Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #4787 Sitting 70 2009-01-14 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Xewkija — Qasam Industrijali - Ħaddiema li jaħdmu ma' kumpanniji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema li jaħdmu ma’ kumpanniji li huma allokati fabbriki, uffiċini, ċentri ta’ servizzi, eċċ fil-qasam industrijali tax-Xewkija fl-aħħar ta’ kull sena mill-1999 sal-2007 kif ukoll fl-aħħar ta’ Marzu u Novembru ta’ din is-sena? Jista’ jagħti l-informazzjoni skond id-diversi tipi ta’ attività ekonomika u skond it-tip ta’ xogħol li jagħmlu?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat biex jiġbor l-informazzjoni mitluba u wara jerġa jirreferi l-Mistqosija lill-Ministeru tiegħi biex b'hekk inkunu nistgħu naħdmu fuq l-informazzjoni miġbura.
Leg 11 PQ #4447 Sitting 69 2009-01-13 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — Turisti Maltin

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm turisti Maltin żaru Għawdex kull sena mill-2003 ‘l hawn? Kemm minnhom qattgħu lejl jew aktar f’Għawdex kull sena? Kemm-il lejl qattgħu f’Għawdex kull sena? Jista’ jagħtini t-tagħrif mitlub xahar b'xahar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant. Dawn it-tabelli ma jinkludux turisti Maltin li użaw akkommodazzjoni privata jew self-catering. Informazzjoni provduta mill-Uffiċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika (l-NSO) tinkludi biss turisti Maltin li joqogħdu f’akkomodazzjoni ta’ tip lukandi.
Leg 11 PQ #4778 Sitting 69 2009-01-13 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — Casino

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijijiet parlamentari 4244 u 3230 u jgħid jekk il-Gvern għadx għandu l-ħsieb li jinfetaħ casino f’Għawdex? Jekk fl-affermattiv, x’sar s’issa fuq dan il-proġett? Jekk fin-negattiv, għaliex ġiet imwarrba din il-wegħda li l-Prim Ministru għamel kemm-il darba fil-Parlament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Impjant tad-drenaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4245 u jgħid x’qed isir mill-ilma tad-drenaġġ trattat fl-impjant ta’ Għawdex?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ilma tad-drenaġġ ittrattat fl-impjant f’Għawdex bħalissa qed imur il-baħar. Il-KSI qegħda bħalissa tevalwa l-implikazzjonijiet finanzjarji u tekniċi biex dan l-ilma jiġi utilizzat, fosthom fil-qasam agrikolu u industrijali. Dan l-eżerċizzju mistenni jagħti direzzjoni aħjar f’dan il-qasam, b’konsultazzjoni ma’ diversi korpi kostitwiti.
Leg 11 PQ #4780 Sitting 69 2009-01-13 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizzi Pubbliku — Ħaddiema rtirati

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4259 u jgħid kemm kien hemm ħaddiema fis-Settur Pubbliku f’Għawdex li rtiraw kull sena mill-2003 'l hawn? Jista’ jagħtini x’kien il-grad tagħhom? Jista’ jaqsamhom taħt Diprtimenti tal-Gvern, kumpanniji b’maġġoranza ta’ ishma tas-Settur Pubbliku u Entijiet/Organizzazzjoniet/Korporazzjonijiet Indipendenti Statutorji?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ persuni Għawdxin fis-Settur Pubbliku f’Għawdex li rtiraw kull sena mis-sena 2003 sa l-aħħar t’Ottubru, 2008 huwa kif jidher hawn taħt: 2003 2004 2005 2006 2007 2008 (Jannar - Ottubru Dipartimenti tal-Gvern 40 45 66 73 61 42 Entitajiet/Organizzazzjonijiet/Korporazzjonijiet Indipendenti Statutorji 3 9 13 10 14 7 Kumpaniji b’Maġġoranza ta’ Ishma Pubbliċi 0 1 4 8 2 4 Total 43 55 83 91 77 53 Il-gradi li kellhom dawn il-persuni qabel irtiraw jinstabu fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #4781 Sitting 69 2009-01-13 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Settur Pubbliku — Ħaddiema

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4258 u jgħid kemm kien hemm ħaddiema fis-Settur Pubbliku f’Għawdex kull sena mill-2003 'l hawn? Jista’ jaqsamhom taħt Diprtimenti tal-Gvern, kumpanniji b’maġġoranza ta’ ishma tas-Settur Pubbliku u Entijiet/Organizzazzjoniet/Korporazzjonijiet Indipendenti Statutorji?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ persuni fis-Settur Pubbliku li kienu jaħdmu Għawdex mis-sena 2003 sa l-aħħar t’Ottubru tas-sena 2008 huwa kif jidher f’din it-tabella: 2003 Diċembru 2004 Diċembru 2005 Diċembru 2006 Diċembru 2007 Diċembru 2008 Diċembru Dipartimenti tal-Gvern 3227 3119 3075 2994 2962 3055 Entitajiet/Organizzazzjonijiet/Korporazzjonijiet Indipendenti Statutorji 305 400 355 315 300 292 Kumpaniji b’Maġġoranza ta’ Ishma Pubbliċi 250 244 234 240 235 249 Total 3782 3763 3664 3549 3497 3596
Leg 11 PQ #4570 Sitting 68 2009-01-12 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Ħaddiema

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 1780 u tgħid x'kien it-total ta' ħaddiema full-time, part-time, casual, eċċ rispettivament fl-aħħar tal-2007 u fl-aħħar ta' Marzu, 2008 fil-Ministeru tagħha? Kemm kienu kull xahar minn Jannar 2007 sal-aħħar ta' Marzu 2008 li ġew trasferiti minn Malta għall-ministeru tagħha? Xi gradi huma? X'xogħol ingħataw u f'liema fergħat?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq nirreferi lill-Onor. Nterpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nurmru 3110.

Għawdex — Faċilitajiet fil-port għal cruiseliners

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’sar u kemm intnefqu flus matul matul l-2005, 2006, l-2007 u matul din is-sena separatament fuq l-estenzjoni tal-faċilitajiet fil-portijiet f’Għawdex biex ikunu jistgħu jidħlu cruise liners f’Għawdex? Kemm hemm flus kommessi għal dan l-iskop? X’inhu l-programm ta’ xogħlijiet għall-bini ta’ dawn il-faċilitajiet għas-sena d-dieħla? Kemm hemm flus allokati għal dawn ix-xogħlijiet għas-sena d-dieħla? Taħt liema vot?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2006 l-Awtorita’ Marittima nefqet € 25,699.98 għall-installazzjoni ta’ bollard ġewwa x-Xlendi. Is-sena d-dieħla ser titqiegħed baga fix-Xlendi Għawdex liema spejjeż huma stmati li jammontaw għal €150,000 u li se jkunu mħallsa mill-istess Awtorita’.
Leg 11 PQ #4572 Sitting 68 2009-01-12 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Qala — Għawdex - Hotel fl-ITS

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk it-training hotel tal-ITS il-Qala hijiex qed taċċetta bookings għall-akkomodazzjoni (rqad) fiha? Jekk fl-affermattiv, x’irid jagħmel dak li jkun biex jibbukkja? Kemm irid iħallas kull lejl? Ħareġ avviż legali biex jistabbilixxi r-rati tal-ħlas? Kemm kien hemm ħaddiema jaħdmu fuq l-amministrazzjoni u t-tmexxija tal-ITS fl-aħħar ta’ l-2006, 2007 u kemm hemm illum? X’inhu l-grad tagħhom? X’rosters ta’ xogħol għandu/għandha kull wieħed/waħda minnhom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għan ewlieni tal-ITS il-Qala hu li tipprovdi taħriġ lill-Istudenti fis-settur turistiku u għalhekk bl-ebda mod ma hi ser tiġi użata għal skopijiet kummerċjali. In-numru ta' impjegati responsabbli għall-amministrazzjoni u t-tmexxija fl-ITS kien hekk: 2 fis-sena 2006 ( 1 Teacher u Assistant Principal ) 2 fis-sena 2007 ( 1 Acting Head/Lecturer u Assistant Principal ) u 3 fis-sena 2008 ( 1 Acting Head/Lecturer, Assistant Principal u Executive Officer ). Ħadd minn dawn il-ħaddiema ma jaħdem fuq roster. Inkompli ngħid li bħalissa m'hemm l-ebda roster imħaddem fl-ITS Qala.
Leg 11 PQ #4573 Sitting 68 2009-01-12 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Passaġġi fil-kampanja — Permess tal-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid huwiex meħtieġ il-permess tal-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent għall-bini mill-ġdid u/jew għall-kisi bil-konkrit u/jew għal twessiegħ ta’ passaġġi fil-kampanja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li jinħtieġ permess mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għat-tipi ta' interventi imsemmijin fil-mistoqsija. Permessi għal dawn it-tipi ta' interventi jinħarġu biss jekk ikun żgurat li mhux se tirriżulta ħsara ambjentali jew impatti oħrajn fuq il-pajsaġġ u fuq l-ambjent ta' madwar.
Leg 11 PQ #4608 Sitting 68 2009-01-12 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Kriterji għall-għażla tal-passaġġi

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 3104, tista' l-Ministru tgħid x'inhuma l-kriterji u l-proċeduri li fuqhom issir l-prijorità u l-għażla ta' liema passaġġi jinbnew? Min jivverifika u min jawtorizza x-xogħlijiet li jsiru?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Kif informajt lil Onorevoli Nterpellant fir-risposta għall-mistoqsija 3104, it-talbiet biex jinbnew passaġġi fil-kampanja, jiġu evalwati, u x-xogħol relatat isir fuq mertu prijoritarju li jieħu in kunsiderazzjoni s-sigurta', l-utilita' u l-ambjent. Jiena infurmata li x-xogħlijiet li jsiru jiġu vverifikati u awtorizzati minn uffiċċjali tal-Ministeru għal Għawdex.

Servizzi tal-baħar

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 4428, jista' l-Ministru jgħid meta hija mistennija li toħroġ din is-sejħa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li s-sejħa għal offerti għat-trasport marittimu bejn Malta u Għawdex għanda toħroġ għall-ewwel kwart tas-sena 2009.

Vetturi bil mutur liċenzjati għall-ewwel darba

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm vetturi bil-mutur liċenzjati għall-ewwel darba f’Malta u Għawdex separatament kull sena mill-1988 sal-2007 u din is-sena sal-aħħar ta’ Ottubru? Kemm minn dawn kienu vetturi ġodda u kemm kienu vetturi użati? Jista' jikklassifikahom taħt vetturi privati, motor-cycles, vetturi kummerċjali, karozzi self-drive, coaches u karozzi tal-linja, taxis, eċċ?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #4564 Sitting 67 2008-12-15 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Servizz residenzjali finanzjat mill-istat

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 2780 u 4068 u jgħid x’kien id-dħul tal-Gvern kull sena mill-1999 sal-lum minn Malta u Għawdex separatament: (i) taħt l-Artiklu 93 ta’ l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali, mill-anzjani li jirċievu servizz residenzjali finanzjat mill-istat; u (ii) taħt l-Artiklu 95 ta’ l-istess Att mill-persuni li jibbenefikaw minn servizzi ta’ kura/għajnuna mogħtija fid-djar? Jista’ jgħidli kemm hemm sodod f’istituzzjonijiet, djar, eċċ għall-anzjani li huma finanzjati/sussidjati mill-Gvern jew immexxija taħt partenariat bejn il-Gvern u l-Privat f’Malta u Għawdex separatament? Jista’ jagħtini dan it-tagħrif istituzzjoni istituzzjoni?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #4565 Sitting 67 2008-12-15 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Welfare Committee

Question

Jista’ l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 4069 u jgħid kemm daħħal flus il-Gvern minn Malta u Għawdex separatament kull sena mill-1999 ‘l hawn taħt kull Artiklu 93, 94 u 95 ta’ l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali? Kemm minn dawn il-flus għaddew għand il-Welfare Committee kull sena? Kemm intefqu flus, kull sena minn dan il-kumitat f’Malta u f'Għawdex separatament u fuqiex?

