Legislature:
Category:
Reset
Active:

Industrija tat-Turiżmu — Dħul Medju għal kull ħaddiem

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul medju għal kull ħaddiem ras għar-ras fis-settur ta’ l-industrija tat-turiżmu f’Malta u f’Għawdex separatament kull sena mill-2000 ‘l hawn fi prezzijiet tas-suq u fi prezzijiet kostanti tas-sena 2000? Kemm kienu l-ħaddiema f’dan is-settur f’Malta u f’Għawdex separatament matul l-istess snin? Jista’ jekk jogħġbu, fejn hu possibbli, jagħtini wkoll l-istess tagħrif għas-sotto-setturi ta’ dan is-settur?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-data dwar it-turiżmu mhix disponibbli għall-industriji individwali. L-eqreb industrija komparabbli li tista' tintuża hija dik tal-Lukandi u r-Ristoranti; madankollu, dan il-fattur varjabbli għandu jintuża b'attenzjoni billi jinkludi wkoll it-turiżmu lokali. Id- data mill-2000 u l-2006 hija bhal dik ippubblikata fit-28 ta' Diċembru 2007. Id- data għall-2007 hija stima u tista' tinbidel. It-tabella qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Industrija tat-Turiżmu — Dħul medju għal kull ħaddiem

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2397 u jgħid kemm kien id-dħul medju għal kull ħaddiem ras għar-ras fis-settur ta’ l-industrija tat-turiżmu f’Malta u f’Għawdex separatament kull sena mill-2000 ‘l hawn fi prezzijiet tas-suq u fi prezzijiet kostanti tas-sena 2000? Kemm kienu l-ħaddiema f’dan is-settur f’Malta u f’Għawdex separatament matul l-istess snin? Jista’ jekk jogħġbu, fejn hu possibbli, jagħtini wkoll l-istess tagħrif għas-sotto-setturi ta’ dan is-settur?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2397.

Industrija tal-Manifattura — Dħul medju fuq kull ħaddiem

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2396 u jgħid kemm kien id-dħul medju għal kull ħaddiem ras għar-ras fis-settur ta’ l-industrija tal-manifattura f’Malta u f’Għawdex separatament kull sena mill-2005 ‘l hawn fi prezzijiet tas-suq u fi prezzijiet kostanti tas-sena 2000? Kemm kienu l-ħaddiema f’dan is-settur f’Malta u f’Għawdex separatament matul l-istess snin? Jista’ jekk jogħġbu, fejn hu possibbli, jagħtini wkoll l-istess tagħrif għas-sotto-setturi ta’ dan is-settur?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2396.

Malta Enterprise — Skemi ta' għajnuna

Question

B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 2771, jista' l-Ministru jgħid kemm kienu kull sena l-kumpanniji li joperaw f'Għawdex u x'kien il-valur fi flus tal-għajnuna li ngħataw kull sena fis-snin imsemmija: i) taħt id- de minimis schemes ii) bħala cash grants iii) taħt il-Business Promotion Act Schemes u iv) bħala assistenza fiskali?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni mitluba fir-rigward ta’ kumpanniji li joperaw f’Għawdex, fuq l-istess kriterji illi tajt fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2771.
Leg 11 PQ #4062 Sitting 57 2008-11-18 Oral · Interim From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità Maltija tat-Turiżmu — Għajnuna

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2772 u jgħid x’kienu l-iskemi t’għajnuna tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu għal Malta u għal Għawdex separatament kull sena mill-1999 sal-lum? Kemm kienu u x’kienu l-benfiċjarji (lukandi, vilel, eċċ) ta’ dawn l-iskemi f’Malta u Għawdex separatament? Kemm intnefqu flus kull sena fl-istess perjodu fuq dawn l-iskemi f’Malta u Għawdex separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Foundation for Tomorrow's School — Nefqa

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsijaparlamentari 2773 u tgħid x'kienet in-nefqa tal- Foundation for Tomorrow's School f'Malta u f'Għawdex separatament kull sena minn meta twaqqfet sal-lum? Fuq xiex kienet kull nefqa?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpogga fuq il-Mejda tal-Kamra.

