Legislature:
Category:
Reset
Active:

Għawdex — Impjant għat-trattament tad-drenaġġ

Question

B'referenza għat-tweġiba li ngħatajt għall-mistoqsija parlamentari 3233 jista’ l-Ministru jgħid meta ħarġet l-offerta għall-operat ta’ dan l-impjant? Meta ngħata l-kuntratt relattiv? Għaliex hemm ċerti kundizzjonijiet tal-kuntratt li qed jiġu ffinalizzati wara li ngħata l-kuntratt? X’inhuma l-kundizzjonijiet li qed jiġu ffinalizzati wara l-għoti tal-kuntratt? X’inhi l-kapaċità massima tat-trattament ta’ drenaġġ tal-impjant? Kemm ittratta drenaġġ kull xahar minn meta beda jopera l-impjant sal-lum?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-offerta għall-operat u l-manutenzjoni ta’ l-impjant kienet ħarġet bħala parti integrali mis-sejħa għall-offerti għall-kostruzzjoni ta’ l-istess impjant fit-28 ta’ April 2004. Il-kuntratt ġie iffirmat fil-11 ta’ Frar 2005. Il-kuntratt jagħmel referenza u provediment għal reviżjoni tar-rati li jitħallsu lill-kuntrattur. Dawn qegħdin fil-proċess li jiġu riveduti partikolarment minħabba t-tariffi ġodda ta' l-elettriku. L-impjant għandu il-kapaċita li jittratta l-medja ta’ 6,000 metri kubi ta’ drenaġġ kuljum. L-impjant ittratta il-volum ta’ 1,343,568 metri kubi ta’ drenaġġ minn kemm ilu jopera. Din il-figura hija ekwivalenti għall-medja ta’ 111,964 metri kubi fix-xahar, sa l-aħħar ta’ Novembru 2008.
Leg 11 PQ #4447 Sitting 66 2008-12-10 Oral · Interim From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — Turisti Maltin

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm turisti Maltin żaru Għawdex kull sena mill-2003 ‘l hawn? Kemm minnhom qattgħu lejl jew aktar f’Għawdex kull sena? Kemm-il lejl qattgħu f’Għawdex kull sena? Jista’ jagħtini t-tagħrif mitlub xahar b'xahar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #4559 Sitting 66 2008-12-10 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex,Biċċerija — Sejħa għall-offerti

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex l-aħħar sejħa għall-offerti għall-provvista, istallazzjoni, ittestjar u kummissjunar ta' apparat u servizz anċillari tal-biċċerija ta' Għawdex ħarġet fit-26 ta' Ottubru, 2007 u ma ħarġet l-ebda sejħa oħra minn dakinhar 'l hawn? Hemm xi problemi jew diffikultajiet biex terġa' toħroġ l-offerta? Tista' l-Ministru tgħid meta hu mistenni li terġa' toħroġ is-sejħa? Tista' tagħti assigurazzjoni lill-Kamra li l-biċċerija ta' Għawdex se terġa' tiftaħ? Jekk fl-affermattiv, meta mistennija titfaħ?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena infurmata li s-sejħa għall-offerti għall-Provvista, Installazzjoni, Ittestjar u Kummissjunar ta' Apparat u Servizz Anċillari tal-Biċċerija ta' Għawdex li nħarġet fis-26 ta' Ottubru 2007 ġiet aġġudikata mill-parti amministrattiva u teknika, iżda saru appelli minn xi kuntratturi li għadhom iridu jinstemgħju mill-Bord ta' l-Appelli tal-Kuntratti Pubbliċi. Ninforma l-Onorevoli Nterpellant li l-Ministeru għal Għawdex huwa kommess li jerġa' jiftaħ il-Biċċerija u d-data tiddependi mill-programm ta' xogħol li jkun determinat meta tiġi mogħtija t-tender.

Dħul gross mit-turiżmu

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 4251 dwar dħul gross mit-turiżmu, jista' l-Ministru jgħid għaliex dan id-dħul ma jinħadimx għal Għawdex separatament? X'hemm xi jżomm li jinħadem dan id-dħul?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-raġuni għaliex dan id-dħul gross mit-turiżmu ma jinħadimx għal Għawdex separatament hija li, it-TOURSTAT survey, li huwa l-uniku survey użat biex tinġabar informazzjoni dwar in-nefqa tat-turisti f’Malta, ma jippermettix li issir distinzjoni bejn infieq fil-gżira Maltija u infieq fil gżira Għawdxija. Dan minħabba fl-istruttura tiegħu.
Leg 11 PQ #4561 Sitting 66 2008-12-10 Oral · Interim From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz ta' l-ajru mill-ajruport għal Għawdex

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 3296 u jgħid x’inhuma l-pjanijiet tal-Gvern dwar servizz ta’ l-ajru mill-ajruport internazzjonali ta’ Malta għal Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Skemi ta' għajnuna għall-bdiewa u s-sajjieda