Response (DALLI, JOHN)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 11 PQ #4566 Sitting 67 2008-12-15 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Casual social assistants

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 2783 u 4071 u jgħid kemm hemm casual social assistants fil-Ministeru tiegħu u jaqsamhom (i) skond ix-xogħol li kienu jagħmlu fl-aħħar ta’ Awwissu 2007 u fl-aħħar ta’ Awwissu ta’ din is-sena u (ii) skond is-sigħat fil-ġimgħa li kienu jaħdmu f’Awwissu 2007 u f’Awwissu ta' din is-sena? Jista’jgħid kemm hemm anzjani f’Malta li qed jingħataw servizz ta’ kura fi djarhom? Jista’ jgħid hemmx applikanti anzjani għal servizz ta’ kura fi djarhom u li għadhom ma nagħtawx dan is-servizz? Kemm ilhom pendenti dawn l-applikazzjoni? Hemm anzjani li m'għandhomx is-sigħat ta’ servizz li approvalhom il-bord? Kemm huma? Kemm sigħat approva l-bord u kemm sigħat ta’ servizz għandhom?

Response (DALLI, JOHN)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Ġgantija Għawdex — Rijabilitazzjoni

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm fondi se jiġu allokati fl-2009 għar-restawr u r-rijabilitazzjoni tal-Ġgantija mill-Voti tal-Ministeru tagħha? Kemm mistennija tkun in-nefqa fuq dawn ix-xogħlijiet fl-2009? F’liema sena mistennija jitlestew dawn ix-xogħlijiet?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li Heritage Malta għandha għaddej proġett iffinanzjat mill-fondi reġjonali ta’ l-Unjoni Ewropea (ERDF), proġett li jinkudi €3.1miljun Ewro għall-Ġgantija. Dan il-proġett jinsab fil-fażi bikrija tiegħu u mistenni li jitlesta lejn il-bidu tal-2013. Il-proġett ikopri studji xjentifiċi u strutturali fuq it-Tempji, il-bini ta’ ċentru għall-viżitaturi, Mużew tal-Preistorja, kif ukoll tisbiħ ta’ l-inħawi ta’ madwar it-Tempji biex jittejjeb u jiġi mħares l-ambjent li jinsabu fih. Rigward xogħol kontinwu ta’ manutenzjoni u tisbiħ, li jinkludi restawr ta’ ħitan tas-sejjieħ, Heritage Malta għandha vvutati €8,000 għas-sena 2009. Xogħlijiet oħra marbuta mal-Ġgantija, bħal per eżempju, x-xiri u l-installazzjoni ta’ weather station , huma ffinanzjati minn sponsorship tal- Vodafone Malta Foundation .
Leg 11 PQ #4568 Sitting 67 2008-12-15 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Servizzi għall-anzjani

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 4074 u cioe': b’referenza għat-tweġiba ta’ mistoqsija parlamentari 2788 dwar servizz għall-anzjani, tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet li għamiltilha u a) tgħid kemm għandhom sigħat ta’ servizz kull wieħed/waħda mill-10 anzjani li m’għandhomx is-sigħat kollha ta’ servizz u kemm sigħat kull wieħed/waħda għandu/ha approvati mill-bord; b) tgħid għaliex dawn l-10 anzjani mhumiex jingħataw is-servizz kollu approvat mill-bord; ċ) tgħid kemm hu n-numru ta’ applikanti anzjani, lokalità b'lokalità, li għadhom ma nagħtawx servizz u f’liema sena kull anzjan/anzjana kellu/kellha s-servizz approvat mill-bord u kemm sigħat ta’ servizz kellu/kellha approvati mill-bord; d) tagħti s-sigħat, siegħa siegħa, li l- part-time social assistants jaħdmu fil-ġimgħa; kemm hu l-massimu ta’ sigħat li part-time social assistant jaħdem fil-ġimgħa; e) tgħid għaliex, dawk li għandhom is-servizz tagħhom approvat mill-bord għadhom mhux jingħataw servizz; f) tgħid kemm sigħat ta’ servizz kienu jingħataw l-anzjani fi djarhom f’Awwissu 2007 u f’Awwissu 2008 g) tgħid għaliex in-numru ta’ part-time social assistants tħalla jonqos minn 107 għal 101 minn Awwissu 2007 sa Awwissu 2008?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella annessa.