Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm turisti barranin żaru Għawdex kull sena mill-2003 ‘l hawn? Kemm minnhom qattgħu lejl jew aktar f’Għawdex kull sena? Kemm-il lejl qattgħu f’Għawdex kull sena? Jista’ jagħtini t-tagħrif mitlub xahar b'xahar?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kumpanniji li joperaw fis-settur industrijali f’Għawdex gawdew mit-Training Grants Scheme kull sena mill-1999 ‘l hawn u kemm tħallsu fondi fuq kull skema kull sena? Jista’ jagħti l-istess informazzjoni dwar kumpanniji li joperaw f’Malta?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm turisti barranin żaru Għawdex kull sena mill-2003 ‘l hawn? Kemm minnhom qattgħu lejl jew aktar f’Għawdex kull sena? Kemm-il lejl qattgħu f’Għawdex kull sena? Jista’ jagħtini t-tagħrif mitlub xahar b'xahar?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabelli li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra:
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3230 u jgħid jekk il-Gvern għadx għandu l-ħsieb li jinfetaħ casino f’Għawdex? Jekk fl-affermattiv, x’sar s’issa fuq dan il-proġett? Jekk fin-negattiv, għaliex ġiet imwarrba din il-wegħda li l-Prim Ministru għamel kemm-il darba fil-Parlament?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm qasmu passiġġieri bla ħlas bejn l-Imġarr u ċ-Ċirkewwa kull xahar mill-2005 ‘l hawn? Jista’ jgħid kif jinżamm kontroll u rendikont ta’ passiġġieri li jużaw is-servizzi tal-Gozo Channel bla ħlas?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ta’ min iżid jgħid li l-kontroll u r-rendikont ta’ passiġġieri li jużaw is-servizz tal-
Gozo Channel
bla ħlas, jinżamm billi jinħarġu biljetti għal ta’ l-apposta bir-rata ta’ €0.00 għal kull kategorija.
Niġbed l-attenzjoni għall-fatt li mill-1 ta’ Novembru 2007 kienet imnedija skema fejn dawk l-anzjani li jippreżentaw il-Karta Anzjan ukoll jingħataw eżenzjoni milli jħallsu n-noll biex jaqsmu bejn Malta u Għawdex.
Din l-iskema qed tkun ta’ suċċess kbir hekk kif 146,000 anzjan diġa’ għamlu użu minn din l-iskema mill-bidu tas-sena sa l-aħħar t’Ottubru.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 2765 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kienu reġistrati twelid, imwiet u żweġijiet lokalitià b'lokalità f’Għawdex sena b'sena mill-2005 ‘l hawn? Jista’ jgħid kemm kien hemm separazzjonijiet fl-istess perijodu?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-ewwel parti tal-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Għar-rigward l-aħħar domanda, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika aħjar x'informazzjoni ulterjuri qed jirrikjedi.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu l-iskemi tal-Gozo Channel f’dawn l-aħħar tliet snin biex iħajru iktar Maltin u barranin iżuru lil Għawdex? Meta daħlu u sa meta damu fis-seħħ? Kemm passiġġieri bbenefikaw kull xahar minn kull skema?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra:
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2782 u jgħid kemm ħaddiema tal-Gvern u ta' entitajiet oħra tas-settur pubbliku ġew trasferiti għal Għawdex kull xahar bejn Jannar 2007 u l-aħħar ta' Awwisu ta' din is-sena? Jista' jgħid minn fejn ġew trasferiti u għal fejn ġew trasferiti?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2789 u jgħid kemm kien jammonta fi prezzijiet tas-suq il-profitt gross u dħul ieħor mixxellanju separatament bħala komponent tal-Prodott Domestiku Gross għal Malta u Għawdex separatament għas-snin 1999, 2006 u 2007?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2789.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2793 u jgħid jekk twaqqafx il-Gozo Directorate fi ħdan il-Malta Enterprise? Jekk fin-negattiv, għaliex ma twaqqafx? Jekk twaqqaf, x’inhuma l-kompetenzi u l-funzjonijiet tiegħu? Min huma l-persuni maħtura biex imexxu u jamministraw dan id-Direttorat? Jista’ jgħid jekk hemmx budget speċifikatament għal Għawdex u jekk hemm, minn min hu amministrat? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-Dokument “An Entrepreneurial Vision for Gozo” pubblikat mill-Malta Enterprise f’Jannar 2007?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2793.
