Jista' l-Ministru jgħid x'xogħlijiet huma meħtieġa li jsiru fil-qasam industrijali tax-Xewkija? X'xogħlijiet saru f'dan il-qasam mill-1 ta’ Marzu 2010 sal-lum? Kemm kienet in-nefqa fuq dawn x-xogħlijiet?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 35015.
Jista' l-Ministru jgħid, skont il-Labour Force Survey, f’Malta u f’Għawdex separatament kemm kien fl-aħħar tal-2010 u tal-2011
a) Il-labour supply; nisa għalihom u rġiel għalihom;
b) n-numru ta’ nies jaħdmu
full-time
, nisa għalihom u rġiel għalihom skont l-attività ekonomika;
ċ) in-numru ta’ nies, nisa għalihom u rġiel għalihom, jaħdmu iżda li kellhom xogħol
part-time
bħala x-xogħol ewlieni tagħhom skont l-attività ekonomika;
d) in-numru ta’ nies jaħdmu
part-time
, nisa għalihom u rġiel għalihom skont l-attività ekonomika?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 35268.
Xewkija — applikazzjoni mill-MEPA għall-Micro Enterprise Park
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk saritx applikazzjoni lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għall-proġett tal-micro enterprise park tax-Xewkija? Jekk fl-affermattiv, x’inhuwa n-numru tal-applikazzjoni? Jista’ jpoġġi kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jpoġġi kopja tal-pjanti fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 35205.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34645 u jgħid, skont il-Labour Force Survey, f’Malta u f’Għawdex separatament kemm kien fl-aħħar tal-2010 u tal-2011
a) Il-labour supply; nisa għalihom u rġiel għalihom;
b) n-numru ta’ nies jaħdmu
full-time
, nisa għalihom u rġiel għalihom skont l-attività ekonomika;
ċ) in-numru ta’ nies, nisa għalihom u rġiel għalihom, jaħdmu iżda li kellhom xogħol
part-time
bħala x-xogħol ewlieni tagħhom skont l-attività ekonomika;
d) in-numru ta’ nies jaħdmu
part-time
, nisa għalihom u rġiel għalihom skont l-attività ekonomika?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 35268.
Jista’ l-Ministru jgħid x’sar s’issa fuq l-applikazzjoni lill-Mepa Numru PA/05208/10 għal bini ta’ breakwater u pontoon fil-port tal-Imġarr? Sar rapport minn Case Officer dwar din l-applikazzjoni? Jekk fl-affermattiv jista’ jpoġġi kopja tiegġu fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk le għaliex għadu ma sarx? Jista’ jpoġġi kopja tal-applikazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-rapport mill-case officer fuq PA 5208/10 għadu qed jistenna sottomissjoni ta’ studji u informazzjoni mitluba, sabiex jiġi konkluż.
Dan għaliex fl-20 ta' Frar 2012, il-Perit intalab mid-Direttorat tal-Ippjanar sabiex jissottometti studji mit-
Transport Malta
dwar l-impatt tal-proposta fuq l-
ambient wave climate
, kif ukoll
hydrodynamic
model
li juri l-effett tal-iżvilupp propost.
Filwaqt illi, fit-28 ta' Marzu 2012, id-Direttorat tal-Ambjent talbu informazzjoni relatata ma' mmanigjar ta' skart, u dettalji dwar servizzi u installazzjonijiet.
Il-MEPA qed tistenna risposta mill-Perit/applikant dwar dawn iż-żewġ talbiet.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-applikazzjoni kif mitlub.
Jista’ l-Ministru jgħid x’sar s’issa fuq l-applikazzjoni lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar Numru PA/05241/10 għat-tqegħid ta’ floating pontoon ‘il barra mill-port tal-Imġarr? Sar rapport minn Case Officer dwar din l-applikazzjoni? Jekk fl-affermattiv jista’ jpoġġi kopja tiegġu fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk le għaliex għadu ma sarx? Jista’ jpoġġi kopja tal-applikazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (DEMARCO, MARIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-applikazzjoni kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant:
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-rapport mill-
Case Officer
fuq din l-applikazzjoni (PA 5242/10) għadu jrid jiġi konkluż in vista ta’ emendi li ddaħħlu mill-applikant reċentement. Fl-24 ta' Frar 2012 daħlu emendi li jikkonsistu f'revised site plan, ritratti u pjanti li juru t-tneħħija tat-trakkar u l-ankraġġ tal-biċċiet tal-baħar li se jkunu inklużi f'żewġ applikazzjonijiet separati għall-bdil fil-proposta li taqra:
“It is proposed to place a floating pontoon”
. Minħabba l-emendi li għamel il-perit fil-proposta u l-pjanti, din l-applikazzjoni għadha qed tiġi ipproċessata u għandha terġa' tiġi rreferita lill-
Case Office
r biex tiġi assessjata.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm ħaddiema li l-impjieg tagħhom ġie terminat għax spiċċaw redundant mill-1999 sa Diċembru tal-2011? Kemm minn dawn il-ħaddiema li l-impjieg tagħhom ġie terminat, spiċċaw redundant għax l-entità fejn kienu jaħdmu ġiet privatizzata? Kemm minnhom sabu xogħol fl-entità privata li twaqqfet minflok l-entità fejn kienu jaħdmu oriġinarjament? Tista’ tagħti dan it-tagħrif għal Malta u Għawdex separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta’ ħaddiema li l-impjieg tagħhom ġie terminat għax spiċċaw redundant mill-1999 sa Diċembru 2011 kien ta’ 82,736 persuna, li 75,272 kienu Maltin filwaqt li 7,464 kienu Għawdxin. Skond l-informazzjoni li ghandha l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ, in-numru ta’ ħaddiema li l-impjieg tagħhom ġie terminat u spiċċaw redundant għax l-entita fejn kienu jaħdmu ġiet privatizzata kien ta’ 6,756 persuna li 6,248 kienu Maltin filwaqt li 508 kienu Għawdxin. Minnhom 4,962 persuna (4,460 – Maltin, 502 Għawdxin) sabu xogħol fl-entita privata li twaqqfet minflok. L-1,794 persuna l-oħra sabu xogħol f’postijiet alternattivi.
Vot Kapitali tal-Ministeru għal Għawdex — breakdown tar-returns
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 34509 u 35264 u cioè: B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 34509 fejn bħala risposta rreferieni għall-mistoqsija parlamentari 34508 li jiena kont għamilt lill-Ministru għal Għawdex u li għal liema mistoqsija, il-Ministru ma tatx l-informazzjoni mitluba u allura ż-żewġ Ministri qed jitfgħu dubbji serji fuq it-trasparenza, serjetà u kontabilità tal-Gvern fl-infiq ta’ flus il-poplu, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-returns bi breakdown dettaljat tal-ispiża li saret fuq kull item tal-Vot Kapitali tal-Ministeru għal Għawdex li ntbagħtu lill-Budget Office fil-Ministeru tiegħu għal Diċembru 2010 u għal Diċembru 2011?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm pazjenti li għandhom ir-residenza tagħhom f’Għawdex irċevew servizzi ta’ out-patients u in-patients separatament kull sena mill-2002 sal-2011? Jista’ jagħti dan it-tagħrif skont in-numru ta’ drabi li ngħataw servizz?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jsemmi l-isptarijiet li dwarhom qed tintalab din l-informazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid jekk kenitx ittieħdet deċiżjoni mill-gvern dwar l-estensjoni tar-runway tal-heliport tax-Xewkija sabiex din tkun tista' takkomoda fixed-wing aircraft? X'irriżulta mill-istudji kkommissjonati mill-gvern dwar dan is-suġġett?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Awtorità Marittima ta' Malta — Gozo Channel - Marine Escape System
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux vera li meta ħarġu l-vapuri l-ewwel darba dawn kienu ngħataw dispensa mill-Awtorità Marittima ta' Malta biex joperaw b'marine escape system (MES) waħda meta l-oħra kienet tkun l-art għas-service? Veru li wara l-2005, l-Awtorità Marittima ta' Malta ma tagħtix permess iżjed li vapuri fil-Gozo Channel ma joperawx b'marine escape system? Veru li l-Gozo Channel xtrat marine escape system u sett life rafts spare minħabba din is-sitwazzjoni? Kemm qamet l-ispiża tax-xiri tagħhom għal Gozo Channel? Mill-2005 kien hemm xi bdil f'din il-posizzjoni min-naħa tar-regulatur (illum Transport Malta) dwar operat mhux permess b'marine escape system waħda? Hekk le, wieħed jifhem li l-management kien jaf b'dan kollu li operat dan it-tip mhux permess, alura x'kienet ir-raġuni li l-management tal-kumpanija fit-30 ta' April 2012 ma ordnax lil Kaptan iwaqqaf lill-vapur milli jopera peress li kellu apparat ta' salvataġġ skadut?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li meta bdew joperaw il-vapuri l-ġodda tal-Gozo Ferries ma kienx hemm spare MES u spare life rafts. Dawn inxtraw iktar tard sabiex il-manutenzjoni meħtieġa ta’ kull sena issir bl-inqas xkiel possibli fis-servizz ipprovdut.
Fil-kaz imsemmi waħda mill-MES tal-Gaudos waslet biex tinbidel mal-ispare MES ħalli tiġi mantenuta u ċċertifikata għal sena oħra (li tista tiġi estiża għal 17-il xaħar f’każijiet partikulari) . Id-data meta din l-MES kienet ittellgħat abbord kien fit-30 ta’ April tal-2011 kif jidher fiċ-ċertifikat mehmuż. Fl-istess ċertifikat hemm id-data tat 28 ta’ April 2011 meta din l-MES ġiet l-aħħar mantenuta. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopja ta’ dan iċ-ċertifikat.
