Legislature:
Category:
Reset
Active:

Gozo Channel — skemi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-iskemi tal-Gozo Channel f'dawn l-aħħar 3 snin biex iħajru Maltin u barranin iżuru lil Għawdex? Meta daħlu u sa meta damu fis-seħħ? Kemm passiġieri bbenefikaw kull xahar minn kull skema?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat
Leg 11 PQ #3227 Sitting 51 2008-11-13 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

ETC — skemi ta' għajnuna

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb l-mistoqsija parlamentari 2770 u jgħid x’kienu l-iskemi ta’ għajnuna tal-ETC għal Malta u għal Għawdex separatament kull sena mill-1999 sal-lum? Kemm kienu u x’kienu l-benefiċjarji ta’ dawn l-iskemi f’Malta u Għawdex separatament? Kemm intnefqu flus kull sena fl-istess perijodu fuq dawn l-iskemi f’Malta u Għawdex separatament?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Malta Enterprise

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb l-mistoqsija parlamentari 2771 u jgħid x’kienu l-iskemi ta’ għajnuna tal-Malta Enterprise għal Malta u għal Għawdex separatament kull sena mill-1999 sal-lum? Kemm kienu u x’kienu l-benfiċjarji ta’ dawn l-iskemi f’Malta u Għawdex separatament? Kemm intefqu flus kull sena fl-istess perijodu fuq dawn l-iskemi f’Malta u Għawdex separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2771.

Għawdex — Investment Aid scheme

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kumpanniji li joperaw fis-settur industrijali f'Għawdex gawdew mill-Investment Aid Scheme tal-Malta Enterprise u mill-Training Grants Scheme kull sena mill-1999 'l hawn u kemm tħallsu fondi fuq kull skema kull sena? Jista' jagħti l-istess informazzjoni dwar kumpanniji li joperaw f'Malta? Jista’ Ministru jgħid kemm kumpanniji li joperaw fis-settur industrijali f’Għawdex gawdew mill- Investment Aid Scheme t al-Malta Enterprise u mill-Training Grants Scheme kull sena mill-1999 ‘l hawn u kemm tħallsu fondi fuq kull skema kull sena? Jista’ jagħti l-istess informazzjoni dwar kumpanniji li joperaw f’Malta?

Response (FENECH, TONIO)

PQ 3229 Interim Sitting: Date: Raised By: ANTON REFALO Ministry: TONIO FENECH Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment Heading: Ghawdex Sub Heading: Investment Aid scheme PQ Text: Jista’ Ministru jghid kemm kumpanniji li joperaw fis-settur industrijali f’Ghawdex gawdew mill-Investment Aid Scheme tal-Malta Enterprise u mill-Training Grants Scheme kull sena mill-1999 ‘l hawn u kemm thallsu fondi fuq kull skema kull sena? Jista’ jaghti l-istess informazzjoni dwar kumpanniji li joperaw f’Malta? TWEĠIBA Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Malta Enterprise ilha mwaqqfa mill-2004 u l-informazzjoni li l-Korporazzjoni għandha disponibbli fuq kemm kumpaniji fis-settur f’Għawdex u f’Malta gawdew minn għajnuna f’assistenza fiskali fuq l-investiment hija miġbura fit-tliet tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. L-informazzjoni dwar l-għajnuna fiskali fuq l-investiment li minnha gawda is-settur industrijali matul is-sena bażi 2007 mhix disponibbli minħabba l-fatt li din l- informazzjoni tinġabar mill-Korporazzjoni mill-formola tat-taxxa tad-dħul. L-intrapriżi huma obbligati li jissottomettu dan id-dokument għal sena partikolari lill-Inland Revenue sa disa’ xhur mill-għeluq tas-sena finanzjarja tagħhom. Ir-Regolament 20 tar-Regolamenti ta’ l-Att dwar il-Promozzjoni tan-Negozju (Leġislazzjoni Sussidjarja 325.06) jerġa’ jippermetti tliet xhur oħra sabiex kopja ta’ din il-formola tat-taxxa tad-dħul tingħata lill-Korporazzjoni. B’hekk, preżentament il-figuri miġbura jaslu sas-sena bażi 2006. Sa sena 2007, ftit kienu dawk l-impriżi Għawdxin li kienu jikkwalifikaw għall-għajnuna fuq l-investiment taħt l-Att Dwar il-Promozzjoni tan-Negozju (Business Promotion Act). Mis-sena kurrenti (2008), din l-għajnuna ġiet imwessa u mtejba taħt l-Att Dwar L-Intrapriża ta’ Malta (Malta Enterprise Act), u b’hekk issa l-impriżi tal-manifattura kollha huma eliġibli għal-għajuna fiskali akbar sakemm dawn joperaw bħala kumpanija, partnership jew koperattiva. Dan ifisser li issa, numru ferm akbar ta’ impriżi Għawdxin se jkunu jistgħu jibdew jibbenifikaw aħjar minn għajnuna fiskali fuq l-investiment. Rigward it- Training Grants Scheme nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lil Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #3230 Sitting 51 2008-11-13 Oral · Interim From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex- Casino

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern għadx għandu l-ħsieb li jinfetaħ casino f’Għawdex? Jekk fl-affermattiv, x’sar s’issa fuq dan il-proġett? Jekk fin-negattiv, għaliex ġiet imwarrba din il-wegħda li l-Prim Ministru għamel kemm-il darba fil-Parlament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

MCAST — Korsijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm u x'inhuma l-korsijiet li qed isiru fl-MCAST f'Malta u f'Għawdex separatament? Kemm hemm studenti jattendu kull kors? Tista' tgħid x'suġġetti qed jittgħallmu fl-iskejjel sekondarji u post-sekondarji ta' Malta u Għawdex separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Għawdex — Proġett-Trattament tad-drenaġġ

Question

Jista’ Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa s’issa fuq il-proġett kollu ta’ l-impjant għat-trattament tad-drenaġġ f’Għawdex? Lil min tħallsu u meta? Kemm huwa l-valur tal-pagamenti li jonqos isiru u lil min? Meta mistennija jitħallsu? X’xogħlijiet, eċċ. jonqsu jsiru għat-tkomplija tal-proġett? X’inhija l-istima tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li n-nefqa fuq l-impjant għat- trattament tad-drenaġġ s'issa laħqet il-figura ta' €6.03 miljun. Dawn il-flejjes tħallsu lill-konsorzju Degremont spa / Schembri Building Contractors Ltd. matul is-sena 2006 u 2007. Jonqoshom jitħallsu €0.49 miljun taħt il-kuntratt oriġinali. €0.326 miljun minnhom jikkonsistu f'retention money li jitħallsu matul is-sena 2009. Il-kumplament ta' € 0.16 miljun mistennija jitħallsu sa l-aħħar tas-sena 2008. Fadal ukoll x'jitħallsu madwar €0.68 miljun f'varjazzjonijiet li bdew jiġu ipproċessati mid-Dipartiment tal-Kuntratti. Ix-xogħolijiet fuq il-proġett tlestew.

Valur Miżjud Gross — Medja għal kull ħaddiem

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet il-medja fis-sena għal kull ħaddiem tal-Valur Miżjud Gross kull sena mill-2001 sal-2007 fl-industrija tal-manifattura f’Malta u f’Għawdex separatament? Jista jagħtini dan it-tagħrif fi prezzijiet tas-suq kif ukoll fi prezzijiet kostanti ta-2000?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi li-informazzjoni għall-ewwel parti tal-mistoqsija qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. It-tagħrif għat-tieni parti tal-mistoqsija ma tistax tingħata minħabba li s-sistema ta kif jinħadem il-valur miżjud gross huwa bbażat fuq kalkoli li huma fi prezzijiet bażiċi. L-NSO qed taħdem biex fil-futur il-valur miżjud jibda jinħadem ukoll fi prezzijiet reali.