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 2774 u 4064 u jgħid x’kienu l-iskemi ta’ għajnuna fl-oqsma tal-biedja u sajd għal Malta u għal Għawdex separatament kull sena mill-1999 sal-lum? Kemm kienu u x’kienu l-benfiċjarji ta’ dawn l-iskemi f’Malta u Għawdex separatament? Kemm intefqu flus kull sena fl-istess perjodu fuq dawn l-iskemi f’Malta u Għawdex separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Gozo Channel — Kiri tat-terminal

Question

Jista’ l-Ministru issa jwieġeb mistoqsija parlamentari 4076 u jgħid kemm qiegħda ddaħħal flus il-kumpannija Gozo Channel minn kiri, eċċ tat-terminal tal-Imġarr?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #4253 Sitting 65 2008-12-09 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — Turisti barannin - żjarat

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm turisti barranin żaru Għawdex kull sena mill-2003 ‘l hawn? Kemm minnhom qattgħu lejl jew aktar f’Għawdex kull sena? Kemm-il lejl qattgħu f’Għawdex kull sena? Jista’ jagħtini t-tagħrif mitlub xahar b'xahar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ta l-Onorevoli Interpellant Tonio Fenech għal Mistoqsija Numru 4243.

Tender għall-privatizzazzjoni tas-servizz tal-baħar

Question

Jista’ Ministru jgħid fiex waslu d-diskussjonijiet/negozjati mal-Kummissjoni Ewropea dwar il-privatizzazzjoni tas-servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex? Meta mistennija toħroġ it-tender għall-privatizzazzjoni ta’ dan is-servizz?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ma hemmx negozjati mal-Kummissjoni Ewropea dwar xi privatizzazjoni fis-sens kif qed jiġi indikat fl-interpellanza. Il-proċess miexi kif kien ippjanat u hu mistenni li, kmieni is-sena d-dieħla, tinħareġ is-sejħa għall-offerti għall-kuntratt ta’ servizz pubbliku għall-vjaġġi bejn Malta u Għawdex kif mitlub mir-regolamentazzjoni tal-Unjoni Ewropeja.
Leg 11 PQ #4441 Sitting 65 2008-12-09 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Statementing board għal facilitator

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm tfal fl-iskejjel f’Għawdex li qed jistennew id-deċiżjoni tal-Istatementing Board dwar l-eliġibilità tagħhom għal facilitator? Tista’ tgħid kull wieħed/waħda kemm ilu/ilha li għamlet l-applikazzjoni għal dan is-servizz? Kemm-il darba dan il-Bord iltaqa’ f’Għawdex kull sena mill-2000 ‘l hawn? Tista’ tagħti d-dati ta’ dawn il-laqgħat?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #4442 Sitting 65 2008-12-09 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Skejjel f'Għawdex — counsellors

Question

Tista’ l-Ministru tgħid għaliex ma jiġux impjegati aktar counsellors għall-iskejjel f’Għawdex meta hemm bżonn kbir ta’ aktar servizz ta’ counselling għat-tfal?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi għalkemm għandna Counsellor, għandna wkoll Educational Psychologist u SPLD teacher assenjati l-aktar għal Għawdex. Bħalissa qed joħorġu applikazzjonijiet għal personnel trainee li jista' jgħin f'dan il-qasam, applikazzjonijiet fuq bażi nazzjonali.
Leg 11 PQ #4443 Sitting 65 2008-12-09 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għajnsielem — xogħlijiet fl-2006 mingħajr permessi u awtoizzazzjonijiet meħtieġa

Question

Tista’ l-Ministru tgħid min talab, min ordna u min approva x-xogħlijiet li saru f’Għajnsielem fl-2006 mingħajr il-permessi u l-awtorizzazzjonijiet meħtieġa u li l-Kummissarju tal-Artijiet/Diviżjoni tal-Proprjetà fil-25 ta’ Novembru 2008 bdew jaqilgħu x-xogħolijiet li saru biex jerġgħu jġibu l-art għall-istat li kienet qabel? Min assenja l-ħaddiema fuq dawn ix-xogħlijiet? Fuq awtorizzazzjoni u approvazzjoni ta’ min ġew assenjati? Min talab u min approva li joħroġ il-materjal tal-Gvern għal dawn ix-xogħlijiet?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li x-xogħol li għalih qed jirreferi l-Onor. Interpellant sar f'Jannar 2003 u mhux fl-2006. Kien ordnat u approvat mill Ministeru għal Għawdex wara ilmenti minn bosta nies li ġibdu l-attenzjoni tal-Ministeru biex jitranġaw ir-retaining wall u l-passaġġ li kienu jinsabu fi stat ta' periklu, telqa u abbandun. Sabiex dan ix-xogħol isir sewwa u ma jiġrix li jinġarr mil-ilmijiet li jgħaddu mill-wied, il-ħajt inbena fuq pedament sod ftit 'il barra minn dak li kien hemm qabel.

Għawdex — Ċittadella - fondi allokati għar-restawr u riabilitazzjoni

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm fondi se jiġu allokati fl-2009 għar-restawr u r-riabilitazzjoni taċ-Ċittadella ta’ Għawdex mill-Voti tal-Ministeru tagħha? Kemm mistennija tkun in-nefqa fuq dawn ix-xogħlijiet fl-2009? F’liema sena mistennija jitlestew dawn ix-xogħlijiet?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-proġetti ta’ restawr fiċ-Cittadella f’Għawdex qed jitfasslu mill-Unit tar-Restawr fi ħdan il-Ministeru tar-Riżorsi u Affarijiet Rurali. Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsijiet tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Għawdex — Esportazzjoni

Question

Nirreferi lill-Ministru għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 4252 dwar esportazzjoni ta’ ħwejjeġ (goods), jista’ l- Ministru jagħti l-istess informazzjoni għal Malta?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-valur tal-esportazzjoni minn Malta eskluż Għawdex ta’ hwejjeg (goods) hija kif tidher f’din it-tabella. Esportazzjoni globali ta’ ħwejjeg (goods) mill- entitajiet li għandhom il-VAT reġistrat Malta Stimi sal - 26/11/2008 Sena Valur Stima € 2003 2,146,512,500 2004 2,099,303,601 2005 1,946,166,660 2006 2,243,066,680 2007 2,269,908,361 2008 Jan-Sep 1,517,002,388
Leg 11 PQ #4446 Sitting 65 2008-12-09 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Nefqa kurrenti

Question

Nirreferi lill-Minstru għat-tweġiba li tat fit18 ta’ Novembru 2008 għall-Mistoqsija Parlamentari 4065 fejn kont tlabtha tgħid x’kienet in-nefqa rikurrenti tal-Ministeru tagħha sal-aħħar ta’ Settembru 2008, tista’ tispjega għaliex qalet li din l-informazzjoni kienet għadha qed tinġabar 7 ġimgħat wara li għalaq ix-xahar ta’ Settembru meta din l-informazzjoni tkun tista’ toħroġ f''għeluq l-istess xahar?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-Mistoqdija numru 4068 saret fl-14 ta' Novembru 2008 u kellha tiġi risposta fit-18 ta' Novembru 2008, jiġifieri erbat ijiem biss wara. Peress li f'dak iż-żmien tas-sena s-sezzjoni ta' l-accounts normalment ikollha xogħol iżjed mill-bqija tas-sena, din ma rnexxilhiex tiġbor l-informazzjoni mitluba matul dawk l-erbat ijiem. Nixtieq ninforma wkoll lill-Onorevoli Nterpellant li sussegwentement l-informazzjoni mitluba nġabret u qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #2782 Sitting 64 2008-12-03 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema tal-Gvern trasferiti għal Għawdex

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ħaddiema tal-Gvern u ta' entitajiet oħra tas-settur pubbliku ġew trasferiti għal Għawdex kull xahar minn Jannar tal-2007 sa l-aħħar ta' Awwisu ta' din is-sena? Jista' jgħid minn fejn ġew trasferiti u għal fejn ġew trasferiti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4430.
Leg 11 PQ #4070 Sitting 64 2008-12-03 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — trasferiment tal-ħaddiema

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2782 u jgħid kemm ħaddiema tal-Gvern u ta' entitajiet oħra tas-settur pubbliku ġew trasferiti għal Għawdex kull xahar bejn Jannar 2007 u l-aħħar ta' Awwisu ta' din is-sena? Jista' jgħid minn fejn ġew trasferiti u għal fejn ġew trasferiti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4430.

Lobour Force Surveys — turiżmu

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 2397 dwar dħul medju għal kull ħaddiem fl-industrija tat-turiżmu f’Għawdex, jista’ l-Ministru jagħtini t-tagħrif mitlub kif joħroġ mil-Labour Force Surveys? Jista’ jagħtini l-istess tagħrif għal Malta?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #4436 Sitting 64 2008-12-03 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Xewkija — Qasam Industrijali - ħaddiema allokati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema li jaħdmu ma’ kumpanniji li huma allokati fabbriki, uffiċini, ċentri ta’ servizzi, eċċ, fil-qasam industrijali tax-Xewkija fl-aħħar ta’ kull sena mill-1999 ‘l hawn, kif ukoll fl-aħħar ta’ Marzu u fl-aħħar ta’ Settembru u Ottubru ta’ din is-sena? Jista’ jagħti l-informazzjoni skond is-sotto-setturi?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li ebda dipartiment jew entita’ li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħi ma żżomm l-istatistika mitluba.

MCAST — nefqa kapitali fuq bini, tibdil, tiġdid u apparat

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’kienet in-nefqa kapitali tal-Ministeru tagħha għal bini, tibdil, tiġdid u apparat, eċċ separatament għall-MCAST f’Malta u f’Għawdex separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.