Manoel Island Yacht Yard huma l-aġenti tal-Viking, li jimmanifatturaw dawn l-MES u huma responsabbli wkoll li jagħmlu manutenzjoni u joħorġu ċertifikat għal dan l-apparat. Manoel Island ġew ikkuntattjati dwar dan is-servizz fil-bidu ta’ April u mgħarrfa li bejn 29 ta’ Marzu u l-10 ta’ April it-tlett vapuri jkunu fis-servizz u jkun faċli li l-Gaudos jieqaf għal madwar sagħtejn biex tinbidel l-MES. Manoel Island Yacht Yard infurmaw lil Gozo Channel li ma setgħux jagħmlu dan is-servizz minħabba xogħol ieħor. Il-Gozo Channel kienet ser tinforma ir-regulatur dwar dan biex tingħata konċessjoni għal tiġdid taċ-ċertifikat għal data oħra, pero, wara, Manoel Island Yacht Yard qablet li l-MES tinbidel fil-25 ta’ April.
Gozo Channel reġghet ġiet infurmata minn Manoel Island Yacht Yard li xorta ma laħqetx tipprepara l-ispare MES biex tintrama fuq il-Gaudos. Imma huma qalu wkoll li dan ix-xogħol jkun lest sat-Tnejn,30 ta’ April. Għalhekk tmexxew il-pjanijiet biex l-MES tinbidel kif fil-fatt seħħ fit-30 ta’ April 2012.
Fl-2004 kienet inxtrat MES li ġiet tiswa Euro 231,137.
Jista' l-Ministru jgħid x'ammont ta' enerġija qed tiġi prodotta minn photovoltaic panels istallati f'Għawdex? X'ammont fi flus ingħataw lis-sidien bħala għajnuna f'xi skema? Kemm minn din l-enerġija qed tiġi trasferita mill-Korporazzjoni Enemalta u kemm tħallas kumpens lis-sidien fl-2011?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’sar s’issa fuq il-proġett għal faċilitajiet ta’ rmiġġ/i fuq in-naħa ta’ barra tal-port tal-Imġarr? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokumneti li ġew sottomessi mal-applikazzjoni lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li ġġorr in-numru PA/03051/03?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’sar s’issa fuq l-applikazzjoni lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar Numru PA/03051/03? Sar rapport minn case officer dwar din l-applikazzjoni? Jekk fl-affermattiv, jista’ jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk le, għaliex għadu ma sarx disa’ snin wara li saret l-applikazzjoni? Jista’ jpoġġi kopja tal-applikazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-rapport mill-case officer fuq PA 3051/03 għadu ma sarx. Dan minħabba li ntalbu li jsiru Environment Impact Assessment (EIA) u Appropriate Assessment (AA) dwar din l-applikazzjoni. Il-proċess tal-EIA inbeda fl-2003 u għadu ma ġiex konkluż, filwaqt li skond il-konklużjoni tal-AA, il-proposta hija oġġezzjonabbli fi prinċipju. Id-Direttorat tal-Ippjanar qed jikkonsulta mal-applikant sabiex jiġi determinat jekk hux se jitkompla il-proċess tal-EIA.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-applikazzjoni kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35018 u jgħid jekk il-gvern għandux ipproġettat li jkun hemm fast service bil-baħar bejn Malta u Għawdex? Jekk fl-affermattiv, x’sar x’issa fuq dan il-proġett?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li din hija waħda minn diversi proposti li jinsabu għand il-Gozo Channel, liema proposti qed jiġu evalwati.
settur tal-Edukazzjoni — informazzjoni dwar ħaddiema
Question
Tista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jaħdmu fis-settur tal-Edukazzjoni f'Għawdex u f’Malta separatament fl-aħħar ta’ Ġunju 2011 u fl-aħħar ta’ Diċembru 2011 bħala: 1) full-time; 2) part-time bħala x-xogħol ewlieni tagħhom; u 3) part-time bħala x-xogħol sekondarju tagħhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 35084.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-feasibility study u l-environmental impact assessment li għamlet l-ECORYS BV dwar il-bini ta’ rmiġġ/i fuq in-naħa ta’ barra tal-breakwater prinċipali fil-Port tal-Imġarr, Għawdex biex jintużaw bħala cruise berths? Jista’ jgħid jekk l-Environmental Impact Assessment tlestiex?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm swimming pools reġistrati f'Għawdex u kemm hi l-kapiċità f'metru kubi tagħhom kollha? Kemm minn dawn huma privati u kemm huma f'postijiet li jinkrew lit-turisti?
Response (FENECH, TONIO)
L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru responsabbli għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali.