Jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-istokk ta’ vetturi bil-mutur liċenzjati f’Malta u Għawdex separatament fl-aħħar ta’ kull sena mill-1988 sal-2007 u fl-aħħar t’Ottubru ta’ din is-sena? Jista' jikklassifikahom taħt vetturi privati, motor-cycles, vetturi kummerċjali, karozzi self-drive, coaches u karozzi tal-linja, taxis, eċċ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm vetturi bil-mutur liċenzjati għall-ewwel darba f’Malta u Għawdex separatament kull sena mill-1988 sal-2007 u din is-sena sal-aħħar ta’ Ottubru? Kemm minn dawn kienu vetturi ġodda u kemm kienu vetturi użati? Jista' jikklassifikahom taħt vetturi privati, motor-cycles, vetturi kummerċjali, karozzi self-drive, coaches u karozzi tal-linja, taxis, eċċ?
Tista’ l-Ministru tgħid għaliex il-Programm għal Wara l-Ħin tal-Iskola fejn it-tfal ikunu jistgħu jagħmlu l-homework u jieħdu sehem f’attivitajiet ta’ crafts, drama, mużika u edukazzjoni fiżika ma ddaħħalx fl-iskejjel primariji f’Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata illi l-Programm għal wara l-ħin tal-Iskola kienet inizjattiva tal-Gozo College. Fil-fatt diġa saru l-preparazzjonijiet kollha meħtieġa u huwa ppjanat li jibda fil-bidu ta' Jannar 2009.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa s’issa fuq il-proġett kollu taċ-Ċirkewwa, jiġifieri, fuq mollijiet,
breakwater
, eċċ.? Kemm hi stmata li tkun in-nefqa għat-tkomplija tal-proġett?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ispiża totali (certified for payment) fuq il-proġett kollu taċ-Ċirkewwa sa l-aħħar tas-sena 2007 kienet ta’ €18,392,220.80.
Bħalissa, l-Awtorita’ Marittima ta’ Malta qegħda tipprepara disinn ġdid sabiex toħroġ it-
tenders
neċessarji għall-bini ta’ terminal fiċ-Ċirkewwa bl-għajnuna finanzjarja tal-
Cohesion Fund
tal-UE. L-informazzjoni fuq l-ispiża ta’ dawn ix-xogħolijiet għadha qed tinġabar u tkun tista’ tingħata aktar tard.
Tender għall-privatizzazzjoni tas-servizz tal-baħar
Question
Jista’ Ministru jgħid fiex waslu d-diskussjonijiet/negozjati mal-Kummissjoni Ewropea dwar il-privatizzazzjoni tas-servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex? Meta mistennija toħroġ it-tender għall-privatizzazzjoni ta’ dan is-servizz?
Gvern Malti u l-Kummissjoni Ewropea — laqgħat dwar l-opinjoni motivata
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2795 u jgħid jekk kienx hemm xi korrispondenza u/jew laqgħat formali jew informali bejn il-Gvern Malti u l-Kummissjoni Ewropea minn Ġunju 2007 ‘l hawn dwar l-opinjoni motivata li l-Kummissjoni Ewropea bagħtet lill-Gvern dwar is-servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex fejn il-Kummissjoni allegat li l-Gvern kiser ir-regolamenti komunitarji dwar il-kabotaġġ marittimu? Jekk kien hemm, meta saru u x’kien l-eżitu tagħhom? X’inhi l-pożizzjoni tal-Kummissjoni llum? X’inhi l-pożizzjoni tal-Gvern illum dwar dan il-każ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Awtorità Marittima qiegħda tipprepara biex toħroġ sejħa għall-offerti għat-trasport marittimu bejn Malta u Għawdex. Rigward il-kumplament tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista’ Ministru jgħid kemm ilma ġie trasferit minn Għawdex għal Malta u minn Malta għal Għawdex permezz tal-pipeline mill-1988 ‘l hawn? Dan l-ilma kien ibblendjat qabel ġie trasferit? Jekk fl-affermattiv, x’persentaġġ ta’ dan l-ilma kien ilma ttrattat mid-desalinatur f’Għawdex u mir-Reverse Osmosis Plant f’Malta kull sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li minn records tal-KSI jirriżulta illi kien hemm transfer ta 3,155,702 metri kubi ta’ ilma bejn Malta u Għawdex fil-perjodu ta’ bejn l-1997 u llum. Ma kienx hemm transfer ta’ ilma minn Għawdex għal Malta fl-istess perjodu, għajr għal 11,967 metri kubi f’żewġ okkazzjonijiet ta’ emerġenza meta l-impjant tar-Reverse Osmosis taċ-Ċirkewwa kien wieqaf għal xi manutenzjoni fit-tul. Records ta’ qabel l-1997 mhumiex elettroniċi u hija ferm diffiċli biex l-informazzjoni tinġabar.
Dan l-ilma ma kienx
blended
f’Malta għaliex kien kollu prodott tar-
Reverse Osmosis
taċ-Ċirkewwa.
Mill-pipeline ta’ taħt il-baħar, l-ilma jiġi ppumpjat fil-ġibjuni ta’ Ta’ Ċenċ u x-Xagħra.
Id-Distillatur ta’ Ħondoq ir-Rummien kien waqaf jopera ftit tas-snin qabel.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4070 u 2782 u jgħid kemm ħaddiema tal-Gvern u ta' entitajiet oħra tas-settur pubbliku ġew trasferiti għal Għawdex kull xahar bejn Jannar 2007 u l-aħħar ta' Awwisu ta' din is-sena? Jista' jgħid minn fejn ġew trasferiti u għal fejn ġew trasferiti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li matul il-perjodu bejn Jannar 2007 sa Awwissu 2008, kien hemm 140 uffiċjal pubbliku u 10 impjegati fis-Settur Pubbliku li ġew trasferiti għal Għawdex kif jidher fid-dettal f’kull każ fit-tabelli li qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 2077 dwar il-port l-antik ta’ l-Imġarr fejn il-Ministru talabni nispeċifika għal liema proġett qed nirreferi, irrid nispeċifika li qed nirreferi għall-proġett li l-Prim Ministru semma fid-diskors tal-baġit 2008 paġna 38 paragrafu 14. Jista’ l-Ministru issa jagħti t-tagħrif mitlub?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l- proġett imsemmi ma jaqax fid-dekasteru tiegħi.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 2396 dwar dħul medju għal kull ħaddiem fl-industrija tal-manifattura f’Għawdex, jista’ l-Ministru jagħti t-tagħrif mitlub kif joħroġ mil-Labour Force Surveys? Jista’ jagħti l-istess tagħrif għal Malta?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ħaddiema tas-Settur Pubbliku ġew trasferiti minn Malta għal Għawdex kull xahar minn Jannar 2007 sal-aħħar ta’ April 2008? Jista’ jagħtini l-grad tagħhom u għal liema dipartiment tal-Gvern, kumpaniji b’maġġoranza ta’ ishma tas-Settur Pubbliku u Entijiet/Organizzazzjoniet/Korporazzjonijiet Indipendenti Statutorji ġew trasferiti Għawdex? Jista’ jgħid jekk sarx xi manpower needs evaluations qabel ġew trasferiti Għawdex? Jekk fl-affermattiv, jista’ jqiegħed kopja ta’ dawn l-evalwazzjonijiet fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Dwar in-numru ta’ uffiċċjali pubbliċi w impjegati fis-Settur Pubbliku li ġew ittrasferiti għal Għawdex minn Jannar 2007 sal-aħħar ta’ April 2008, risposta ser tingħata f’Mistoqsija Parlamentari numru 4070.
Dwar it-tieni parti ta’ din il-Mistoqsija Parlamentari, il-kriterji applikati biex saru tali trasferimenti kienu żewġ raġunijiet ewlenin:-
1. stħarriġ bir-reqqa ta’ l-esiġenzi tas-Servizz/Settur Pubbliku f’Għawdex li nieda l-
Capacity Building Forum
għall-Ministeru għal Għawdex, magħmul minn rappreżentanti tal-Ministeru, l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Ministeru tal-Finanzi, u
2. skond il-politika tal-Gvern illi
back office work
jibda jitwettaq Għawdex ħalli l-Għawdxin, kemm jista’ jkun, isibu xogħol Għawdex. Dan il-
back office work
kien jinkludi dawn il-proġetti, li ħolqu xogħol għall-ħaddiema Għawdxin kif ġej:-
Proġett
Numru ta’ Ħaddiema
Government Information Service
6
Energy Benefit Scheme
3
Health Head Office Salaries
5
Treasury Pensions
7
Treasury Salaries
12
Consumer Affairs Call Centre
3
Law Courts Administration Services
3
Data Entry and Validation
10
Inland Revenue Department Call Centre
13
TOTAL
62
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema fis-Settur Pubbliku f’Għawdex kull sena mill-2003 'l hawn? Jista’ jaqsamhom taħt Diprtimenti tal-Gvern, kumpanniji b’maġġoranza ta’ isħma tas-Settur Pubbliku u Entijiet/Organizzazzjoniet/Korporazzjonijiet Indipendenti Statutorji?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema fis-Settur Pubbliku f’Għawdex li rtiraw kull sena mill-2003 'l hawn? Jista’ jagħtini x’kien il-grad tagħhom? Jista’ jaqsamhom taħt Diprtimenti tal-Gvern, kumpanniji b’maġġoranza ta’ ishma tas-Settur Pubbliku u Entijiet/Organizzazzjoniet/Korporazzjonijiet Indipendenti Statutorji?
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2772 u jgħid x’kienu l-iskemi t’għajnuna tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu għal Malta u għal Għawdex separatament kull sena mill-1999 sal-lum? Kemm kienu u x’kienu l-benfiċjarji (lukandi, vilel, eċċ) ta’ dawn l-iskemi f’Malta u Għawdex separatament? Kemm intnefqu flus kull sena fl-istess perjodu fuq dawn l-iskemi f’Malta u Għawdex separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu għal Malta u Għawdex implimentat “Skema ta’ għajnuna għall-Intrapriżi Turistiċi, b’kofinanzjament tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali”. Din l-iskema ġiet implimentata mis-sena 2004 sa s-sena 2008. Il-proġett kellu buġet ta’ 2.5 miljun ewro li minnu 60% kienu fondi pubbliċi. Is-settur privat kellu jiffinanzja 40% tal-proġetti aċċettati.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli bl-informazzjoni mitluba.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 3104 u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-programm għal bini mill-ġdid ta’ passaġġi fil-kampanja f’Għawdex u tgħid min approva dan il-programm? Tista’ tgħid x’inhuma l-proċeduri u l-kriterji li fuqhom tiġi stabbilita l-prijorità u l-għażla ta’ liema passaġġi jinbnew mill-ġdid? Min jivverifika u japprova x-xogħolijiet li jsiru?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma l-Onorevoli Nterpellant li risposta għall-mistoqsija 3104 ingħatat fis-seduta numru 48.
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 3103 u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, l-programm għal bini mill-ġdid ta' ħitan tas-sejjieħ f'Għawdex? Min approva dan il-programm? Tista' tgħid kemm metri tul u metri kwardri ta' ħitan tas-sejjieħ inbnew mill-ġdid fl-egħlieqi tal-bdiewa Għawdxin kull sena f'dawn l-aħħar sentejn? Kemm kienet l-ispiża kull sena? X'inhuma l-proċeduri u l-kriterji li fuqhom issir l-prijoritizzazzjoni u l-għażla ta' liema ħitan jinbnew mill-ġdid? Min jivverifika u japprova x-xogħlijiet li jsiru?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma l-Onorevoli Nterpellant li risposta għall-mistoqsija 3103 ingħatat fis-seduta numru 48.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul gross mit-turiżmu barrani f’Għawdex kull sena mill-2003 ‘l hawn? Kemm kien id-dħul għal kull lejl li t-turisti barranin qattgħu f’Għawdex?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-dhul gross mit-turiżmu ma jinħadimx separatament bħala reġjun iżda fuq skala nazzjonali
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-valur tal-esportazzjoni minn Għawdex ta’ ħwejjeġ (goods) u servizzi separatament mill-2003 ’l hawn?
Response (FENECH, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-valur tal-esportazzjoni minn Għawdex ta’ ħwejjeg (goods) hija kif tidher f’din it-tabella.
Esportazzjoni ta’ servizzi minn Ghawdex waħdu ma tinġabarx bħala reġjun imma fuq skala nazzjonali.
Esportazzjoni globali ta’ ħwejjeg (goods) mill- entitajiet li għandhom il-VAT registrat Ghawdex
Stimi sal - 25/11/2008
Sena Valur Stima €
2003 15,872,392
2004 12,946,455
2005 12,908,587
2006 13,636,639
2007 17,157,854
2008 Jan-Sept 10,570,475