjal arkeoloġiku mill-iskav taċ-Ċirku tax-Xagħra (
Brochtorff Circle
). L-ispejjeż li intefqu s’issa din is-sena huma ta’ €6100. Ħafna mix-xogħol strutturali u ta’ tisbiħ sar mill-
maintenance team
tas-sezzjoni t’Għawdex fi ħdan
Heritage Malta
.
Għawdex — Estensjoniji tal-fdalijiet fil-portijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'sar u kemm intnefqu flus matul 2007 u matul din is-sena separatament fuq l-estensjoni tal-fdalijiet fil-portijiet f'Għawdex biex ikunu jistgħu jidħlu cruise liners f'Għawdex?
Tista' l-Ministru tgħid x'sar u kemm intnefqu flus matul l-2007 u matul din is-sena separatament għat-titjib tas-sistema tal-ġbir ta' l-ilma tax-xita għall-użu fl-agrikoltura f'Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li matul is-sena 2007 u 2008 ma kienx hemm inizjattivi speċifiċi għat-titjib tas-sistema tal-ġbir ta' l-ilma f'Għawdex u li l-Ministeru qiegħed jaħdem biex ikollu pjan integrat f'dan ir-rigward.