Laqgħat bejn il-Gvern Malti u l-Kummissjoni Ewropea — Servizz tal-baħar
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2795 u jgħid jekk kienx hemm xi korrispondenza u/jew laqgħat formali jew informali bejn il-Gvern Malti u l-Kummissjoni Ewropea minn Ġunju 2007 ‘l hawn dwar l-opinjoni motivata li l-Kummissjoni Ewropea bagħtet lil Malta dwar is-servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex (KE Ref Nru IP/06/1777) fejn il-Kummissjoni allegat li l-Gvern kiser ir-regolamenti komunitarji dwar il-kabotaġġ marittimu? Jekk kien hemm, meta? X’kien l-eżitu tagħhom? X’inhi l-pożizzjoni llum? X’inhi l-pożizzjoni tal-Gvern dwar dan il-każ?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2780 u jgħid x’kien id-dħul tal-Gvern kull sena mill-1999 sal-lum minn Malta u Għawdex separatament: (i) taħt l-Artiklu 93 ta’ l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali, mill-anzjani li jirċievu servizz residenzjali finanzjat mill-istat; u (ii) taħt l-Artiklu 95 ta’ l-istess Att mill-persuni li jibbenefikaw minn servizzi ta’ kura/għajnuna mogħtija fid-djar? Jista’ jgħidli kemm hemm sodod f’istituzzjonijiet, djar, eċċ għall-anzjani li huma finanzjati/sussidjati mill-Gvern jew immexxija taħt partenariat bejn il-Gvern u l-Privat f’Malta u Għawdex separatament? Jista’ jagħtini dan it-tagħrif istituzzjoni istituzzjoni?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħħal flus il-Gvern minn Malta u Għawdex separatament kull sena mill-1999 ‘l hawn taħt kull Artiklu 93, 94 u 95 ta’ l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali? Kemm minn dawn il-flus għaddew għand il-Welfare Committee kull sena? Kemm intefqu flus, kull sena minn dan il-kumitat f’Malta u f'Għawdex separatament u fuqiex?
Casual Social Assistants — Servizz ta' kura fi djar
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2783 u jgħid kemm hemm casual social assistants fil-Ministeru tiegħu u jaqsamhom (i) skond ix-xogħol li kienu jagħmlu fl-aħħar ta’ Awwissu 2007 u fl-aħħar ta’ Awwissu ta’ din is-sena u (ii) skond is-sigħat fil-ġimgħa li kienu jaħdmu f’Awwissu 2007 u f’Awwissu ta' din is-sena? Jista’jgħid kemm hemm anzjani f’Malta li qed jingħataw servizz ta’ kura fi djarhom? Jista’ jgħid hemmx applikanti anzjani għal servizz ta’ kura fi djarhom u li għadhom ma nagħtawx dan is-servizz? Kemm ilhom pendenti dawn l-applikazzjoni? Hemm anzjani li m'għandhomx is-sigħat ta’ servizz li approvalhom il-bord? Kemm huma? Kemm sigħat approva l-bord u kemm sigħat ta’ servizz għandhom?
B’referenza għat-tweġiba ta’ mistoqsija parlamentari 2788 dwar servizz għall-anzjani, tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet li għamiltilha u
a) tgħid kemm għandhom sigħat ta’ servizz kull wieħed/waħda mill-10 anzjani li m’għandhomx is-sigħat kollha ta’ servizz u kemm sigħat kull wieħed/waħda għandu/ha approvati mill-bord;
b) tgħid għaliex dawn l-10 anzjani mhumiex jingħataw is-servizz kollu approvat mill-bord;
ċ) tgħid kemm hu n-numru ta’ applikanti anzjani, lokalità b'lokalità, li għadhom ma nagħtawx servizz u f’liema sena kull anzjan/anzjana kellu/kellha s-servizz approvat mill-bord u kemm sigħat ta’ servizz kellu/kellha approvati mill-bord;
d) tagħti s-sigħat, siegħa siegħa, li l-
part-time social assistants
jaħdmu fil-ġimgħa; kemm hu l-massimu ta’ sigħat li
part-time social assistant
jaħdem fil-ġimgħa;
e) tgħid għaliex, dawk li għandhom is-servizz tagħhom approvat mill-bord għadhom mhux jingħataw servizz;
f) tgħid kemm sigħat ta’ servizz kienu jingħataw l-anzjani fi djarhom f’Awwissu 2007 u f’Awwissu 2008
g) tgħid għaliex in-numru ta’
part-time social assistants
tħalla jonqos minn 107 għal 101 minn Awwissu 2007 sa Awwissu 2008?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Industrija tal-Manifattura — Dħul Medju għal kull ħaddiem
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul medju għal kull ħaddiem ras għar-ras fis-settur ta’ l-industrija tal-manifattura f’Malta u f’Għawdex separatament kull sena mill-2005 ‘l hawn fi prezzijiet tas-suq u fi prezzijiet kostanti tas-sena 2000? Kemm kienu l-ħaddiema f’dan is-settur f’Malta u f’Għawdex separatament matul l-istess snin? Jista’ jekk jogħġbu, fejn hu possibbli, jagħtini wkoll l-istess tagħrif għas-sotto-setturi ta’ dan is-settur?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-figura ta’ dħul gross hija stima ibbażata fuq in-numru ta’ ħaddiema li hemm jaħdmu Malta u Għawdex separatament. Din tista tkun ta’ problema meta tiġi ikkalkulata id-dħul medju għal kull ħaddiem ras għar-ras fis-settur ta’ l-industrija tal-manifattura f’Malta u f’Għawdex separatament, għaliex din il-figura tkun l-istess kemm għal Malta u kemm għal Għawdex.
Id-
data
mill-2001 sa l-2006 hija kif ippubblikata fit-28 ta' Diċembru 2007. Id-
data
għall-2007 hija stima u tista' tinbidel. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tali data.
Id-dħul gross ġie stmat fuq il-bażi taċ-ċifri tal-impjiegi. Dan mhuwiex preċiż ħafna għaliex l-istima għal kull impjegat tirriżulta l-istess għaż-żewġ gżejjer. Jistgħu jitqajmu kwistjonijiet dwar il-kunfidenzjalità. Id-
data
għall-2007 għadha mhix disponibbli.