Biedja u Sajd — Skemi ta' Għajnuna

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2774 u jgħid x’kienu l-iskemi ta’ għajnuna fl-oqsma tal-biedja u sajd għal Malta u għal Għawdex separatament kull sena mill-1999 sal-lum? Kemm kienu u x’kienu l-benfiċjarji ta’ dawn l-iskemi f’Malta u Għawdex separatament? Kemm intefqu flus kull sena fl-istess perjodu fuq dawn l-iskemi f’Malta u Għawdex separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #4065 Sitting 57 2008-11-18 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Nefqa Kurrenti

Question

B'referenza għal misoqsija parlamentari 2776 dwar nefqa rikurrenti, tista' l-Ministru tagħti l-istess tagħrif sal-aħħar ta' Settembru 2008?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #4066 Sitting 57 2008-11-18 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Delegazzjonijiet — Uffiċjali li siefru

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 2778 u tgħid kemm kienet in-nefqa fuq safar kull sena mill-1999 sal-lum ta’ delegazzjonijiet ministerjali u ta’ delegazzjonijiet oħra tal-Ministeru kif ukoll ta’ uffiċjali li siefru fuq xogħol tal-Gvern jew għal seminars, korsijiet, eċċ? Xi grad kienu l-uffiċjali f’kull każ? X’kien l-iskop ta’ kull safra?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #4067 Sitting 57 2008-11-18 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Ċentru tal-Arti u Artiġjanat — Korsijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm attendew korsijiet fiċ-Ċentru tal-Arti u Artiġjanat fis-snin akkademiċi 2005/2006 u 2006/2007? Tista' tagħti lista tal-korsijiet offruti fl-istess snin?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li fis-snin akkademiċi 2005-2006 attendew 1011 student u fis-snin akkademiċi 2006-2007 attendew1124 student. Il-korsijiet offruti għas-snin akkademiċi 2005-2006 kienu: Filwaqt li l-korsijiet offruti għas-snin akkademiċi 2006-2007 kienu:

Għawdex — Emigranti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2764 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiemnt u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kien in-numru ta’ emigranti minn Għawdex u kemm emigranti ġew lura Għawdex fl-2006 u fl-2007 rispettivament, maqsumin f’nisa u rġiel?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat
Leg 11 PQ #3296 Sitting 53 2008-11-15 Oral · Interim From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz ta' l-ajru bejn Malta għal Għawdex

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet tal-Gvern dwar servizz ta’ l-ajru mill-ajruport internazzjonali ta’ Malta għal Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Servizz ta' l-ajru bejn Malta u Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet tal-Gvern dwar servizz ta’ l-ajru mill-ajruport internazzjonali ta’ Malta għal Għawdex?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-pre-Budget Document, li ħareg f’Lulju li għadda, qed jagħmel referenza għal dan is-suġġett u hemm qed jiġi proprju propost li għandu jsir studju biex jinstabu modi effettivi li jipprovdu servizz bl-ajru li hu ta’ min joqgħod fuqu. Fil-fatt, irid ikun servizz vijabli u sostenibbli biex ma jkunx servizz li jopera bl-iskossi.

Xlendi — Boat Shelters

Question

X'inhi r-raġuni li d-Dipartiment tal-Artijiet irid jieħu lura l-boat shelters li hemm fit-telgħa ta' San Xmun, Xlendi, Għawdex biex iwaqqagħhom bl-iskuża li jrid jwessa' t-triq? Jaf l-Ministru li dawn il-boat shelters huma antiki u jifformaw parti mill-istorja tal-bajja tax-Xlendi, Għawdex? Jista' l-Ministru jikkonferma li t-twessigħ tat-triq hija biss skuża peress li fir-realtà t-triq ma tistax titwessa' kif inhi imma li dawn il-boat shelters sejrin jitwaqqgħu biex jibbenefika żviluppatur li sejjer jibni hemm u l-istess dipartiment sejjer jagħmillu l-faċċata tiegħu fuq it-triq?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #3699 Sitting 53 2008-11-15 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tal-Ippjannar u l-Iżvilupp — Marsalforn - Triq Santa Marija - konstruzzjonijiet