Kumpaniji reġistrati f'Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm kumpanniji reġistrati f’Għawdex fl-aħħar ta’ kull sena mill-1999 sal-2007 u fl-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena li għandhom investiment barrani? Kemm hu l-ammont totali ta’ dan l-investiment barrani?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ kumpanniji reġistrati f’Għawdex fl-aħħar ta’ kull sena mill-1999 sal-2007 skond l-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika huwa kif jidher f’din it-tabella. Għar-rigward tan-numru ta’ kumpanniji reġistrati f’Għawdex sa’ l-aħħar ta’ Settembru 2008 ma tistax tingħata għax għada qed tinġabar. L-informazzjoni fuq investiment barrani ma tistax tinghata minħabba li hi ta’ natura kunfidenzjali. Sena Kumpaniji Reġistrati 1999 409 2000 403 2001 413 2002 418 2003 422 2004 428 2005 418 2006 418 2007 416

Valur Miżjud Gross — Medja għal kull ħaddiem

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamnetari 2398 u jgħid kemm kienet il-medja fis-sena għal kull ħaddiem tal-Valur Miżjud Gross kull sena mill-2001 sal-2007 fl-industrija tal-manifattura f’Malta u f’Għawdex separatament? Jista' jagħtini dan it-tagħrif fi prezzijiet tas-suq kif ukoll fi prezzijiet kostanti tas-sena 2000?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2398.
Leg 11 PQ #3112 Sitting 50 2008-11-13 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Item of expenditure — Nefqa attwali

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 2777, tista' l-Ministru tagħtini l-istess tagħrif sal-aħħar ta' Settembru 2008?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni għada qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Proġett fuq iċ-Ċirkewwa

Question

Jista’Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa s’issa fuq il-proġett kollu taċ-Ċirkewwa, jiġifieri, fuq mollijiet, breakwater , eċċ.? Kemm hi stmata li tkun in-nefqa għat-tkomplija tal-proġett?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Għawdex — Uffiċċju tad-Dwana

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 2767, jista' l-Ministru jgħid jekk l-Uffiċċju tad-Dwana f'Għawdex hux ser jibqa' miftuħ minn issa sas-sajf li ġej?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ma għandi xejn xi nżid mar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 2767, li tkopri is-sena kollha.

Malta Enterprise — Skemi ta' għajnuna

Question

B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 2771, jista' l-Ministru jgħid kemm kienu kull sena l-kumpanniji li joperaw f'Għawdex u x'kien il-valur fi flus tal-għajnuna li ngħataw kull sena fis-snin imsemmija: i) taħt id- de minimis schemes ii) bħala cash grants iii) taħt il-Business Promotion Act Schemes u iv) bħala assistenza fiskali?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Gozo Channel — Vjaġġi bejn iċ-Ċirkewwa u l-Imġarr

Question

Jista’ l-Ministru jgħid (i) kemm qasmu passiġġieri b'xejn taħt kull skema tal- Gozo Channel miċ-Ċirkewwa għall-Imġarr matul l-2006, l-2007 u din is-sena sa Settembru, (ii) kemm tħallsu charter fees mill- Gozo Channel għall-vapuri għas-snin finanzjarji 2006/2007 u 2007/2008, (iii) kemm ħallset kera l- Gozo Channe l għall-użu/eċċ. tal-mollijiet, terminal/eċċ. fiċ-Ċirkewwa u l-Imġarr għas-snin finanzjarji 2006/2007 u 2007/2008 u kemm kien il-profitt nett għas-snin finanzjarji 2006/2007 u 2007/2008? Jista' jpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Financial Performance and Results tal-Gozo Channel għas-snin finanzjarji 2005/2006, 2006/2007 u 2007/2008?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Malta għall-Għawdex — Trasferiment

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2768 u jgħid kemm kien in-numru ta’ persuni li ttrasferew ir-residenza tagħhom minn Malta għal Għawdex minn April 2005 sal-lum?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt fil-mistoqsija parlamentari numru 2768 f'seduta 43.

Għawdex — Xewkija - Qasam Industrijali - Kumpaniji

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-isem tal-kumpaniji li jinsabu joperaw fil-Qasam Industrijali tax-Xewkija, Għawdex? X’tip ta’prodotti jipproduċu? Meta bdew joperaw f’dan il-qasam? Kemm kienu jħaddmu impjegati (i) qabel bdew joperaw f’dan il-qasam fejn hu l-każ, (ii) meta bdew joperaw f’dan il-qasam, u (iii) kemm qed iħaddmu nies illum?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi hemm tlieta u għoxrin kumpanija, kif ukoll tlieta u għoxrin individwu li joperaw f’dan il-Qasam Industrijali tax-Xewkija, f’Għawdex. L-ismijiet tal-kumpaniji u d-data ta’ meta bdew joperaw qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra. L-informazzjoni dwar il-prodotti li jipproduċu dawn il-kumpaniji u individwi ma tistax tingħata minħabba li hi kummerċjalment sensittiva. B’referenza għall-aħħar parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Għawdex — Xewkija - Qasam Industrijali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2393 u jagħti l-isem tal-kumpanniji li jinsabu joperaw fil-Qasam Industrijali tax-Xewkija, Għawdex? X’tip ta’prodotti jipproduċu? Meta bdew joperaw f’dan il-qasam? Kemm kienu jħaddmu impjegati (i) qabel bdew joperaw f’dan il-qasam fejn hu l-każ, (ii) meta bdew joperaw f’dan il-qasam, u (iii) kemm qed iħaddmu nies illum?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2393.

Gozo Channel — Poloz ta' Insurance

Question

Jista' l-Minstru jgħid kemm ħalsu flus f’poloz ta’ insurance il- Gozo Channel fis-snin finanzjarji tagħha 2005/2006, 2006/2007 u 2007/2008? Jista’ jgħid kemm poloz ta’ assigurazzjoni kien hemm u kemm hemm illum? Kemm hu l-pagament fuq kull waħda mill-poloz?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fis-sena 2005-2006 kellna tmien poloz ta’ assigurazzjoni, u mis-sena 2006-2007 kellna disa’ poloz ta’ assigurazzjoni sabiex inkopru t-terminal ġdid tal-Mġarr Għawdex. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni oħra mitluba:
Leg 11 PQ #3106 Sitting 49 2008-11-12 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Xlendi u Marsalforn — nefqa f'kull bajja

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'sar f'dawn l-aħħar sentejn biex jissebbaħ, jissaħħaħ u jittejeb l-ambjent tal-bajjiet tax-Xlendi u Marsalforn? Kemm kienet in-nefqa kull sena f'kull bajja għal dan l-iskop?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena infurmata li dawn l-aħħar sentejn inbniet Public Convenience fix-Xlendi kif ukoll saru bollards u bankini fl-istess lokalita, filwaqt li f’Marsalforn ġie rranġat il-ħajt tal-Menqa, saru railings, bankini u twaħħlu wkoll bankijiet. Barra minn dan, matul l-aħħar sentejn saret manutenzjoni kontinwa minn ħaddiema tal-Gvern fiż-żewġ lokalitajiet fejn parti mill-materjal kien provdut mill-Ministeru ghal Ghwdex u parti oħra mill-Kunsilli Lokali rispettivi. Ninsab infurmata wkoll li n-nefqa f’kull bajja, apparti l-pagi tal-ħaddiema, matul is-sentejn kienet: Xlendi 2007 - € 18,773 2008 - € 3,866 Marsalforn 2007 - € 3,200 2008 - € 29,364 Niġbed l-attenzjoni lil Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex nieda żewġ Design Competitions , li jgħalqu fit-28 ta’ Novembru 2008, għall-tisbieħ u titjib fil-faċilitajiet u l-ambjent ta’ dawn iż-żewġ lokalitajiet.