Question

Wara żjara/laqgħa tiegħek f'Marsalforn fis-sajf li għadda, fejn inti ġejt mogħti karti dwar konstruzzjonijiet li qegħdin isiru wara l-bini ta' triq Santa Marija f'Marsalforn u wara li aktar tard fit-3 ta' Settembru 2008, intbagħtitlek ittra ffirmata minn bosta residenti ta' l-istess triq b'referenza għall-imsemmija konstruzzjonijiet u peress li f'din l-ittra saru lmenti dwar il-passi li ma ttieħdux mill-awtoritajiet konċernati sabiex jiġu mħarsa l-interessi tal-imsemmija residenti min-nuqqas ta' konformità mal-Liġi fl-istess konstruzzjonijiet, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk issa dawn l-istess passi ttieħdux, speċjalment mill-MEPA?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-sit huwa kopert bil-permess PA 6845/04. Sal-lum l-iżvilupp huwa miexi mal-pjanti approvati u l-kundizzjonijiet tal-permess, ħlief għal tibdil żgħir intern f'wieħed mill-garaxxijiet. Fir-rigward tal-kundizzjoni numru (5) tal-imsemmi permess, din ġiet sorpassata bl-Avviż Legali 295 tal-2007 u għalhekk ix-xogħol ta' kostruzzjoni għandu jimxi ma' dawn ir-regolamenti. Rigward dawn ir-regolamenti, saru diversi spezzjonijiet fuq il-post u kien fit-22 ta' Settembru 2008 fejn is- site manager ġie mgħarraf li kien hemm ksur tal-Avviż Legali 295 tal-2007. Dan minħabba li fuq is-sit ma kienx hemm makkinarju jew l-għodda mgħammra b'sistema ta' estrazzjoni u rkupru ta' trab; nuqqas li jitqattgħu bricks ġewwa struttura temporanja mibnija minn materjal impermeabbli fis-sit tal-kostruzzjoni; kif ukoll nuqqas ta' faċilitajiet u miżuri adegwati sabiex s-sit u l-madwar jinżammu nodfa f'kull ħin matul ix-xogħol. Għalhekk ittieħdu l-passi neċessarji u s-site manager ġie mħarrek permezz ta' ċitazzjoni.

Għawdex — Impjant tat-Trattament tad-drenaġġ

Question

Jista’ Ministru jgħid meta beda jitħaddem l-impjant għat-trattament tad-drenaġġ f’Għawdex? Kemm tħallsu flus s’issa lill-operaturi ta’ dan l-impjant? X’inhi r-rata ta’ ħlas biex jitħaddem dan l-impjant?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-impjant tat-trattament tad-drenaġġ f’Għawdex beda jopera f’Novembru tas-sena 2007. S’issa għadhom ma sarux ħlasijiet lill-operaturi ta’ l-impjant, dan minħabba li qed jiġu iffinalizzati ċerta kundizzjonijiet tal-kuntratt, li mistenni jidħol fis-seħħ b’lura. Il-Kuntratt għall-operat ta’ l-impjant kien ġie iffirmat għall-figura ta’ €3.36 miljun, li jkopri ħames snin ta’ operat. Din il-figura hi ibbażata fuq il-kapaċita massima tat-trattament ta’ l-impjant u b’hekk il-ħlasijiet attwali ser jiddependu fuq l-ammont tad-drenaġġ li l-impjant fil-fatt jittratta.
Leg 11 PQ #3234 Sitting 52 2008-11-14 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Kuntratti għall-immodernizzar tal-biċċerija

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il darba ħarġet u meta, l-offerta għall-provista, istallazzjoni, ittestjar u kummissjonar ta' appart u servizz anċillari tal-biċċerija f'Għawdex? X'kuntratti ngħataw s'issa għall-immodernizzar tal-biċċerija? Min huma kuntratturi u kemm kien il-valur ta' kull kuntratt?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena infurmata li l-offerta għall-Provvista, Installazzjoni, Ittestjar u Kummissjonar ta' Apparat u Servizz Anċillari tal-Biċċerija f'Għawdex ħarġet darbtejn. L-ewwel darba ħarġet fit-22 ta' Marzu 2005 u t-tieni darba ħarġet fis-26 t'Ottubru 2007. Ninsab infurmata wkoll li s'issa ngħataw żewġ kuntratti ta' xogħlijiet, wieħed għat-tneħħija ta' ħitan u bini ta' travi tal-concrete b'valur ta' €4,015 u l-ieħor għall- Bini ta' Estensjoni u Mmodernizzar b'valur ta' €106,177 u li l-kuntrattur kien Road Construction Co. Ltd.

Għawdex -Impjant tad-Drenaġġ — skart

Question

Jista’ Ministru jgħid x’qed isir mill-iskart solidu u likwidu tad-drenaġġ trattat fl-impjant ta’ Għawdex?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-impjant ma jiġġenera l-ebda skart likwidu sakemm ma tikkunsidrax l-ilma msoffi bħala "skart". L-iskart solidu qed jiġi ttrasportat lejn Malta u jintrema l-Għallis.

Gozo Channel — Imġarr u Ċirkewwa - Passiġġieri bla ħlas

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qasmu passiġġieri bla ħlas bejn l-Imġarr u Ċirkewwa kull xahar mill-2005 'l hawn? Jista' jgħid kif jinżamm kontroll u rendikont ta' passiġġieri li jużaw is-servizzi tal-Gozo Channel bla ħlas?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat

Għawdex — twelidijiet, imwiet, żwiġijiet, separazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu rreġistrati twelidijiet, imwiet, u żwiġijiet lokalità lokalità f'Għawdex sena sena mill-2005 'l hawn? Jista' jgħid kemm kien hemm separazzjonijiet fl-istess perijodu?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat